Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 – uffiċjali tal-Gvern Malti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret li fiha kienu involuti uffiċjali tal-Gvern Malti, uffiċjali ta’ enti tal-Gvern Malti u konsulenti (inkluż ex konsulenti) in preparazzjoni għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 li se jisponsorja l-Gvern Malti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-Gvern Malti ma kienx involut fl-organizzazzjoni ta' din il-laqgħa.
Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta’ kontroll u verifika qed isir fit-tlugħ tal-Lotterija tal-VAT peress li fix-xahar ta’ Mejju 2013 persuna telgħulha żewġ biljetti għal rebħ totali ta’ €23,294 u fix-xahar ta’ Ġunju 2013 persuna oħra telgħulha żewġ biljetti wkoll b’rebħ totali ta’ €828?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern sponsorja l-konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013? X’kien jinvolvi l-isponsorship?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li għandu hija waħda skorretta u li l-Gvern Malti ma għadda l-ebda sponsorship favur is-summit/konferenza msemmija.
Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema konsulenti (inkluż ex konsulenti) tal-Gvern jew enti tiegħu kienu jew huma involuti fil-konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Minix infurmat li mill-Ministeru tiegħi kien hemm xi konsulenti.
Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — rakkomandazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min irrakkomanda sponsorship mill-Gvern Malti għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013? Meta saret tali rakkomandazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħadd ma talab sponsor.
Global Residence Scheme – applikazzjonijiet proċessati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva u kemm ġew proċessati u milqugħa fil-Global Residence Scheme sa mit-tnedija ta’ din l-iskema?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li taħt il-Global Residence Programme ġja’ hemm tmien applikazzjonijiet li qed jiġu pproċessati. It-tnegħdija ta’ dan il-programm bdiet lejn l-aħħar ta’ Ġunju 2013, fejn aktar riżultati pożittivi huma mistennija fix-xhur ‘peak’ meta tinbiegħ il-proprjeta’ u meta jibdew il-fieri internazzjonali dwar ix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjeta’.
Sadanittant, żewġ applikanti li kienu applikaw taħt il-
High Net Worth Individuals – Non-EU/EEA/Swiss Nationals Rules
, talbu lill-Kummissarju sabiex l-applikazzjoni tagħhom tiġi kkunsidrata li tkun saret taħt il-
Global Residence Programme
. F’dawn iż-żewg każijiet, il-Kummissarju ħareġ id-determinazzjoni bil-miktub skont il-
Global Residence Programme.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux linji gwida għall-portabilità ta’ email addresses meta klijent jaqleb is-servizz tal-internet minn operatur ta’ telekommunikazzjoni għal ieħor? Jista’ l-klijent iżomm l-istess email address bħal fil-każ tal-portabilità fuq il-linji fissi? Jekk le, hemm ħsieb li din tiġi indirizzata lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni f’pajjiżna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-portabilità ta' e-mail addresses meta klijent jaqleb is-servizz tal-internet minn operatur għall-ieħor, mhiex suġġett għal xi linji gwida. Fil-preżent mhux possibli li wieħed jesiġi bid-dritt li jzomm l-indirizz ta' l-e-mail li kellu qabel meta jiġi biex jibdel l-operatur.
Fil-preżent m’hemmx ikkontemplat miżura ta' din ix-xorta, fejn allura jista' jkun hemm obbligu ta' portabilità ta' e-mail address.
Hu pero’ pertinenti li jsir referenza għar-regolament 48 tar-Regolamenti dwar in-Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettronici (Generali) (L.S. 399.28 tal-Liġijiet ta' Malta) fejn abbonat għandu l-fakulta’ li għal ċertu żmien minn meta ibbiddel l-operatur jitlob:
[1] it-twassil ta' kull posta elettronika li tiġi riċevuta fuq l-indirizz ta' e-mail oriġinali tmur lejn l-indirirzz ta' l-e-mail ġdid;
[2] risposta awtomatizzata għal kull posta elettronika li tiġi riċevuta fuq l-indirizz e-mail oriġinali flimkien ma' messaġġ li jgħarraf lill-mittent bis-servizz ta' twassil imsemmi fil-paragrafu [1} u l-indirizz e-mail ġdid, meta l-abbonat jitlob li jsir hekk.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ kemm ħarġu liċenzji tal-kummerċ din is-sena xahar b’xahar sal-aħħar ta’ Awwissu, maqsumin skont il-ġeneru u d-daqs tal-kummerċ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Bejn ix-xahar ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Awwissu, d-Dipartiment tal-Kummerċ ħareġ dawn il-liċenzji kif ġej:
JANNAR
FRAR
MARZU
APRIL
MEJJU
ĠUNJU
LULJU
AWWISSU
TOTAL
Postijiet Kummerċjali
91
96
94
123
85
62
92
60
703
Servizz għand il-Klijent
33
42
60
47
50
37
33
25
327
Bejjiegħ tat-Triq
9
22
5
12
8
14
19
6
95
Bejjiegħ tal-Monti
1
15
17
3
7
10
9
2
64
Marketing Agent
0
2
2
1
0
0
1
0
6
Busker
3
0
6
7
16
8
11
4
55
137
177
184
193
166
131
165
97
1250
Il-postijiet kummerċjali maqsumin skont il-ġeneru (type code) jinsabu f’Appendiċi I u l-postijiet kummerċjali maqsumin skont id-daqs (footprint) jinsabu f’Appendiċi II, li t-tnejn li huma qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħatriet saru fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi minn Marzu 2013 ’l hawn? Kif inħatru dawn l-uffiċjali? Meta saret is-sejħa għall-ħatra f’dawn l-impjiegi? Kemm kien hemm applikanti? Min huma l-persuni li ġew ingaġġati? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta ma’ kull pożizzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min ġie appuntat administration manager fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi? Kif inħatret din il-persuna? Meta saret il-call for applications? Kemm kien hemm applikanti? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta mal-pożizzjoni ta’ administration manager? X’kwalifiki u esperjenza għandha f’dan il-qasam il-persuna maħtura?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Koperattivi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-membri tal-Bord tal-Koperattivi huma:
Ms. Frances Mifsud – Chairperson
Ms. Rita Law
Mr. Angelo Azzopardi
Mr. Joe Abela
Mr. Carmelo Bugeja
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-konsulent legali tal-Bord tal-Koperattivi? Kif inħatret din il-persuna jew kumpanija? Meta ħarġet l-expression of interest? X’kundizzjonijiet hemm fil-kuntratt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-Konsulent legali tal-Bord tal-Koperativi hija Dr. Lydia Abela. Din kienet il-Konsulent Legali taħt l-amministrazzjoni preċedenti u billi dejjem provdiet servizz eċċellenti ġie mġeddilha l-kuntratt bi ħlas ta’ €4,000 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet il-lotteries u gaming authority dwar il-highly qualified schemes fl-2012 u kemm minn Jannar sa Settembru 2013? Għal kull perijodu, jista’ jgħid x’kien l-impjieg ta’ kull applikant rispettivament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jiġu kkunsmati energy drinks (caffeinated) kull sena? Teżisti età minima li tipprojbixxi x-xiri u l-konsum ta’ dawn il-prodotti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.