Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies l-MIA f'dawn l-aħħar sitt xhur? Liema grad daħlu u kemm applikaw għall kull vacancy kemm ġew impjegati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu bejn it-18 ta' Awissu 2001 u t-18 ta' Frar 2002, ġew impjegati seba' Airport Attendants mal-kumpanija Malta International Airport minn fost mitejn u ħames applikanti li kienu ġew riferuti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-volum ta' ittri kemm lokali kif ukoll dawk minn barra l-pajjiż li l-posta ta' Malta ħadmet mis-sena 1995 sa 2001, sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
SENA LOKALI BARRANIN TOTAL
1995 35,558,000 8,576,000 44,134,000
1996 85,326,000 12,359,000 97,685,000
1997 47,975,000 10,450,000 58,425,000
1998 37,358,000 12,443,000 49,801,000
1999 37,175,000 12,612,000 49,787,000
2000 52,448,000 8,280,000 60,728,000
2001 53,627,000 8,389,000 62,016,000
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Malta International Airport (MIA) matul dawn l-aħħar tnax-il xahar u f'liema gradi ġew impjegati, kull xahar separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu bejn l-1 ta' Frar 2001 u l-31 ta' Jannar 2002, ġew impjegati sbatax-il persuna mal-kumpanija Malta International Airport. Dawn ġew impjegati matul ix-xhur u fil-gradi li ġejjin
Frar 2001 1 Customer Services Assistant
3 Skrivani
Marzu 2001 1 Senior Technician
Mejju 2001 1 Skrivan
1 Assistant Administrator
Ġunju 2001 1 Skrivan
Lulju 2001 1 Skrivan
Awissu 2001 1 Skrivan b'kuntratt definit
Jannar 2002 7 Airport Attendants
Jista' l-Ministru jara li l-kontijiet ta' l-elettriku, ilma u telephone ta' nisa ta' rġiel li jitilqu mid-dar (jabbandunaw il-familja) jkunu jistgħu jiġu maqluba fuq l-inkwilini u mhux jibqgħu jgħajtu lir-raġel biss, li ma jkunx għadu joqgħod hemm peress li dan qiegħed jikkawża inkonvenjent kbir għal dawn il-familji?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-entitajiet konċernati għall-konsiderazzjoni tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ttieħdux passi biex arblu ta' l-elettriku li miegħu hemm iwaħħal cable tad-dawl ma jibqax jisparkja kull meta tagħmel ix-xita?
Peress li qed ikun ta' ħafna periklu għall-familja li toqgħod f'dar numru 8, Sqaq ta' l-għarrar, Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Membru ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm flejjes intefqu u huma previsti li jintefqu fuq l-arbli tad-dawl li qed jsiru ġewwa Triq Alfonso de Wignacourt fix-Xgħajra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tistma li tonfoq is-somma ta' Lm6,166 fuq arbli fi Triq Alfonso de Wignacourt fix-Xgħajra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki tal-ġir ġewwa pajjiżna u kemm iħaddmu impjegati bejniethom? Jista l-Ministru jgħid kif qed jaħseb il-Gvern li tista' tiġi salvagwardjata din l-industrija lokali partikolarment wara l-propost dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropeja?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li skond it-tagħrif li għandu l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, sa xi żmien ilu kien hawn żewġ kalkari tal-ġir f'Ħal Qormi u oħra f'Ta' Sannat.
Peress li s-sidien tal-kalkari naqsu milli jfornu tagħrif għall-kwestjonarji ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, ma jistax jingħad kemm fil-fatt bħalissa hawn kalkari tal-ġir li qed joperaw.
