Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36900 Sitting 817 2002-11-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — Activity/Peripatetic/Complementary

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-job description jew terms of reference għax-xogħol ta' activity teacher, ta' peripatetic teacher u complementary teacher?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-job description ta' l-għalliema peripatetiċi jvarja skond in-natura ta' l-arja kurrikulari li jkunu qed jaħdmu fiha: ngħidu aħna, l-għalliema peripatetiċi tal-PSE, li huma maqsuma f'sezzjonijiet, jaħdmu jew f'post fiss jew iduru minn skola għall-oħra, dawk tal-Proġett Let Me Learn jaħdmu f'numru ta' skejjel li għandhom dan il-proġett fil-Pjan ta' Żvilupp ta' l-iskola tagħhom. L-għalliema peripatetiċi kollha qed jaħdmu f'dawn l-arji kurrikulari: Xjenza u Teknoloġija, Home Economics, PSE, SpLD, Let Me Learn, Literacy Programmes, Arti, Drama, Edukazzjoni Fiżika, Hands-on-Farming, Mużika u Franċiż. B'mod ġenerali, l-għalliema peripatetiċi marbutin b'dawn id-dmirijiet: * biex iwasslu l-kontenut u l-istrateġiji tat-tagħlim fid-dawl tal-Kurrikulu Nazzjonali * biex jagħtu parir u sapport lill-għalliema u lill-kapijiet ta' l-iskejjel * biex jgħinu f'attivitajiet organizzati mill-iskejjel u mid-Diviżjoni ta' l-edukazzjoni. L-għalliema peripatetiċi fil-qasam kumplimentari huma speċifikament marbutin b'dawn id-dmirijiet: * biex jgħallmu lil dawk it-tfal li għandhom problemi fil-litteriżmu u fin-numeriżmu * biex iwasslu l-kontenut u l-istrateġiji tat-tagħlim kif mitluba mill- kurrikulu * biex jagħtu sapport lill-għalliema fil-qasam kumplimentari * biex ifasslu programmi edukattivi individwali f'dan il-qasam. Il-job description għax-xogħol ta' activity teacher qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36393 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Nazzjonali tal-Computer

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36015, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, u jgħid kemm hemm studenti jsegwu xi kors maċ-ċentru nazzjonali tal-kompjuter fis-Swatar? X'korsijiet qed isiru? Kemm qed iħallsu għal kull kors? Min qed imexxi dan iċ-ċentru? Għaliex f'dan iċ-ċentru l-istudenti qed ikollhom iħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Jidher li l-Onor. Membru qed jirreferi għal korsijiet immexxija mill-MITTS ġewwa s-Swatar. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-MITTS.
Leg 9 PQ #36396 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ISTITUT TA' L-ARTI U D-DISINN

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 35817 meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol li qed isir biex l-istitut jopera mill-bini f'Tarġa Gap.

Response (GALEA, LOUIS)

Is-sit ta' Tarġa Gap diġa` beda jopera.
Leg 9 PQ #36397 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SPLD — Ittra ta' Riferenza

