Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23391 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni Agrikola Organika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat matul l-1999 u 2000 mal-bdiewa u l-għaqdiet tagħhom dwar produzzjoni agrikola organika? X'suġġerimenti saru min-naħa ta' uffiċjali tad-dipartiment ta' l-agrikoltura lill-bdiewa dwar l-importanza li jintroduċu l-produzzjoni agrikola organika?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saru diversi laqgħat mal-kumitat tal-Moviment Malti għall-Biedja Organika. Wieħed mis-suġġerimenti li saru waqt dawn il-laqgħat kien li jsiru korsijiet dwar is-suġġett. Korsijiet ta' din ix-xorta bdew isiru.
Leg 9 PQ #23392 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti Organiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jew minn bdiewa privati biex ikun stabilit il-livell ta' kwalita' ta' prodott organiku lokali li fuqu saru l-provi matul is-sena 1999 u 2000? F'liema laboratorji saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li f'ebda żmien ma kien hawn lokalment xi produzzjoni organika ċertifikata. Għaldaqstant ma setgħu isiru l-ebda testijiet fuq prodotti organiċi.
Leg 9 PQ #23228 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Eġittu/Malta — Protocol ta' Kooperazjoni

Question

Fid-dawl tal-protocol ta' kooperazjoni bejn Malta u Eġittu fl-oqsma tal-biedja u sajd, kemm il-darba l-Ministru żar il-Eġittu u l-Ambaxxata Eġizzjana f'Malta matul 1999 u 2000 sabiex imexxi dan il-ftehim 'il quddiem? Jista' l-Ministru jinfurmani liema huma l-oqsma ta' prijorita' għall-iżvilupp ta' din il-kooperazzjoni min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista u/jew rakkomandati f'dan il-perjodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saret l-ebda żjara minni ġewwa l-Eġittu jew fl-Ambaxxata Eġizzjana f’Malta matul 1999 u 2000. Madankollu, ninforma l-Onor. Interpellant li fid-dawl ta’ koperazzjoni bejn Malta u l-Egittu ġie mistieden f’Malta il-Professur Mazen mill-Universita’ ta’ Assiut fl-Eġittu. Dan kien Malta bejn l-14 u il-21 ta’ Jannar 2001, fejn saru diskussjonijiet dwar il-koperazzjoni fil-qasam fitopatoloġiku bejn il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd u l-Universita’ ta’ Assiut. Fl-ispirtu ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi delegazzjoni Maltija fil-qasam ta’ l-Agrikoltura u Sajd ġiet mistiedna sabiex iżżur il-Kajr. Hu mistenni li din iż-żjara issir f’qasir żmien. It-taħdidiet ser jittrattaw dwar dawn l-aspetti: 1. Pjanti a. bdil ta’ esperjenzi u nformazzjoni xjentifika, b. twaqqif ta’ bank taż-żrieragħ fir-reġjun tal-Mediterran, c. koperazzjoni teknika dwar maniġġ ta’ ilma u fertilizzanti. 2. Annimali a. bdil ta’ tagħrif dwar il-fniek, mogħoż u baqar. 3. Sajd u Akwakoltura a. bdil ta’tagħrif dwar riċerka xjentifika fl-oqsma tas-sajd u akwakoltura.
Leg 9 PQ #23229 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CHEAM — Protokol

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-aġenda tal-Ministeru u tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u CHEAM skond il-protocol ta' kooperazzjoni li jeżisti għal matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim ta’ ko-operazzjoni mac-CIHEAM beda fid-dawl tar-Raba Protocol Finanzjarju bejn Malta u l-Italja. Dan il-Protocol skada fl-aħħar ta’ Dicembru 2000. Il-ftehim bejn Malta u l-Italja għall-Ħames Protocol għadu qed jiġi diskuss u għalhekk fil-preżent ma hemm l-ebda ftehim bejn il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd ta’ Malta u c-CIHEAM skond il-Protocol għal matul din is-sena.
Leg 9 PQ #23370 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MRL — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' testijiet ta' l-MRLs li saru fuq il-laħam aħmar li nipproduċu lokalment? Fuq liema tip ta' laħam u kemm fuq ċanga? X'riżultati nkisbu u x'rakomandazzjonijiet addizzjonali saru sabiex jkun hemm aktar effiċjenza?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi sedta oħra.
Leg 9 PQ #23384 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

H.G.T

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli jsiru fuq l-importazzjoni f'Malta ta' laħam li jkun suġġett tal-H.G.T.

