Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – xogħlijiet ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont informazzjoni miġbura, fil-perjodu imsemmi kien hemm entita’ waħda (l-Awtorita’ tad-Djar) li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi li tat direct order waħda ta’ €6,871.65 għal servizzi professjonali lil kumpanija ikkonċernata. Mhux magħruf kienux intalbu 3 stimi u lanqas jekk kienitx intalbet l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – karti għal dawk il-persuni li joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jew xi dipartiment ieħor li jaqa’ taħtu, jieħu l-passi neċessarji biex il-persuni li joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ikollhom il-karti relatati mad-drittijiet tagħhom ippreparati qabel joħorġu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fil-31 ta’ Jannar tas-sena l-oħra (2015), sabiex jagħti servizz aħjar lill-persuni li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali beda joffri s-servizzi tiegħu mill-istess Faċilità. Permezz ta’ dan, uffiċċjal tad-Dipartiment jattendi kull ġimgħa sabiex jilqa’, minn ġimgħa qabel applikazzjonijiet għall-benefiċċju ta’ persuni li jkunu waslu biex jiskontaw is-sentenza tagħhom, kif ukoll jgħin f’xi diffikultajiet jew mistoqsijiet relatati mas-sigurtà soċjali li jista’ jkollhom ir-residenti. Minbarra dan, id-Dipartiment appunta persuna sabiex tirċievi dawn l-applikazzjonijiet u tgħaddihom mill-ewwel biex jinħadmu, biex b’hekk, malli l-persuna toħroġ mill-Faċilità ma ssibx ruħha bla flus għal żmien twil kif kien isir qabel. Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li, l-Aġenzija Sedqa tipprovdi servizz ta’ rijabilitazzjoni residenzjali lil dawk il-persuni fil-Fakulta’ Korrettiva ta’ Kordin li jkollhom passat ta’ abbuż ta’ droga jew alkohol, u li jkunu wasslu fl-aħħar xhur qabel jiskontaw is-sentenza tagħhom. Fost l-oħrajn, jiġi offrut servizz ta’ social work lil dawn il-persuni ġewwa l-faċillta’; liema għajnuna tikkonsisti f’assistenza sabiex ir-residenti jkunu jistgħu japplikaw għal servizzi soċjali, u wkoll ikunu jistgħu jidentifikaw taħriġ vokazzjonali jew xogħol u jiġu offruti għajnuna sabiex jinstab housing għal dawk li jkunu bla dar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — membri ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondi għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn — Kriterji

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23045, il-Ministru spjega li l-għażla tal-kriterji ta’ dawk eleġibbli li jirċievu l-ikel taħt il-programm FEAD f’Malta u f’Għawdex, saret abbażi tal-flus mogħtija mill-Unjoni Ewropea u biex ikun żgurat li l-programm joffri għajnuna tanġibbli lil dawk li huma kkunsidrati relattivament l-ifqar? Jista’ jgħid allura fuq liema bażi l-kategorija ta’ persuna waħedha, li ma jkollha l-ebda dħul u li ma tirċievi l-ebda benefiċċju jew għandha benefiċċju żgħar ħafna, ma għandhiex tkun ikkunsidrata bħala waħda mill-kategoriji li huma l-ifqar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli. Interpellant illi fit-tweġiba li qed tirreferi għaliha hawn fuq, jien kont indikajt l-erba’ kategoriji ta’ nies f’Malta u Għawdex li huma eliġibbli li jibbenefikaw mit-tqassim tal-ikel taħt il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD). Meta ġejna biex nikkunsidraw liema kategoriji ta’nies kellhom ikunu eliġibbli biex jirċievu dan l-ikel, kellna nżommu quddiem għajnejna l-ammont ta’ flus mogħtija lill-Malta għal perjjodu kollu ta’ implimentazzjon, kif ukoll l-għażla tal-ikel li xtaqna li jkun imqassam. ; Żammejna f’moħħna l-kwalita’ tal-ikel, u li riedna li jitqassam fi kwantita’ li jista’jagħmel differenza fil-ħajja ta’ dak li jkun. Għaldaqstant, ingħatat prijorita’ lil dawk il-familji li għandhom żewġt itfal jew aktar taħt is-sittax- il -sena kif ukoll lil dawk li qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja (jew tax-xjuħ kif inhi magħrufa minn ħafna) iżda li ma jgħixux weħidhom. Ngħarraf lill-Onorevoli. Interpellant li, ma inkludejniex bħala waħda mill-kategoriji, persuni li jgħixu weħidhom għar-raġuni li r-rata ta’ pensjoni tagħhom hi relattivament aħjar meta mqabbla ma’ ta’ dawk li ma jgħixux weħidhom. Ta’ min iżid ukoll li, fl-eventwalita’ ta’ -każ kif qed tindika l-Onorevoli .Interpellant, jekk il-persuna kkonċernata ma jkollha ebda dħul jew assi li jaqbżu t-test tal-mezzi stabbiliti għall-għoti ta’ benefiċċji mhux kontributorji taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, il-persuna tista’ tibbenefika minn tali benefiċċji non-kontributorji. Għal darba oħra nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi se jkun hemm skema oħra mill-fondi pubbliċi li tolqot lill-eluf ta’ benefiċjarji li ma gawdewx mill-iskema ffinanzjata mill-Unjoni Ewropeja.

Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn – lista ta’ prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prodotti kollha li qegħdin jitqassmu mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)lil dawk il-persuni li huma fil-bżonn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Reviżjoni ta’ pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir ir-reviżjoni tal-pensjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament stante d-diversi tentattivi li saru min-naħa tiegħu sfaw inutli u jidhirlu li l-ammont għandhu jiġi aġġustat favur tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu huwa magħluq. Il-persuna ikkonċernata ser tkun infurmata bl-eżitu wara li sar reviżjoni tal-każ.

Għaxaq – tranġar ta’ post perikoluż – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn qiegħed jitlob li post perikoluż fi Triq il-Merill ma’ Triq l-Iklin Għaxaq jiġi rranġat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu huwa magħluq. L-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie kkuntattjat u nfurmat bl-eżitu.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-Ministeru tiegħi u/jew id-Dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ma tawx xogħol, b’direct order jew wara sejħa pubblika, matul il-perijodu imsemmi, lill-Avukat u jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom ġew mogħtija separatament ma’ din il-mistoqsija.

Residenza għall-anzjani – dħul minn residenti mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fid-djar tal-anzjani inkella f’San Vinċenz de Paul li kienu residenti fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, lokalità b’lokalità, fis-snin 2013, 2014 u 2015 (sena b’sena)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-ammont ta’ persuni residenti il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, li daħlu fid-djar tal-anzjani jew ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, f’San Vinċenz de Paul, fil-perijodu imsemmi minnu, kien kif ġej: 2013 2014 2015 Residenti mill-Mellieħa 11 13 12 Residenti minn San Pawl il-Baħar 8 21 15 Residenti min-Naxxar 18 17 19

Residenza għall-anzjani – dħul ta’ anzjani kontra l-volontà tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ persuni li nqatgħu mil-lista ta’ stennija sabiex jidħlu f’xi residenza tal-anzjani u San Vinċenz de Paul bejn Mejju 2013 u Frar 2016 (sena b’sena) kontra l-volontà tagħhom u mhux għax talbu huma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Mejju 2013 ‘il quddiem, ebda persuna ma qatt inqatgħet jew xi darba se tinqata’, kontra l-volontà tagħha, mill-lista ta’ stennija sabiex tidħol f’xi residenza tal-anzjani jew ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul.

Servizz ta’ home help, handyman service u meals on wheels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tammonta l-lista ta’ persuni li qed jistennew li jingħataw is-servizz tal-home help, handyman service u meals on wheels (b’mod separat) sena b’sena bejn l-2013 u Frar 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu, dwar is-servizzi imsemmija fil-perijodu imsemmi, tinsab fit-tabella t’hawn taħt Sena Meals on Wheels Handyman Home Help Numru ta’ Stennija Numru ta’ Stennija Numru ta’ Stennija 2013 27 2 66 2014 91 16 37 2015 297 14 401 2016 Frar 248 7 167

Residenza San Vinċenz de Paul – investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien jammonta fi flus l-investiment li sar fir-Residenza San Vinċenz de Paul, sena b’sena, bejn Jannar 2009 u Jannar 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nnforma lill-Onorvoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Djar tal-anzjani mmexxija bl-Iskema ta’ PPP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-djar tal-anzjani f’pajjizna li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern (jinkludi wkoll dawk li nbnew u/jew qed jitmexxew taħt l-Iskema tal-PPP) u f’liema sena nbnew?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-djar tal-anzjani f’pajjiżna li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern, inklużi wkoll dawk li nbnew u/jew qed jitmexxew taħt l-Iskema tal-PPP, huma kif ġej: Dar tal-Anzjani tal-Gvern Ftuh Uffiċċjali Inbniet fis-Sena Mtarfa 31 ta` Ottubru 1997 Mhux magħruf Mosta 5 ta` Mejju 1987 Mhux magħruf Msida 16 ta` Lulju 1991 Mhux magħruf Floriana 20 ta` April 1987 Mhux magħruf Żejtun 14 ta` Marzu 1994 Mhux magħruf Bormla 18 ta` Diċembru 1999 1998 Zammit Clapp Residential Home 7 ta` Frar 2012 Mhux magħruf Mellieħa 1 ta` Marzu 2008 2007-2008 Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment m’għandux informazzjoni dwar meta nbena l-bini ta’ uħud mid-djar hawn fuq imsemmija.