Sadanittant, l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika qed jara għaliex is-sidien ta' dawn il-kalkari ma rrispondewx il-kwestjonarji, u jekk ikun il-każ, jittieħdu l-passi legali sabiex il-kwestjonarji jiġu mwieġba.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni legali u nutarili fl-iffirmar tal-kuntratt tal-kumpanija Transend mal-Maltapost?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-negozjati, u sussegwentement l-iffirmar tal-ftehim, dwar il-privatizazzjoni parzjali tal-Maltapost saru mil-Privatisation Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi. Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pajpijiet tad-dawl biex isiru d-dwal mat-tarf tar-roundabout f'Ta Lourdes ħdejn Sare Marbles f'Raħal Ġdid ilhomlesti ż-żmien iżda baqgħu ma twaħħlux id-dwal mat-truf tal-istess roundabout traffikuża in kwistjoni li jgħin lis-sewwieqa bil-lejl li jkunu qed isuqu madwarha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ma jaqax fir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jara li tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku fi Triq il-Magħsar, Zabbar peress li r-residenti qed jilmentaw li qed isibu diffikultajiet kbar sabiex ċerti appliances jaħdmu kif suppost ?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja, u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jitwassal is-servizz tal-elettriku f'Arc En Ciel, Triq in-Nejder Kirkop, fejn il-kliejent ilu li ħallas għas-servizz aktar minn 4 snin?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm disponibilita min-naħa tas-Sea Malta li tikkopera mal-Institut Marittmu tal-MCAST fl-għoli tal-edukazzjoni u l-formazzjoni ta' kadetti billi taċċetta li tipprovdi personnel ikkwalifikat biex jgħallem lill-istudenti tal-MCAST?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li s-Sea Malta minn dejjem kienet strumentali fl-għajnuna lill-proċess ta' edukazzjoni għall-formazzjoni ta' kadetti fil-gradi ta' Uffiċjal. Fil-fatt Master Mariners u Chief Engineers kwalifikati, li kienu ingħataw għajnuna finanzjarja mis-Sea Malta, qed jagħtu l-kontribut tagħhom lill-MCAST fuq bażi part-time.
Kull darba li s-Sea Malta ġiet mitluba tagħti l-għajnuna, dan dejjem għamlitu u hekk fi ħsiebha tibqa tagħmel.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm negozjati diretti mat-Transend dwar Malta Post li ma sarux mill-Privatisation Unit?
Jekk iva, minn min, meta u fejn saru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sa fejn jiena nfurmat, in-negozjati dwar il-privatizazzjoni parzjali tal-Maltapost saru dejjem mal-Privatisation Unit.
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri meta persuna impjegata it-Tarzna jew MSCL, issib impjieg u tiddeċiedi li tapplika għall-iskema ta' irtirar kmieni? Jista' jitlaq mill-ewwel, jew irid jagħmel xi żmien wara li jappliku? Jekk hu l-każ, kemm irid idum jistenna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li skond il-ftehim milħuq mit-Task Force l-applikazzjonijiet għandhom jiġu trattati mill-aktar fis. Il-management tat-Tarzna ser jibda jagħti deċiżjonijiet, fejn hu possibbli, fi żmien ġimgħatejn jew tlieta mid-data li jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, pero' mhux aktar tard mit-terminu ta' l-iskadenza kif ġie miftiehem mit-Task Force.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infieq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
B'referenza għall-mistoqsijiet tiegħi dwar il-flus dovuti lill-ex-ħaddiema tal-lukanda Verdala tar-Rabat u l-arrangamenti verbali li kienu saru sabiex wara li tinbiegħ din il-lukanda l-ħaddiema jitħalsu u għall-fatt li l-GWU ġabret mill-ġdid tiswijiet u l-ammonti ta' flus dovuti lill-ħaddiema wara l-Ministru infurmani li jekk ikun hemm talba mill-GWU f'dan ir-rigward jikkunsidra li jħallas il-pagamenti pendenti, jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress li sar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minn informazzjoni li għandi jirriżultali li sa llum il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta ma irċeviet ebda dokumentazzjoni dwar din il-materja.
Tajjeb ngħid li anke jekk tali dokumentazzjoni tiġi sottomessa, wieħed ma jistax jaqbad u jieħu azzjoni biex isir il-ħlas li qed jingħad li huwa dovut. Qabel isir dan, irid ikun żgurat li kell azzjoni li tittieħed tkun konformi mal-liġi, anke in vista tal-fatt li f'dan il-każ ikun irid isir użu ta' fondi pubbliċi.