Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — użu tat-tieni karozza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21931 u jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant b’dan li ġej: i) it-tieni karozza tal-Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet tat-tip Renault Laguna li kienet tinkera għas-somma ta’ €746.30 fix-xahar. ii) l-ispiża totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet tammonta għal €349.41 . iii) L-ispiża fuq fjuwil għat-tieni karozza tal-Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ €1,923.18 u fl-istess perjodu ingħataw 1,655.91 litri ta’ fjuwil lil din l-istess karozza.

Politika tal-Gvern għall-Isports f’Ħ’Attard

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20707, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern għall-isport fl-area li tmiss eżatt mal-iskola tal-Gvern f’Ħ’Attard? Xi żvilupp relatat ma’ sport se jsir? Ittieħdet xi deċiżjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet dwar l-area li tmiss eżatt mal-iskola tal-Gvern f’Ħ’Attard għadhom għaddejjin.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Bordijiet tal-Appell

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22136, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie deċiż minn kull wieħed mit-Tribunali u l-Bordijiet li hemm imsemmija, fl-2013, fl-2014 u fl-2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' każijiet li ġew deċiżi mill-Bordijiet tal-Appell li jinsabu fid-dekasteru tiegħi fl-2013, fl-2014 u fl-2015 hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel statali — xogħol ta' manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19010 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' skejjel statali li fihom sar xogħol ta' manutenzjoni bejn Lulju 2015 u Settembru 2015? Jista' jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol f'kull skola li fiha saret il-manutenzjoni u x'tip ta' manutenzjoni saret f'kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi: Tabella 'A' - xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel tal-Istat mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada Tabella 'B' - xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel tal-Istat ikkordinati mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi

Liċenzja ta’ Università – passi kontra kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk ittieħdux passi kontra r-rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament talli għal diversi xhur u f’diversi okkażżjonijiet huma rreklamaw b’kull mezz li huma ‘Università’ f’Malta meta ma kellhomx liċenzja għal Università? Fin-nuqqas ta’ dawn il-passi, jista’ jindika jekk huwiex se jieħu passi kontra dan l-aġir abbużiv u llegali, liema aġir imur kontra l-Liġi tal-Edukazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Peress illi d-domanda tal-Onorevoli Membru hija skarsa mill-fatti u mir-referenzi għal-liġi, nistieden lill-Onorevoli Membru sabiex jipprovdi aktar dettal dwar ir-reklami li qed isiru riferenzi għalihom kif ukoll għall-provvediment legali li fuqu qed jibbaża l-allegazzjoni tiegħu. Nixtieq però nfakkar lill-Onorevoli Membru li din mhijiex l-ewwel darba li istituzzjoni edukattiva saret referenza għaliha bħala Università. Fil-fatt l-eks Prim Ministru ta’ Gvern li fih l-Onor. Interpellant kien iservi bħala Ministru, diversi drabi rrefera għal Istituzzjoni Edukattiva (li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament) bħala Università - tlett snin qabel din l-istituzzjoni ngħatat liċenzja ta’ Università.
Leg 12 PQ #22946 Sitting 352 2016-02-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex – self ta’ kotba mil-liberiji reġjonali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22118, jista’ l-Ministru jgħid f’kull librerija f’Għawdex matul is-sena 2015 żdiedx jew naqasx is-self ta’ kotba fuq is-sena 2014, u f’kull każ, kemm żdied jew naqas, kemm f’numru ta’ kotba kif ukoll f’perċentwali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella t'hawn taħt, u ċjoè: 2014 2015 +/- differenza Differenza Perċentwali GCPL 29280 31760 2480 8.5 Għajnsielem 2926 5325 2399 82.0 Għarb 3370 3444 74 2.2 Għasri 1360 2690 1330 97.8 Kerċem 1140 1270 130 11.4 Nadur 31042 57633 26591 85.7 Qala 4931 5734 803 16.3 San Lawrenz 3106 2943 -163 -5.2 Ta' Sannat 1557 1353 -204 -13.1 Xagħra 10449 10805 356 3.4 Xewkija 5676 6187 511 9.0 Żebbuġ, Gozo 5346 5401 55 1.0 Totali 100183 134545 34362 34.3

