Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax isir sleeping policeman fi Triq il-Ġnien il-Gżira minħabba is-sewqan bl-addoċċ li spiss ikun hemm f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' numru ta' residenti ġewwa Triq G. Despott, Birgu li sofrew ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ waqt li kienet qedha issir t-triq u huwiex possibbli li dawn jiġu kkumpensati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant igħaddili iktar informazzjoni dwar il-każ biex ikun jista jiġi nvestigat.

Triq il-Farfett tal-Fejġel — Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax, invista ta' domandi parlamentari preċedenti, jinforma l-Kamra jekk huwiex possibli li t-triq tal-Farfett tal-Fejġel Żabbar u t-toroq adjaċenti ssir fi żmien qasir billi l-posiżżjoni qegħdha tmur lura kull ġimgħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 32869.

Bridge Street — Mosta

Question

Jista l-Ministru jgħid meta sejra titlesta t-triq new street in Bridge Street, Mosta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa għaddej xogħol ta' kostruzzjoni ta' storm water culvert. Fl-istess ħin qed jiġu ppreparati sejħiet għal kostruzzjoni ta' bankini, service culverts u asfalt f'din it-triq.

Triq San Ġużepp — Żejtun/Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min hija r-responsabilita' tat-Triq San Ġużepp li tgħaqqad iż-Żejtun ma Ħaż-Żabbar? Peress li din it-triq tista tnaqqas ħafna mit-traffiku li jgħaddi minn Hompesch Street Żabbar, iħossx il-Ministru li l-gvern ċentrali għandu jindaħal u jassumi responsabilita' li din it-triq tant importanti u daqstant traskurata u mħarbta? Peress li t-traffiku li jgħaddi minn Hompesch Street Żabbar kull ma jmur qed jikber jistax iqis din it-triq bħala urġenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-manutenzjoni tat-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija responsabilta' tal-Kunsill Lokali. Madankollu peress li kif qal l-Onor. Interpellant din it-triq qed isservi ta' relief road għat-traffiku waqt li qed isir ix-xogħol fi Triq Hompesch, tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq sabiex isir patching fil-parti tat-triq li tinħtieġ dan ix-xogħol.

Triq Port Ruman — M'Xlokk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tqum it-Triq Port Ruman M'Xlokk (Phase 1 u Phase 2)? Min daħal għal din l-ispiża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħlijiet li saru fuq phase 1 u phase 2 ta' Triq il-Port Ruman, Marsaxlokk swew Lm117,768 u Lm19,400 rispettivament, għal ammont globali ta' Lm137,168. Ix-xogħol kollu tħallas mid-Direttorat għat-Toroq.

Triq Ċiċerun — Marsa Xlokk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se tkun l-ispiża biex issir Triq Ċiċerun (Marsa Xlokk)? Min se jidħol għal din l-ispiża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li ser isir fi Triq Ċiċerun u l-akwati tagħha ser jiswa madwar Lm25,000 u ser jitħallas mid-Direttorat għat-Toroq.

Triq Matteolo Saliba — Żurrieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess biex Triq Matteolo Saliba Żurrieq tingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ħareġ sejħa għall-offerti biex isir xogħol f'din it-triq u fil-preżent għaddej il-proċess biex jiġi aġġudikat il-kuntratt għal dan ix-xogħol.

Pulizija — Parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32919 u cioe, jista' jgħid peress li fi Triq Mile End Ħamrun hemm ħafna uffiċċini tista' l-awtorita' ta' l-ippjanar tieħu ħsieb tinforza dwar faċilitajiet ta' parking ta' vetturi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ser jitlob lill-Kunsill Lokali biex isiru marki b'tali mod li l-parkeġġ fiż-żona ndikata mill-Onor. Interpellant ikun organiżżat aħjar.

New Street in Bridge Street — Mosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejra titlesta t-triq New Street in Bridge Street, Mosta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 33085.

Triq il-Maħsel — Ħal Qormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Maħsel f'Ħal Qormi se tiġi mibnija għaliex illum il-bini f'din it-triq inbena kollu u għalhekk il-gvern m'għandux problema li jrid isegwi l-policy u jibni triq meta din tkun inbniet kollha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq il-Maħsel, li hi triq żgħira (cul-de-sac), ser tiġi asfaltata ma' toroq oħra fl-inħawi mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi.