Question

Jista' iċ-ċentru SPLD tal-Furjana joħroġ l-ittra ta' riferenza dwar il-kundizzjoni ta' l-istudent li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament mitluba mill-kap ta' l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ebda talba ma waslet mingħand il-Kap ta' l-Iskola għal ittra ta' referenza. Waslet talba mingħand il-ġenituri għal Rapport. Iċ-ċentru ta' SpLD ħareġ Rapport fuq il-kundizzjoni tat-tifel fil-15 ta' Ottubru 2002.
Leg 9 PQ #36409 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36023, jista' jgħid x'għalliema nieqsa hemm fl-iskejjel sekondarji ġenerali u fil-junior lyceum? F'liema suġġetti? Kemm hemm tfal fil-klassijiet milquta? X'passi qed jittieħdu biex f'kull każ jinstabu l-għalliema meħtieġa għax irrapurtawli li hemm każi fejn mill-bidu tas-sena skolastika hemm studenti li m'għandhomx għalliema f'ċerti suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema nieqsa fl-iskejjel Sekondarju u Junior Lyceums hija kif se nsemmi: Skola Suġġett Lezzjonijiet Studenti Naxxar HSS Bioloġija 8 16 St Luċija GJL Ġermaniż 3 14 Cospicua GSS HE 18 91 B'Kara BSS IT 8 140 Ħamrun GSS Int. Science 8 46 St Francis of Assisi Physics 24 139 Żebbuġ BSS Physics 6 40 Informat li fil-bidu tas-sena intbagħtu l-għalliema kollha meħtieġa, iżda kien hemm min ma aċċettax ix-xogħol għal raġunijiet diversi. Ħarġet sejħa fil-gazzetti biex tfakkar li l-applikazzjonijiet għall-għalliema supply kienet miftuħa. Qed isiru wkoll l-interviews għal għalliema supply għal dawn is-suġġetti.
Leg 9 PQ #36857 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel/Universita' — Studenti b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti b'diżabilita' fl-universita', u fl-MCAST, fil-Junior Collage u fl-iskola Giovanni Curmi? Jista' jgħid ukoll fl-istituzzjonijiet hawn fuq imsemmija x'inhi l-popolazzjoni ta' l-istudenti kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill-istituzzjonijiet kollha tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36911 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum G Despott — Free lessons

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kellhom free lessons mill-bidu tas-sena skolastika sal-lum l-istudenti tal-Form I fil-Junior Lyceum G. Despott? Jista' jaqsamhom separatament skond is-suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti m'għandhomx free lessons. Numru ta' lezzjonijiet lill-istudenti tal-Form I fil-Junior Lyceum G. Despott ma setgħux isiru minħabba mard ċertifikat ta' l-għalliema.
Leg 9 PQ #36980 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali — Budget

Question

X'kien il-vot globali fis-snin 2000, 2001 u 2002 għall-budget ta' l-iskejjel speċjali f'Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-vot globali fis-snin 2000, 2001 u 2002 għall-budget ta' l-iskejjel speċjali huwa kif se nsemm: 2000 2001 2002 Lm731,000 Lm695,000 Lm981,000
Leg 9 PQ #35951 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u x'rimunerazzjoni jieħdu wieħed wieħed u x'allowance għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bl-ismijiet ta' persuni li jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36382 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Reviżjoni tal-Karti ta' l-Eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fis-sistema tar-reviżjonijiet tal-karti ta' l-eżami tal-bord tal-Matsec, min qed jerġa' jara u jimmarka l-karta jkun diġa` raha u mmarkaha f'xi stadju meta tkun qed tiġi mmarkata għall-ewwel darba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proċedura li l-MATSEC Board miexi biha fil-każ tar-reviżjoni tal-karti ta' l-eżami, hi dik stabbilita fl-Att dwar l-Edukazzjoni Kap 327 ippubblikat fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta Nru 17299 tal-11 ta' Ottubru 2002 fejn tgħid: "9. (1) Il-kandidati li ma jkunux sodisfatti li l-grad mogħti lilhom f'xi suġġett jirrappreżenta l-livell tagħhom fl-eżami jistgħu jitolbu reviżjoni ta' l-iskritt tagħhom ta' l-eżami. (2) Talbiet bħal dawn iridu jsiru lir-Reġistratur, fuq il-formula provduta minnu u flimkien mal-ħlas stabbilit, fil-perjodu indikat b'avviż li jinħareġ ftit wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat. F'każijiet fejn ir-reviżjoni ta' l-iskritti ta' l-eżami tirriżulta fi grad rivedut, il-ħlas imħallas jingħata lura lill-kandidat. (3) Meta jkun hemm talba għal reviżjoni ta' l-iskritt ta' l-eżami trid tiġi segwita din il-proċedura: (a) jinħatar marker addizzjonali mis-Senat, (b) il-marker addizzjonali jerġa' jdur l-iskritts relevanti u jekk jaqbel mal-marka/grad mogħti, jikkonferma l-marka/grad maċ-Chairperson tal-Panel tal-Markers, (c) jekk il-marker addizzjonali jħoll li l-marka/grad għandu jinbidel irid jinforma liċ-Chairperson tal-Panel tal-Markers. F'dan il-każ, iċ-Chariperson, il-marker addizzjonali u l- marker/s ta' dik il-parti tal-karta li fuqha hemm nuqqas ta' qbil iridu jiltaqgħu, jiddiskutu l-parti relevanti tal-karta u jippruvaw jilħqu ftehim fuq il-marka/grad li għandu jingħata. Jekk ebda ftehim ma jintlaħaq, jittieħed vot minn dawk il- membri kkonċernati skond il-provvediment tar-Regolamenti ta' l-Eżamijiet ta' l-Universia`, 1997; u (d) f'kull każ li tintalab reviżjoni ta' l-iskritts, il-marker addizzjonali jrid jikteb rapport qasir, li kopja tiegħu tintbagħat lill-kandidat ikkonċernat." Il-marker addizzjonali ma jkunx ra jew immarka l-karta qabel.
Leg 9 PQ #36387 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kavallier ta' San Ġakbu — Impjgati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati pubbliċi li wieġbu s-sejħa għal reklutaġġ mal-Kavallier ta' San Ġakbu? Kemm intgħażlu minnhom? Meta bdew jaħdmu? Meta ngħataw il-kuntratt bil-kundizzjonijiet tax-xogħol? X'kienu dawn il-kundizzjonijiet offruti? Kemm għad fadal mill-impjegati pubbliċi jadħmu fil-Kavallier ta' San Ġakbu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #36392 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ktieb ta' l-Abacus tal-Matematika