Studenti li qed jirrepetu l-kors — stipendji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti li qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom u li qed jingħataw l-istipendju xorta matul din is-sena skolastika? X’se tkun in-nefqa għal din is-sena skolastika fuq din il-miżura, sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-istudenti li qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom fil-livell post-sekondarju u terzjarju, u li ġew aċċettati bħala eliġibbli għall-istipendju għal din is-sena akkademika huma 935. Sad-data tat-tweġiba ta’ din il-mistoqsija meta ħarġu żewġ stipendji, in-nefqa fuq stipendji għal dawn l-istudenti kienet ta’ €147,658. Hemm ukoll studenti li qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom u li huma wkoll eliġibbli għall-għotja supplimentari. Huwa stmat li n-nefqa f’għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti li qed jirrepetu sena fil-kors ta’ studju tagħhom, matul din is-sena akkademika, tkun ta’ aktar minn €738,000.

Istitut għall-Edukazzjoni — twaqqif

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22538, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa pubblika sabiex ikun appuntat Kap Eżekuttiv għall-Istitut għall-Edukazzjoni? Jekk iva, meta nħarġet tali sejħa u kemm-il persuna applikat? Hemm uffiċjali oħra li sal-lum jaħdmu ma' dan l-Istitut?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kap Eżekuttiv għall-Istitut għall-Edukazzjoni ġie appuntat fuq bażi ta’ Position of Trust għal perjodu ta’ tlett snin. Bħalissa qegħdin fil-proċess ta’ detailing ta’ sitt (6) uffiċjali li sal-lum kienu jiffurmaw parti mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni. Dawn ser ikunu kumplimentati b’numru ta’ impjegati oħra li għalihom ser toħroġ sejħa pubblika.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — ħaddiema bit-teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-Ministeru bit-teleworking? F'liema grad huma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Operat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif muri fit-tabella t'hawn taħt: Grad Numru ta’ Ħaddiema Assistant Principal 10 Administrator 1 Clerk 11 Education Officer 18 Executive Officer 9 Kindergarten Assistant on clerical duties 2 Learning Support Centre Manager 1 Officer in Scale 6 1 Principal 3 Procurement Manager 1 Resource Worker 1 School Secretary 2 Scholarship Administrator 1 Senior Clerk 13 Senior Speech Therapist 1 Teacher on Administrative Duties 1 Teacher on Clerical Duties 1 Trainee Counsellor 1 TOTAL 78

Għawdex — skejjel governattivi u uffiċini - direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders, lil min ingħata kull direct order u kemm swiet kull direct order matul l-2015, u dan biex ġie provdut xogħol, materjal u / jew servizzi lil kull skola governattiva f'Għawdex u xi uffiċċji oħra f'Għawdex li l-Ministeru tiegħu hu responsabbli minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi: Tabella 'A' - Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada Tabella 'B' - Dipartiment tal-Operat

Ir-Rabat Għawdex – Triq il-Vajringa – Skola Primarja – Skola Ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinbena skola ġdida biex takkomoda l-istudenti li bħalissa jattendu l-Iskola Primarja li tinsab fi Triq il-Vajringa Rabat Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn hu s-sit li fuqu se tinbena din l-iskola u meta hemm il-ħsieb li jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Iva, hemm ħsieb li l-Gvern ikollu skola ġdida fir-Rabat Għawdex. Din l-iskola ser tinbena fir-Rabat Għawdex fuq sit li llum qed jintuża bħala parking area. Ix-xogħol mistenni jibda fix-xhur li ġejjin.
Leg 12 PQ #22943 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għawdex – Ix-Xewkija – Childcare Centre fiż-Żona Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda jopera ċ-childcare centre li nbena fiż-żona industrijali tax-Xewkija, Għawdex? Minn min se jitħaddem dan iċ-childcare centre u kemm hu mistenni jilqa' tfal fih? Jista' jikkonferma li ġie żgurat li l-garaxxijiet u fabbriki li hemm fil-viċin u li fihom isir spray u xogħol ieħor relatat mhu se jkunu ta’ ebda dannu għat-tfal li se jattendu f'dan iċ-childcare centre?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ċ-childcare centre indikat mill-Onor. Interpellant ma jaqax taħt ir-responsabbiltà ta' dan il-Ministeru.