St. Peter's — Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f'Ħaż-Żabbar, fl-area ta' St. Peter's li ser isirilhom it-tarmac sa l-aħħar tas-sena 2002?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija ghal Mistoqsija Parlamentari Nru. 32869.

B'Kara — Psaila Street

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-proġett ta' Psaila Street, B'Kara, jitkomplew il-bankini tar-residenti li nqalgħu u tħallew maqlugħin bix-xogħol wieqaf u bil-konsegwenza li ħadd ma jista' jidħol jew joħroġ minn daru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol tal-bankini f'Psaila Street, B'Kara qed jitkompla u ser jitlesta' f'qasir żmien.
Leg 9 PQ #33009 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Triq Hompesch — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li qed isir tat-tielet u l-aħħar fażi fi Triq Hompesch Fgura, jinqasam fi tnejn ''fit-tul'', along the road, biex jitnaqqas l-inkonvenjent sija għall-ħwienet, kif ukoll għall-pubbliku. B'hekk ma jiqafx il-flow tat-traffiku, u lanqas jinħoloq congestion għas-sewwieqa li jkunu qed ifittxu triq alternattiva minn fejn jagħddu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għalkemm id-Direttorat għat-Toroq studja l-proposta mressqa mill-Onor. Interpellanta ġie deċiż li x-xogħol ta' din il-fażi jsir fuq tul wieħed biex l-inkonvenjent, kemm għar-residenti u l-ħwienet kif ukoll għas-sewwieqa li jgħaddu minn din l-area ikun jista' jispiċċa malajr.
Leg 9 PQ #33012 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Bord ta' l-Awtorita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-bord ta' l-awtorita' ta' Malta dwar il-kommunikazzjoni għadu ma ġiex appuntat? Ma jidhirlux illi dan qiegħed joħloq problemi serji lill-awtorita biex timplimenta d-deċiżjonijiet tagħha apparti l-fatt illi din qiegħda topera b'mod irregolari b'chairman/kap eżekuttiv biss?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord ta' l-Awtorita tal-Komunikazzjoni ġie appuntat b'effett mill-1 ta' April 2002. Ninsab infurmat ukoll li l-atti kolha li saru sa mill-1 ta' Jannar 2001 sa meta twaqqaf il-Bord inħarrġu skond il-proċeduri stipulati mill-liġi u taħt l-awtorita' ta' min kien intitolat joħroġhom.

Triq San Antnin/Wistin Levanzin — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra dwar f'liema stadju waslu l-proċeduri indikati fid-domanda nru. 30314 ġewwa Triq San Antnin u Wistin Levanzin Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed jieħu l-passi neċessarji biex jitlesta' x-xogħol ta' espropriazjoni.

Triq San Gwann/Triq A. Sistner — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar f'liema stadju waslu l-miżuri li kellhom jittieħdu fi Triq San Gwann u Triq A Sistner Fgura wara d-domandi 29753 u 30312?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30312

Mosta — Triq il-Waqqafa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq il-Waqqafa l-Mosta li r-road contibution għaliha ilha mħallsa mir-residenti għall-aktar minn 10 snin, la fiha bankina, la asfalt, jew tarmac u lanqas dawl adegwat? Jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata bil-kordinament tax-xogħolijiet meħtieġa mmedjatament u dan b'rispett lejn ir-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 31238 li tapplika wkoll f'dan il-każ.

Mosta — Triq l-Antinni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq l-Antinni l-Mosta li r-road contibution għaliha ilha mħallsa mir-residenti għall-aktar minn 10 snin, la fiha bankina, la asfalt, jew tarmac u lanqas dawl adegwat? Jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata bil-kordinament tax-xogħolijiet meħtieġa mmedjatament u dan b'rispett lejn ir-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 25945.

Triq il-Pitiross — Ħal Għaxaq

Question

Jista' l-Ministru jinkludi Triq il-Pitiross f'Ħal Għaxaq mil-lista ta' toroq li ser jiġu fformati - triq li ilha aktar minn 13-il sena tistenna li ssir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 32885.