Dwal fit-toroq mill-Imġarr għal Għajn Tuffieħa u minn Għajn Tuffieħa għal San Pawl il-Baħar
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni li jinstalla dawl fit-toroq mill-Imġarr għalGħajn Tuffieħa u minn Għajn Tuffieħa għal San Pawl il-Baħar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta plc ma ntalbitx tapprova jew tagħti l-provvista lil bozoz ġodda fit-toroq imsemmija. L-installazjoni u l-manutenzjoni ta’ bozoz ġodda f’toroq u postijiet pubblici oħrajn mhijiex responsabilta’ tal-Enemalta plc peress li xi snin ilu dawn is-servizzi għaddew f’idejn il-Kunsilli Lokali u għadd ta’ entitajiet governattivi oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid x'remunerazzjoni, inkluż il-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' General Manager tal-ARMS Ltd? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kariga ta' din il-persuna? Kien hemm sejħa pubblika għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-General Manager tal-ARMS Ltd. għandha salarju li huwa relattiv ma’ dak tas-CEO ta’ qabel. Bħalissa l-General Manager għandha paga ta’ €65,919 (ħamsa u sittin elf, disa’ mija u dsatax-il Ewro), filwaqt li s-CEO ta’ qabel kellu €65,323 (ħamsa u sittin elf, tlett mija, tlieta u għoxrin Ewro).
Jista' l-Ministru jgħid x'remunerazzjoni, inkluż il-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Executive Chairman tal-Enemalta? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kariga ta' din il-persuna? Kien hemm sejħa pubblika għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Executive Chairman tal-Enemalta għandu salarju li huwa relattiv għal dawk tal-Executive Chairman ta’ qablu. L-Executive Chairman preżenti għandu remunerazzjoni ta’ €95,000 (ħamsa u disgħin elf), filwaqt li l-Executive Chairman preċedenti kellu remunerazzjoni ta’ €95,454 (ħamsa u disgħin elf, erba’ mija, erbgħa u ħamsin Ewro).
Investigazzjoni dwar il-kwalità taż-żejt użat fil-power station
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-investigazzjoni li fit-22 ta' Ottubru 2013 il-Ministru stess kien qabbad lill-Imħallef Emeritu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jagħmel dwar "informazzjoni li titfa' dubju dwar il-kwalità taż-żejt li qed jintuża fil-power station" (skond l-istqarrija tiegħu PR 2345)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li tlesta r-rapport mit-tekniċi li tqabbdu biex jevalwaw il-fatti bħala parti minn din l-inkjesta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16972 u jgħid jekk kienx hawn rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fi kwalunkwe perjodu bejn it-8 ta’ Ġunju 2015 sat-12 ta’ Ġunju 2015? Jekk iva, jista’ jgħid min kienu? Jista’ jgħid jekk iltaqax magħhom hu personalment? Jista’ jgħid jekk iltaqgħux magħhom nies mis-Segretarjat tiegħu jew inkella minn xi dipartiment, entità jew awtorità li taqa’ fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min huma? Jista’ jgħid x’kienu s-suġġetti ta’ diskussjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16972 (sittax-il elf, disa’ mija, tnejn u sebgħin).
In vista għat-twegiba illi ngħatat f’mistoqsija parlamentari 16972, u peress illi l-Ministru qal “illi rappreżentanti tal-konsorzju Electrogas ikunu Malta regolarment” jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’magħhom hu personalment? Jekk iva, jista’ jgħid ma’ min iltaqa’ hu? X’kienu s-suġġetti ta’ diskussjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba iltaqgħu magħhom nies mis-Segretarjat tiegħu jew inkella minn xi dipartiment, entità jew awtorità li taqa’ fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid ma’ min iltaqgħu? U x’kienu s-suġġetti ta’ diskussjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Electrogas huwa proġett li għadu għaddej u l-laqgħat isiru skont il-ħtieġa b’mod kontinwu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pagament ta’ 2.5miljun tħallas mill-konsorzju Electrogas lill-Enemalta sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, liema pagamenti huma dovuti skont kif ġie ddikjarat fil-Press Release 142986 datata 22 ta’ Diċembru 2014, maħruġa mill-Ministeru tiegħu??
