Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #8584 Sitting 191 2004-11-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Orkestra Nazzjonali — Chairman tal-bord

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għar-riżenja ta' Dr. Mario Tabone Vassallo minn chairman tal-bord ta' l-Orkestra Nazzjonali? Jikkonferma l-Ministru dak li ġie rappurtat fil-gazzetti, b'mod partikolari f'The Malta Independent on Sunday u The Malta Today ta' l-10 ta' Ottubru, 2004? Jista' ipoġġi kopja ta' l-ittra tar-riżenja fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Dr. Mario Tabone Vassallo ma ta l-ebda raġuni għar-riżenja tiegħu minn Chariman tal-bord ta' l-Orkestra Nazzjonali. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra ta' riżenja ta' Dr Mario Tabone Vassallo.
Leg 10 PQ #9193 Sitting 191 2004-11-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Ċittadella - armerija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir minflok l-Armerija taċ-Cittadella f'Għawdex u x'se jsir mill-affarijiet li kien hemm esebiti li jmorru lura sa żmien il-Kavallieri? In oltre jista' jgħid ta' min kienet id-deċiżjoni, x'konsulti saru u ma' min?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-maħżen tas-seklu tmintax fi Triq il-Kwartier ta' San Martin fiċ-Ċittadella ta' Għawdex ser jibda jintuża bħala ċentru amministrattiv għall-operat ta' Heritage Malta f'Għawdex, u ser jinkludi spazju għall-esebizzjonijiet permanenti, taħdidiet u attivitajiet relatati. L-affarijiet li kienu jinsabu fl-imsemmi sit ġew trasferiti għall-proċess intensiv ta' konservazzjoni peress li jinstabu fi stat ħażin ta' preservazzjoni. Id-deċiżjoni li jittieħed dan il-pass ittieħdet minn Heritage Malta wara li ġew evalwati bir-reqqa diversi punti fosthom: li s-sit ma kienx vijabli bħala attrazzjoni kulturali tant li bl-eċċezzjoni ta' perjodu qasir f'nofs it-tmeninijiet dan kien jista' jitgawda biss minn wara rixtellu tal-ħadid; l-esebiti rispettivi għandhom bżonn urġenti ta' konservazzjoni minħabba li fil-passat ma ngħatawx l-attenzjoni dovuta; l-uffiċċju amministrattiv preżenti qiegħed jokkupa parti mill-mużew tax-Xjenza Naturali u dan minbarra l-inkonvenjent ovvju li qed joħloq lill-operat ta' l-imsemmi Mużew. Dan qed jokkupa parti konsisteni mill-ispazju ta' l-esebizzjoni permanenti, qed tinħass dejjem iżjed il-ħtieġa li l-mużew tax-Xjenza Naturali jigi mtejjeb kif fil-fatt beda jsir matul l-aħħar ġimgħat u l-ispazju vakat bit-trasferiment ta' l-imsemmi Uffiċċju ser jintuża għall-estenzjoni permanenti. L-unika propjeta' vakanti li għandha Heritage Malta fiċ-Ċittadella tinħtieġ interventi strutturali notevoli sabiex tinbidel f'post amministrattiv fil-futur
Leg 10 PQ #8920 Sitting 190 2004-11-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-użu ta' mobile telephones fis-Segratarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett , dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segratarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-Ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati ukoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari. L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm 6,950.93 Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata ukoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.
Leg 10 PQ #8970 Sitting 190 2004-11-18 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn liema bord titmexxa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi llum? Kemm hemm membri f'dan il-bord u min huma? Xi kwalifiki relatati għandhom mal-karigi li jokkupaw? X'inhi r-remunerazzjoni tagħhom? Kemm hemm ħaddiema bħalissa li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tat-tmexxija tal-bord? X'inhuma r-responsabbiltajiet tagħhom eż: handyman, messengers, drivers, etc.? Hemm xi ħsieb li jitbiddel l-agreement ma' dawn il-ħaddiema? Jekk fl-affermattiv, kemm ilu fuq l-ixkaffa u għalfejn għadu ma ġiex imwettaq? Hemm xi ħsieb li wħud minn dawn il-ħaddiema jiġu trasferiti band'oħra, bħal per eżempju ma' entitajiet governattivi u f'dan il-każ humiex se jkunu impjegati fuq kuntratt definit jew indefinit?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #9035 Sitting 190 2004-11-18 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajja ta' San Ġorġ — Culvert

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx ħsieb li jitwaħħlu xi gradilji fil-culvert li jinsab fil-bajja ta' San Ġorġ u jekk fil-pożittiv, meta se jsiru peress li jekk jinżel l-ilma bis-saħħa jista' ikaxkar lil xi ħadd li jnqabad fih u jegħreq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-gradilji għal-water culvert ġew ordnati iżda kien hemm dewmien minn naħa tal-kuntrattur. Ser ninsistu mal-kuntrattur biex dawn jitqiegħdu mill-aktar fis.
Leg 10 PQ #9042 Sitting 190 2004-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Taxxi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8885 u cioe' jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.