Ċittadini tal-Unjoni Ewropea — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment hawn ħaddiema li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea li qegħdin jaħdmu f'pajjiżna? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema minn terzi pajjiżi jaħdmu f'pajjiżna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, fl-aħħar ta’ Lulju 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati), kien hemm 19,087 ċittadini tal-Unjoni Ewropea u 8,338 persuni minn pajjizi terzi jaħdmu f’Malta.

Korsa tal-Marsa – privatizzazzjoni u żvilupp

Question

B’referenza għas-sejħa tal-espressjoni ta’ interess dwar il-privatizzazzjoni u l-iżvilupp tal-kumpless tal-Korsa tal-Marsa li għalqet f’Ottubru 2015, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ individwi u kumpaniji li applikaw qabel ma għalqet din is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-kumpaniji u fiex waslu n-negozjati magħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Request for Proposal inġabar minn erba’ entitajiet/individwi. Madankollu, kienet entità waħda biss li issottomettiet proposta bl-isem ta’ Marsa Race Track Consortium. Il-bord ta’ l-evalwazzjoni qiegħed fil-proċess li jevalwa l-offerta.

Bordijiet sportivi – diretturi u membri

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' diretturi u membri fid-diversi bordijiet sportivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Jannar 2016? Jista’ jgħid xi ħlas u perkaċċi qed igawdu dawn il-membri?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema full-time u part-time f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nies jaħdmu full-time u part-time separatament, f’Għawdex fl-aħħar tas-sena 2014? Jista’ jgħid kemm kienu dawn in-numru fl-aħħar ċifri ppubblikati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, in-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2014 kien ta’ 9,942 persuna fuq bażi full-time u 2,093 persuna fuq bażi part-time. In-numru ta’ ħaddiema li kienu jaħdmu f’Għawdex fl-aħħar ta’ Lulju 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) kien ta’ 10,178 persuna fuq bażi full-time u 2,440 persuna fuq bażi part-time.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet - ħatriet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19729 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hu stmat li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament matul is-sena 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta’ Malta – studenti li qed jattendu l-kors tal-medjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm studenti fl-Università ta’ Malta li qed jattendu għall-kors tal-Medjazzjoni u kemm minnhom fil-grad ta’ Masters?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm total ta’ ħames studenti li qed isegwu kors li jwassal għall-grad ta’ Master of Arts in Mediation offrut mill-Fakultà tal-Liġi.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – ftehim mal-Kunsill Malti għall-Isports – sessjonijiet ta’ eżerċizzju fiżiku

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk hemmx ftehim bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u l-Kunsill Malti għall-Isport sabiex jibqgħu isiru żewġ sessjonijiet ta’ eżerċizzju fiżiku għall-anzjani fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Mellieħa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ftehim tas-sessjonijiet bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u l-Kunsill Malti għall-Isport (SportMalta) skada fl-aħħar tas-sena 2015 hekk kif stabbilit fl-Iskema Attivitajiet Sportivi 2014/2015. Preżentement din l-iskema qed tiġi riveduta.

ETC – impjieg għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni b’diżabilità li sabu xogħol matul is-snin 2014 u 2015? Kemm minnhom sabu l-impjieg tagħhom mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità fis-snin 2010 sa 2015 hu kif se nsemmi: Sena Ingaġġ 2010 134 2011 127 2012 151 2013 147 2014 309 2015 543 Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa diffiċli biex tiddetermina kemm minnhom sabu l-impjieg tagħhom mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, peress li l-Korporazzjoni toffri dan is-servizz kemm lir-reġistranti tagħha kif ukoll lil individwi li ma jkunux jirreġistraw.