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – spejjeż għal safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa minn Jannar sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra
(a) Min kienu l-persuni li siefru;
(b) Minn min kienu akkumpanjati; u
(c) X’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa? Min huma dawn il-persuni? X’inhi l-pożizzjoni tagħhom u kemm hu s-salarju tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-membri fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa huma skont kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-average hospital stay għall-pazjenti li jagħmlu full mastectomy?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register u CPAS, l-average length of stay għall-pazjenti li għamlu mastectomjinsab fit-tabella hawn taħt. Il-proċedura mastectomy ġiet maqsuma f’ bilateral mastectomy u unilateral mastectomy u l-anali¿i saret fuq is-sena 2014.
Procedure
Average Length of Stay
(days)
Unilateral Mastectomy
(ICD 9 CM codes: 85.41, 85.43, 85.45, 85.47, 85.33, 85.34)
2.0
Bilateral Mastectomy
(ICD 9 CM codes: 85.42, 85.44, 85.46, 85.48, 85.35, 85.36)
2.8
Sptar Ġenerali t’Għawdex – spejjeż rikorrenti u kapitali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali fuq l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex matul is-sena 2014 u kif kienet maqsuma din l-ispiża? Jista’ jgħid, għas-sena 2015, kemm hemm flus ivvutati għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u kemm minn dawn huma għall-ispejjeż rikorrenti u kemm għall-ispiża kapitali? Kemm mill-flus ivvutati ġew użati sal-lum?
Sptarijiet tal-Gvern – pazjenti Għawdxin li ngħataw il-kimoterapija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent li joqgħod f’Għawdex ingħata l-kimoterapija fi sptarijiet tal-Gvern matul l-2014 u matul din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid xahar b’xahar kemm minn dawn il-pazjenti ngħataw il-kimoterapija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u kemm minnhom ingħataw il-kimoterapija f’xi sptar f’Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li mis-sena 2014 sal-lum kien hemm 145 il-pazjent Ghawdxi li inghata l-kimterapija. Fl-2014 kien hemm 55 sezzjoni ta’ kimoterapija li naghtat f’Ghawdex, waqt li l-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena kien hemm 41 sezzjoni f’Ghawdex.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – ħaddiema mhux impjegati mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kemm hemm ħaddiema jaħdmu li mhumiex impjegati mal-Gvern iżda huma impjegati ma’ xi kuntrattur? F’liema oqsma qed jaħdmu dawn il-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u kemm hemm ħaddiema tal-kuntrattur f’kull qasam? F’kull każ, kemm qed jitħallsu s-siegħa dawn il-ħaddiema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy u proċedura biex ttitieħed 4D Ultrasound Scan fit-tqala? Jista’ jikkonferma jekk f’dawn l-aħħar ġranet ġewx irrifjutati ultrasounds 4D għax hemm lista ta’ stennija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li l-Policy biex jittiehed 4D ultrasound scan fit-tqala hija fuq dawk il- kazijiet meqjusa bhala“high risk’’. Fil-kazijiet li jkunu “low risk” jista jkun li waqt it-tqala jfeggu fatturi li jirrikjedu li jsir 4D ultrasound. Il-procedura biex ttitieħed 4D Ultrasound Scan fit-tqala tinvolvi li tintbghat rikjesta miktuba ghal 4D Ultrasound Scan lid-Dipartiment u din tigi registrata.
Ir-Rabat — sistema tad-drenaġġ - hamlet tal-Landrijiet
Question
Issa li qiegħed issir id-drenaġġ mill-Baħrija sar-Rabat, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li s-sistema tad-drenaġġ titwassal ukoll fil-hamlet tal-Landrijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.