Tisbiħ ta' xtajtiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma x-xtajtiet jew bajjiet li hemm ħsieb li jsir tisbiħ tagħhom? Jista' jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol u kemm se jieħu fit-tul kull proġett, każ b'każ? Jista' jgħid jekk humiex se jinġiebu jew jingħataw fondi mill-EU f'dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ġiet sottomessa outline application għal beach replenishment għall-Bajja tal-Balluta. Jeħtieġ li jsiru studji fuq wave dynamics tal-bajja u impatti ambjentali. Hemm proġetti oħra ta' beach replenishments li qed ikunu ikkunsidrati.
Leg 10 PQ #7165 Sitting 188 2004-11-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

National portrait gallery

Question

Jabqel il-Ministru li wasal iż-żmien li Malta jkollha n-national portrait gallery tagħha, post fejn il-bennejja li bnew u sawru l-identita' tagħna l-Maltin, mhux biss politiċi, jkollhom il-portrait tagħhom muri?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Heritage Malta taqbel li Malta jkollha n-National Portrait Gallery tagħha iżda hemm limitazzjoniet finanzjarji. Madankollu ta' min jgħid li fil-Museuem of the Social Development of the Maltese Language ser ikun hemm rikonoxximent lill-benejja li bnew u sawru l-identita` Maltija. Ta' min ukoll jireferi għal inizjattivi tajbin li qegħdin jittieħdu min-National Archives f'din id-direzzjoni b'mod partikolari fl-Imdina fejn b'kollaborazzjoni mal-fotografu magħruf Tony Mangion diġa hemm almenu bidu tassew pożittiv ta' dik li tista' tkun in-National Portrait Gallery ta' Malta.
Leg 10 PQ #8759 Sitting 188 2004-11-16 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tweġiba hija fin-negattiv.
Leg 10 PQ #8907 Sitting 188 2004-11-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #8846 Sitting 187 2004-11-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Palazz tal-President — Linfa antika

Question

Jista' il-Ministru jgħid huwiex minnu li fil-Palazz tal-President f'San Anton dan l-aħħar saret ħsara fuq linfa antika li hija smtata li tiswa madwar Lm7,000 minħabba li din inkisret waqt li kienet qed tinġarr minn kamra għall-oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li saret ħsara fil-linfa fil-Palazz ta' San Anton liema linfa kienet smata LM 5000 fis-sena 2000. Il-ħsara ġrat meta tqaċċtet il-katina tal-linfa hekk kif kienet qed titniżżel biex titpoġġa f'kamra oħra fil-Palazz. L-istima biex tissewwa din il-ħsara għad trid tiġi stabbilita. Dan kien inċident sfortunat u qed issir investigazzjoni interna u ser jittieħdu passi biex inċidenti simili jiġu evitati.
Leg 10 PQ #8885 Sitting 187 2004-11-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Taxxi

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #8797 Sitting 186 2004-11-11 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Stabilimenti — Permessi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8580 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jgħid x'permessi għandhom l-istabilimenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? X'restrizzjonijiet hemm fuq ħinijiet u livelli ta' storbju bħal public address system?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ż-żewġ stabilimenti msemmija għandhom liċenza ta' bar, u wieħed minnhom, it-tieni wieħed, għandu wkoll liċenza ta' restaurant. Dan, skond it-tagħrif mogħti lill-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu mill-Pulizija meta dawn il-liċenzi ġew trasferiti lill-istess Awtorita` fl-2002, għandu wkoll extension of time till 4 a.m. u playing of music.
Leg 10 PQ #8231 Sitting 185 2004-11-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Heritage Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi prinċipali li qed iżommu lill-Heritage Malta milli topera kif suppost? Jikkonferma li hemm problemi ta' fondi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-ewwel u qabel kollox għandna lkoll ngħoddu ħajr lil Heritage Malta għall-ħidma eċċellenti ta' din l-organizazzjoni mwaqqfa b'għaqal mill-Gvern preżenti. L-istess Gvern qed jistħarreġ il-possibilta` li jgħaddi aktar fondi lil Heritage Malta biex din tkompli tkattar il-ħidma u l-inizzjattivi pożittivi tagħha.
Leg 10 PQ #7142 Sitting 184 2004-11-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Baħar iċ-Ċagħaq — Proġett tal-White Rocks

Question

Jista' il-Ministru jgħid, sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju ta' natura kummerċjali f'dan l-istadju, fiex wasal il-proġett tal-White Rocks f'Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F'dan l-istadju l-Gvern qed jara d-diversi possibilitajiet li għandu quddiemu rigward kif l-aħjar jipproċedi fuq dan il-proġett.
Leg 10 PQ #8221 Sitting 184 2004-11-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Villa Rumana

