Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ksur ta’ liġi – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20217, jista' l-Ministru jispjega kif jista' jkun li l-bejjiegħ l-ieħor tal-ħaxix għandu l-permess mill-Awtorità tal-Artijiet li qiegħed jarma wkoll fuq central strip jekk dan il-permess f'dik it-triq kien diġà ngħata lill-bejjiegħ tal-ħaxix li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Fid-dawl tad-dokumenti provduti separatament, jista' jara li tittieħed azzjoni immedjata sabiex din il-persuna tkun tista' terġa tarma f’dan il-post kif ilha tagħmel skont il-permess tul dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor.i Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Persuni li ħadu d-divorzju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li ħadu d-divorzju mis-sena 2013 sal-2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 kien hemm tlett mija wieħed u disgħin–il divorzju rreġistrat, fis-sena 2014 kien hemm tlett mija disa’ u sebgħin –il divorzju rreġistrat, filwaqt li matul din is-sena sa l-aħħar ta’ Ottubru 2015, kien hemm tlett mija seba’ u erbgħin divorzju rreġistrat.

Użu ta’ pepper spray

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min għandu l-permess li juża l-pepper spray fil-pajjiż u f’liema ċirkostanzi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm il-Pulizija kif ukoll l-uffiċjali fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin għandhom permess li jużaw l-pepper spray fil-pajjiż. Il-membri tal-Faċilità Korettiva ta’ Kordin jagħmu użu minnu skond il-liġi, filwaqt li l-Pulizija jistgħu jużawh kif indikati f’ċirkolari interna.

Gender identity act — bdil ta’ identita

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li minn mindu ġiet in vigore il-liġi tal-Identità tal-Ġeneru għamlu użu minnha u bidlu s-sess tagħhom fuq l-ID cards eċċ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ammont ta’ persuni li biddlu s-sess tagħhom, minn meta ġiet in vigore il-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru, kien dak ta’ 40. Dan l-ammont jirrifletti ruħu wkoll f’tibdil tal-ID Cards b’mod awtomatiku.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Soċjali — konsulenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17752, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija dwar il-konsulenti li nħatru fil-perjodu li rreferejt għalih fil-mistoqsija oriġinali sal-lum u jelenka f’liema entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu qegħdin dawn il-konsulenti? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mal-mistoqsija parlamentari 17752.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt id-dekasteru tiegħi hemm disa’ dipartimenti li joffru s-servizz ta’ teleworking. Dawn huma: AWAS. Protezzjoni Ċivili, Ref Comm, Probation and Parole, Identity Malta, Uffiċju tas-segretarju permanenti, Difiża, Pulizija u l-Faċilta Korettiva ta’ Kordin. Dawn kolla joffru dan is-servizz taħt il-kundizzjonijiet maħruġa skond il-Public Service Management Code.

Rapport lill-pulizija — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li tigi kkuntatjata din il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament peress li ghandha problema b’rapport lill-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba kunfidenzjalita’ tal-każ, l-informazzjoni mitluba se tingħaddielu personalment.

Għawdex – karozzi abbandunati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 20294 u jgħid kemm-il karozza abbandunata nġabret mill-Pulizija f’Għawdex matul l-2014 u din is-sena? Huwa minnu li l-pulizija f’Għawdex mhux qed jiġbru karozzi abbandunati madwar Għawdex għaliex mhemmx post fejn jinżammu? X’se jagħmel il-Ministeru biex jipprovdi post fejn jinġabru dawn il-vetturi li jkunu tneħħew mit-toroq?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija f’Għawdex ma ġabrux karozzi abbandunati minn madwar il-gżira fil-perjodu msemmi. Ser jiġi esplorat x’jista’ jsir biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.

Delitti li saru f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru omoċidji voluntarji f’Malta u f’Għawdex kull sena mill-1996 sal-lum? Jista’ jaqsamhom skont is-sess u bejn Malta u Għawdex? Jista’ l-Ministru jgħid b’mod ġeneriku kif twettqu dawn ir-reati eż arma tan-nar, arma bil-ponta, asphyxia eċċ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Is-Swieqi – Għassa tal-Pulizija – użu ta’ segways

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li fin-nuqqas ta’ karozzi assenjati mal-Għassa tal-Pulizija tas-Swieqi jibdew jintużaw segways kif ġie propost mill-Kunsill Lokali tal-istess lokalità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizja ma waslitilhom l-ebda proposta simili mill-Kunsill tal-lokalità.

Sistema tal-Parole — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li applikaw biex jibbenefikaw mis-sistema tal-parole? Kemm minn dawn il-każijiet ġew approvati u kemm ma kenux approvati?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.

Persuni mressqa l-qorti – akkużat li għexu minn qliegħ ta’ prostituzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19267 u jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi li għexu minn qligħ ta’ prostituzzjoni mill-2008 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom u x’kienu l-pieni mogħtija? Jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 20124.

Persuni mressqa l-qorti fuq tlajjar għall-skop ta’ prostituzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19266 u jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni mill-2008 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom u jgħid f’liema lokalitajiet inqabdu? Jista’ jgħid x’pieni ngħataw?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 20123.

Għawdex – Triq l-Imġarr – inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mewt seħħet kaġun ta’ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr li mill-port tal-Imġarr twassal sar-Rabat f’Għawdex fl-aħħar tmien snin? Jista’ jgħid ukoll kemm-il inċident seħħ fl-istess triq u li fih persuni sfaw feruti gravi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 t’ Ottubru 2015, il-pulizija rreġistrat 28 rapport tat- traffiku fi Triq L-Imġarr Għawdex u li fihom tilfu ħajjithom 4 persuni filwaqt li 30 persuna oħra sofrew ġrieħi ta’ natura gravi. Informazzjoni sena b’sena dwar in-numru ta’ persuni li weġġgħu jew tilfu ħajjithom f’dawn l- incidenti tat- traffiku qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija — membri li jaħdmu fil-garaxx tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17678 u 20448, u jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fil-garaxx tal-pulizija skont ir-rank tagħhom? Jista’ jgħid kemm inħadmu sigħat ta’ overtime bejn Jannar 2014 u Awwissu 2015 fil-garaxx tal-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sa 2 ta’ Novembru 2015 fl-MT Garage tal-Pulizija hemm stazzjonati tmienja u ħamsin (58) membru tal-Korp. Dawn huma kif jidher fit tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. In-numru ta siegħat maħduma f’overtime kien kif jidher fl-istess tabella.

RIU – makkinarju u apparat

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20451, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kumpaniji, dealers jew aġenti li nxtraw mingħandhom il-makkinarju, apparat jew armi għall-Rapid Intervention Unit (RIU)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kumpaniji li mingħandhom inxtraw il-makkinarju, apparat jew armi għall-Rapid Intervention Unit (RIU) kienu dawk elenkati hawm taħt: 1. Quantum Engineering Supplies Ltd 2. Field Sports Ltd 3. Auto Sales Ltd 4. Phoenix Group, u 5. Messers Charles Ellul

Għassa tal-Pulizija tal-Imsida – karozzi tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu fil-lokalità tal-Imsida u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onoervoli Interpellant li ninsab infurmat li għal-Għassa tal-Pulizija tal-Msida hemm assenjata karozza waħda. F’każ ta’ ħtieġa l-vettura tal-Gzira tista tigi assenjata ghal din il-lokalita ukoll. Barra min dan il-vettura oħra tad-Distrett ukoll tista tiġi użata biex tassista, jekk u meta jkun hemm il-bzonn.