Question

Jista' jgħid kemm intnefqu dan l-aħħar biex jinxtara l-ktieb Abacus tal-Matematika għall-iskejjel primarji? Xi proċeduri ntużaw biex jinxtraw dawn il-kotba u ssir din in-nefqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa fl-iskema Abacus għall-iskejjel primarji għas-sena kurrenti laħqet is-somma ta' mija u tmienja u għoxrin elf lira Maltin (LM128,000). L-għażla ta' din l-iskema saret wara studju ntensiv dwar x'hawn fis-suq fil-qasam tal-matematika li jsita' jaqdi l-bżonnijiet ta' l-istudenti Maltin fid-dawl tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali. Ix-xiri sar direttament minn għand id-dar tal-pubblikazzjoni fl-Ingilterra peress li max-xiri kienu nvoluti negozjati dettaljati: 1. għal taħriġ ta' l-għalliema fl-aħjar użu tas-sistema minn esperti mibgħuta u mħallsa mid-dar tal-pubblikazzjoi, u 2. għal adattament ta' l-iskema għal studenti Maltin bħal, per eżempju, fejn jidħlu flus u qisien.
Leg 9 PQ #36841 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Libreriji u Arkivji — Kumitati Konsultattivi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret, sena sena, tal-kumitati konsultattivi dwar il-libreriji u dwar l-arkivji minn meta dawn ġew imwaqqfa fis-sena 1999? Jista' jgħid jekk rakkmandazzjonijiet jew rapporti dwar dawn il-kumitati resqux separatament lilu jew lill-ministeru u kemm minn dawn ir-rapporti jew rakkmandazzjonijiet ġew aċċettata jew inkella imwettqa mill-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kumitati twaqqfu f'Marzu 2000. Informat li n-numru ta' laqgħat li saru mill-kumitati konsultattivi tal-Libreriji u ta' l-Arkivji huwa kif se nsemmi: 2000 2001 2002 Kumitat Arkivji Nazzjonali 9 4 / Kumiat Libreriji Pubbliċi 8 1 / Ir-Rakkomandazzjonijiet jew rapporti li saru minn dawn il-Kumitati huma dawn: Arkivji Nazzjonali F'Mejju 2000 kienet tħejjiet position paper li ġiet ippreżentata lill-Onor. Ministru f'laqgħa li saret fis-7 ta' Lulju 2000. Ftit ġimgħat ilu il-Kumitat ippreżenta lill-Ministru draft ta' liġi dwar l-Arkivji. Libreriji Pubbliċi Il-Kumitat ħadem fuq għadd ta' objettivi li jistgħu jitwettqu f'qasir żmien u dawk li jieħdu aktar fit-tul. Dwar dan tressaq rapport dettaljat lill-Ministru fejn uħud mill-objettivi ġew attwati u oħrajn għadhom għall-konsiderazzjoni. Wasal biex jitressaq quddiem il-Ministru għall-konsiderazzjoni tiegħu l-abbozz ta' liġi dwar l-operat tal-Bibljoteka u l-Libreriji Pubbliċi.
Leg 9 PQ #36852 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Każini tal-baned