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-armar li qed igħatti l-faċċata tal-Villa Rumana għadu ma tneħħiex, minkejja li x-xogħol tal-faċċata ilu lest? Jista' jgħid ukoll mingħand min hu mikri dan l-armar u kemm qed jiġi mħallas ta' kuljum? Japprezza l-Ministru li dan l-armar qed iżomm lit-turisti li jkunu fl-inħawi milli jgawdu l-faċċata sabiħa ta' l-istess villa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-armar li qed jgħatti l-faċċata tar-Roman Domus qiegħed jinżamm fil-post għal diversi raġunijiet, fosthom: 1 Ix-xogħol li jinvolvi il-faċċata għadu ma tlestix. Dalwaqt trid tiġi mmuntata rampa speċjali għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Irid ukoll isir xogħol ta' elettriku fil-ġnien li jinsab quddiem il-faċċata. Hemm ukoll xogħol fuq il-bieb prinċipali li jrid jitlesta meta jiġi nstallat il-bieb tal-ħġieġ awtomatiku ix-xagħar id-dieħel. Għad fadal ukoll xogħol ta' landscaping li jrid jibda wara x-xogħol imsemmi qabel. Għaldaqstant għal fini ta' sigurta` u saħħa l-armar qed jinżamm fil-post. 2. Għalkemm ix-xogħol ta' restawr u tindif (delikat ħafna) fuq il-faċċata u l-pilastri storiċi, flimkien-mal ħadid tal-perimetru tlesta fis-sajf, l-armar tal-injam inżamm bħala protezzjoni mid-dħaħen tal-vetturi (coaches) li qegħdin, abużivament, jieqfu għal ħinijiet twal waqt li t-turisti jmorru l-Imdina. Peress li ħafna mill-ħsara li kien hemm fuq il-pilastri ta' barra kienet ikkawżata mid-dħaħen ta' vetturi (speċjalment dak min distanza viċina) u għad hemm il-periklu li dawn il-pilastri jiġu milquta meta dawn il-vetturi jrossu magħhom (għax joqodu wiċċhom il-barra) inħass li sakemm tkun riżolta l-kwestjoni ta' fejn dawn il-vetturi sejrin jibdew jieqfu, l-armar jibqa' fil-post. L-armar qiegħed mikri mingħand Scaffolding Services bir-rata ta' Lm 2.14 (excl. VAT) kuljum. L-armar jiġi mneħħi meta x-xogħolijiet jjispiċċaw u ma jkunx hemm aktar periklu għal min jersaq lejn il-perimetrtu. Fil-preżent, anke jekk l-armar jitneħħa, il-faċċata xorta qiegħdha tkun mgħottija mil-vetturi.
Leg 10 PQ #8481 Sitting 184 2004-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7664, jista' il-Ministru jinformana kemm hu n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fil-lukandi li għalqu u f'dawk il-lukandi li skond l-istess tweġiba tal-ministru se jagħlqu sa din is-sena? X'impjieg alternattiv qed toffri l-politika tal-gvern Nazzjonalista għal dawn il-ħaddiema u fejn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ma żżomx informazzjoni fuq in-numru ta' impjegati fil-lukandi. L-iżvillup ta' lukandi oħra ġodda, li huma pjanati li jinfetħu matul ix-xhur li ġejjien, flimkien ma' żvillup ieħor fi ħdan lukandi eżistenti, joffru opportunitajiet ġodda għall-impjieg alternattiv lil dawn il-ħaddiema, fost oħrajn.
Leg 10 PQ #7138 Sitting 183 2004-11-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Postijiet storiċi — Attivitajiet privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha li bdiet l-inizjattiva lodevoli tal-Heritage Malta li tħalli postijiet storiċi (bħall-Palazz ta' Vilhena fl-Imdina) jinkrew għall-attivitajiet privati (bħal tiġijiet)? Liema huma dawk is-siti li nkrew s'issa u kemm hu kkalkulat li kien l-introjtu għal Heritage Malta s'issa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Heritage Malta bdiet din l-inizjattiva fil-bidu ta' din is-sena. Prinċipalment erba' siti huma involuti: Palazzo Vilhena, il-Mużew Marittimu, il-Palazz ta' l-Inkwiżitur u l-Mużew ta' l-Arkeoloġija. Hemm kundizzjonijiet u proċeduri ċari li wieħed irid jimxi magħhom. Din is-sena, bħala riżultat ta' din l-inizjattiva, Heritage Malta mistennija tagħmel Lm 8,000 li minnhom iridu jitnaqsu diversi spejjeż.
Leg 10 PQ #8593 Sitting 183 2004-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi f'Malta u Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn lukandi f'Malta u f'Għawdex, kif inhuma klassifikati f'kull każ u kemm għandhom sodod f'kull każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Leg 10 PQ #8307 Sitting 180 2004-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena nsterqu LM 500.50 cash mill-Malta Society of Arts Manufacture and Commerce. Dawn kienu jikkonsistu fi flus mill-vending machine, petty cash float u s-safe. F'dan il-perijodu nsterqu wkoll moon rock u tazza rumana li ma jistax jingħata prezz għalihom kif ukoll Airforce World War II bicycle headlamp ta' valur zgħir.