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega ruħu aħjar xi jrid jgħid bl-H.G.T.
Leg 9 PQ #23385 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

H.G.T.

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli jsiru fuq importazzjoni f'Malta ta' priżervijiet li jkun fihom prodott ta' laħam li jkun suġġett tal-H.G.T fil-kompożizjoni tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega ruħu aħjar xi jrid jgħid bl-H.G.T.
Leg 9 PQ #23386 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni Ġenetikament Modifikata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli jsiru fuq l-importazzjoni f'Malta ta' priżervijiet u prodotti li jkunu suġġett ta' annimali jew tjur magħlufa b'għalfa suġġett ta' produzzjoni ġenetikament modifikata (G.M. Feeds)

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23211 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — Lanċa tas-sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sajjieda li ftit xhur ilu kellhom l-inċident fejn il-lanċa tas-sajd tagħhom ħadet in-nar, ħadux xi forma ta' assistenza sabiex ikunu jistgħu jirranġaw mill-ġdid l-opra tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 22940 u 19061.
Leg 9 PQ #23212 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Tal-Kmand

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-nurseries u f'Tal-Kmand matul l-1999 u 2000? X'kienu r-rrakomandazzjonijiet tagħhom u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta’ l-Unjoni Ewropea f’Tal-Kmand matul 1999 u 2000. Iżda nixtieq inżid li fis-sena 2000, saru żewġ viżti minn rappreżentanti tat-TAIEX aġenzija tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-viżti saru fi Frar u f’Novembru u ma sarux speċifikament għal tal-Kmand, imma saru bħal viżti oħrajn li saru f’postijiet oħra sabiex tiġi stabbilita’ l-pożizzjoni ta’ Malta dwar is-settur fitosanitarju kollu.
Leg 9 PQ #23214 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-pitkalija matul l-1999 u 2000? X'kienu r-rrakomandazzjonijiet tagħhom u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin 1999 u 2000 ma saret l-ebda spezzjoni minn rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea fil-Pitkalija.
Leg 9 PQ #23218 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Pixkerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-pixkerija matul l-1999 u 2000? X'kienu r-rrakomandazzjonijiet tagħhom u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda spezzjonijiet mar-rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea matul l-1999 u l-2000 fil-Pixkerija iżda saru viżti matul Ġunju tas-sena 2000 u r-rapport taż-żjara tagħhom jista' jsibu fuq l-internet web page europa.eu.int/foods.
Leg 9 PQ #23223 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fabbrika Ġdida tal-Ħalib

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-aħħar żviluppi dwar il-bini tal-fabbrika ġdida tal-ħalib? Jista' l-Ministru jinfurmani liema art ipprovda lir-raħħala l-Gvern Nazzjonalista għall-bini ta' din il-fabbrika

Response (ZAMMIT, NINU)

Ġiet identifikata art b'konsultazzjoni mal-MDP u l-KPH. Dawn ta' l-aħħar iridu jġibu l-permessi meħtieġa u jmexxu l-proċess. Għaldaqstant l-art tkun identifikata uffiċjalment meta tkun approvata mill-Awtorita ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #23226 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Libja/Malta — Protocol ta' Kooperazjoni