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar f'dawn l-aħħar 4 snin sabiex il-Gvern jikoraġġixxi, jgħin u jsaħħaħ il-każini tal-baned f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li permezz ta' l-iskema Cultrual Support Programme, bejn l-1999 u l-2002 id-Dipartiment tal-Kultura ta għajnuna lil 57 banda. L-ammonti mogħtija kienu kif se nsemmi: 1999 - Lm3350 2000 - Lm3600 2001 - Lm3300 2002 - Lm 900 (Jannar - Ottubru) Total - Lm11,150
Leg 9 PQ #36854 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Gvern — Tibdil ta' uniformi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36198?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt infurmat li żewġ skejjel tal-gvern ħassew il-bżonn ta' uniformi ġdida, filwaqt li tliet skejjel oħra qablu li jagħmlu xi tibdil fl-uniformijiet eżistenti. L-informazzjoni dettaljata se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta.
Leg 9 PQ #36855 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi

Question

B'referenza għall-mistoqsija numru 36405 jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawn l-għaqdiet sportivi għadhom ma ffirmawx il-kuntratt? Meta għaddiet ir-riżoluzzjoni parlamentari?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36856 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'diżabilita' fiżika

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema skejjel governattivi, primarji u sekondarji hemm studenti b'diżabilita' fiżika? Jista' jagħti n-numru għal kull skola individwali ?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill-iskejjel kollha, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36870 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Tarxien — Restawr ta' arma tal-ġebel

Question

Jista' il-Ministru jara li ma tibqax issir aktar ħsara lil arma tal-ġebel li hemm fuq l-opramorta tal-bieb prinċipali ta' l-iskola tal-kindergarten fi Triq l-Iskola Ħal Tarxien? Jista' il-Ministru jara li din tiġi rrestawrata kif xieraq qabel ma jkun tard wisq?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36873 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Klandestini — Tfal jattendu l-iskola

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk tfal tal-klandestini bdewx imorru l-iskola? Jekk iva kemm minnhom u fl-liema skejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed isiru arranġamenti sabiex numru ta' tfal ta' klandestini jibdew jattendu fl-iskejjel.
Leg 9 PQ #36890 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Libreriji — Xiri ta' kotba

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' flus li ntefqu f'xiri ta' kotba fil-libreriji li jinsabu fl-iskejjel ta' l-istat fir-Raba' Distrett, post b'post matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammonti ta' flus li ntefqu f'kotba għal-libreriji fir-raba' distrett matul dawn l-aħħar 4 snin huma kif se nemmi: Lokalita` 1999 2000 2001 2002 Lm Lm Lm Lm Paola 300 300 300 300 Gudja 100 100 ++ 100 100 Tarxien 50 50 * Marsa ** Santa Luċia + * Il-Librerija fl-Iskola ta' Ħal-Tarxien kellha tagħlaq minħabba nuqqas ta' spazju li ttieħed għall-klassijiet. ** L-istess jista' jingħad għall-Marsa. Saru u għadhom isiru tentattivi biex jinstab post minn fejn jistgħu joperaw il-libreriji ta' Ħal Tarxien u Marsa. + F' Santa Luċia qatt ma kien hemm Librerija Fergħa. ++ Il-Kunsill Lokali tal-Gudja kien ta Lm500 fi flus biex inxtraw kotba u baqa' jixtri kotba kull sena għal-Librerija tal-Gudja bħala parti mill-ftehim ta' ko-operazzjoni li sar bejn il-Kunsill u d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji u li dan ġie ffirmat fit-18 ta' Frar 2000.