Residenza San Vinċenz de Paul — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jivverifika jekk hux minnu li l-familjari tal- pazjenti li huma residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul, qed jintalbu biex jixtru pultruna għall- pazjenti qraba tagħhom biex jitniżżlu mis-sodda? Jekk dan hu minnu, minn ħa din id-deċiżjoni u għal liema raġuni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-amministrazzjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paule, qatt ma tagħti struzzjonijiet bħal dawn u lanqas ma għandha informazzoni li dan sar.

Lifts f’Binja

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jiġu ndirizzati problemi relatati ma’ lifts fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għaliex qiegħed jinħoloq inkonvenjent bla bżonn lir-residenti ta' din il-binja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar tliet lifts li ġew installati riċentement mill-Awtorita’ tad-Djar fil-binjiet imsemmija, diġa ttieħdu l-passi meħtieġa dwar dan l-ilment u ġiet identifikata problema teknika fis-sistema tad-dawl tal-komun ta’ blokk wieħed. It-tiswijiet meħtieġa tlestew u għaldaqstant issa qed isiru l-arranġamenti biex il-lifts jiġu ċertifikati qabel jibdew jintużaw.

Residenzi għall-anzjani – lista ta’ stennija minn Residenti mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk ir-residenti fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar li sa Frar 2016 qed jistennew sabiex jidħlu f’xi dar għall-anzjani inkella fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ residenti fil-lokalitajiet imsemmija, li sa Frar 2016 kienu qed jistennew sabiex jidħlu f’xi dar għall-anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul, huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita’ Total Mellieħa 24 Naxxar 30 San Pawl il-Baħar 28 Total 82

Residenzi għall-anzjani – lista ta’ stennija minn residenti mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw residenti mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, lokalità lokalità, sena b’sena, bejn l-2012 u l-2015 li kienu fil-lista ta’ stennija sabiex jidħlu f’xi dar tal-anzjani inkella fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu dwar numru ta’ residenti mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, lokalità lokalità, sena b’sena, bejn l-2012 u l-2015, li kienu fil-lista ta’ stennija sabiex jidħlu f’xi dar tal-anzjani jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul kienu kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita’ 2012 2013 2014 2015 Mellieħa 44 49 46 25 Naxxar 44 47 48 28 San Pawl il-Baħar 36 41 43 29 Total 124 137 137 82

Persuni li qed jirċievu l-għajnuna soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm kienu l-persuni li qed jirċievu l-għajnuna soċjali f’Malta u f’Għawdex sal-aħħar tas-sena 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2015 kien hemm 12,992 persuna jirċievu l-Għajnuna Soċjali.

Ħal Qormi – stallar ta’ lifts — investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu investigati x-xogħlijiet ta' stallar ta' lift li qegħdin isiru fil-fond, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li dawn ix-xogħlijiet ilhom weqfin għal numru ta' ġimgħat bil-konsegwenza li tħalla periklu kbir u nuqqas ta' aċċessibiltà għar-residenti ta' din l-istess blokka?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar qed issegwi l-każ imsemmi minnu, fejn il-kuntrattur li ngħata l-kuntratt biex jagħmel alterazzjonijiet strutturali u jinstalla lift fil-blokka, naqas milli jżomm ritmu kostanti ta’ xogħlijiet. L-Awtorita’ tad-Djar qed tagħmel kull sforz biex iġġiegħel lill-kuntrattur jonora l-obbligi kuntrattwali tiegħu u jkompli x-xogħlijiet mill-aktar fis possibbli. Sadanittant, fuq insistenza tal- Awtorita’, il-kuntrattur diġa’ beda jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa biex ikun hemm aktar sigurta’ fil-komun tal-blokk sakemm jitlesta l-lift.

Benefiċċji tal-Qgħad – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, rigward problema fil-benefiċċji tal-qgħad?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa u l-individwu ġiet ikkuntattjata biex ġie spjegat lilha l-proċess.