Question

Fid-dawl tal-protocol ta' kooperazjoni bejn Malta u Libja fl-oqsma tal-biedja u sajd, kemm il-darba l-Ministru żar il-Libja u l-Ambaxxata Libjana f'Malta matul 1999 u 2000 sabiex imexxi dan il-ftehim 'il quddiem? Jista' l-Ministru jinfurmani liema huma l-oqsma ta' prijorita' għall-iżvilupp ta' din il-kooperazzjoni min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista u/jew rakkomandati f'dan il-perjodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex jitmexxa dan il-ftehim 'il quddiem, ma nħassitx in-neċessita' ta' żjara personali tiegħi la fil-Libja u lanqas fl-Ambaxxata Libjana f'Malta fuq il-ftehim ta' kooperazzjoni bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-biedja u sajd. F'dan il-perjodu ġie kkunsidrat possibilta' ta' kooperazzjoni fuq l-akwakultura, Micropropagation Arab Garden/Avenue kif ukoll donazzjonijiet ta' diversi varjetajiet ta' siġar.
Leg 9 PQ #23203 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Baqar Maqtula b'Emergenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' baqar li nqatlu b'emerġenza matul 1999 u 2000? X'kienet il-kawza ta' l-emerġenza f'kull każ? Jista' d-Dipartiment jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin 1999 u 2000 daħlu 244 u 243 baqar rispettivament fid-dipartiment ta' l-emergenza. Il-kawżi tal-mard tagħhom kienu kif ġej : 1999 2000 Problemi respiratorji 138 114 Problemi gastro intestinali 61 99 Problemi tat-twelid 28 27 Oħrajn 17 3
Leg 9 PQ #23205 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-biċċerija matul 1999 u 2000? X'kienu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom? Jista' l-Ministru jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda spezzjonijiet iżda saru numru ta' viżti minn rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea fil-biċċerija matul l-1999 u l-2000. Dawn kienu fact finding missions u mhux spezzjonijiet għat-tiġdid tal-approval tal-biċċerija.
Leg 9 PQ #23208 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Fabbrika tal-Ħalib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-fabbrika tal-ħalib matul l-1999 u 2000? X'kienu r-rrakomandazjonijiet tagħhom u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda spezzjoni uffiċċjali u l-anqas viżti mir-rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea fil-fabbrika tal-ħalib matul l-1999 u l-2000.
Leg 9 PQ #23210 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Farm esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mir-rappreżentanti ta' l-UE fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri matul l-1999 u 2000? X'kienu r-rrakomandazjonijiet tagħhom u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom jew jgħaddihomli separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda spezzjonijiet min rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea fl-Għammieri matul l-1999 u l-2000.
Leg 9 PQ #23120 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Fish farms

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 22310 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': Jista' l-Ministru jinfurmani x'investiment ġew mitluba jsiru mill-Industrija lokali tal-Fish Farms sabiex ikunu konformi mar-regoli tal-UE? Kemm se jiswa dan l-investiment f'ċifra ta' flus lill-industrijalisti Maltin? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u ċioe' kemm se jkun is-sussidju tal-UE u tal-Gvern Malti lill-industrijalisti sabiex jwettqu dan it-tibdil?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fish farming hawn Malta sa' mill-oriġini tiegħu fil-bidu tas-snin 90 kien imwaqqaf fuq sisien konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea. Dan kien hemm bżonn li jkun hekk la darba l-ħut kellu jiġi esportat lejn swieq Ewropej. Minħabba dan il-fatt, il-fish farms għandhom bżonn jirranġaw dak il-ħsarat li ġew ikkaġunati f'dawn is-snin ta' attivita' u hemm bżonn jagħmlu dak li ma kienux laħqu lestew skond il-pjan oriġinali. Dawn it-tiswijiet huma differenti għal kull packing plant individwali. Hemm minnhom li għandhom bżonn ftit spejjes u oħrajn li għandhom bżonn spejjes akbar. La darba qiegħdin nitkellmu fuq tiswija jew investiment li suppost ilu li sar, la l-Unjoni Ewropea u lanqas il-Gvern Malti ma jindaħlu fl-ispiża. Jekk fil-futur ikun hemm xi proġett ġdid anke fuq l-istess fish farms jista' jkun il-każ li jibbenefika minn għajnuna.
Leg 9 PQ #22940 Sitting 483 2001-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħruq ta' Laneċ

Question

Jista' l-Ministru fid-dawl ta' l-aħħar inċidenti kawżati min-nirien f'żewġ opri tal-baħar fix-Xemxija, jinfurmani x'għajnuna ngħataw is-sajjieda sabiex jarmaw lanċa oħra ħalli jkunu jistgħu jistadu fl-istaġun tas-sajd li ġej?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ każi huma differenti. Waħda mill-laneċ kienet inxurjata u għalhekk l-insurance qiegħda tieħu ħsieb il-każ hi. Il-lanċa l-oħra ma kienitx inxurjata u nħarqet bil-kaġun ta' lanċa oħra marbuta ma ġenbha. Dan il-każ għadu sub gudice u għalhekk minhix f'pożizzjoni li nikkummenta.