Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26690 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħati dettalji dwar in-nefqa totali u individwali li saret fuq l-istudji kollha li ġew ikkummissjonati dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-UE? Dan għandu japplika kemm għall dawk l-istudji li ġew ippubblikati kif wkoll għall-dawk li il-Gvern għażel li jżomm mistura għar-raġunijiet tiegħu?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26682 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Studji dwar Malta-EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid iħossx li for record purposes l-istudji li saru dwar is-sħubija propettiva ta' Malta fl-UE jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, JOE)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-istudji li ġew ippubblikati in konnessjoni mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Ta' min jgħid, li dawn id-dokumenti jistgħu jinkisbu mill-website tal-MIC li hija mic.org.mt.

Kontijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25341, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba: 1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku 2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-posizzjoni tal-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet governativi? 3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Numru 25816. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.

EU/EEC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru 26361?

Response (BORG, JOE)

Fil-perjodu mill-1978 sa llum Malta iffirmat 4 Protokolli Finanzjarji ma' l-Unjoni Ewropea. L-Ewwel Protokoll Finanzjarju (1978 - 1983) kien jipprovdi għal 26 MECU f'għajnuna finanzjarja lil Malta. Minn dawn il-flus kien hemm 5 MECU hħala grants u 21 MECU bħala self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB) li minnhom 5 MECU kienu soft loan. Il-proġetti li bbenefikaw minn dawn il-grants kienu: Faċilitajiet għall-ħażna tal-qamħ Upgrading tal- Power Station tal-Marsa Taħriġ għall-ħaddiema fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili Bini ta' costal station ġdid Upgrading tad-dipartiment tar-radioloġija fl-isptar San Luqa Apparat u taħriġ għad-dipartiment ta' l-inġinerija mekkanika fl-Universita. Is-self intuża għal dawn il-proġetti: L-iżvilupp tal-Port il-Kbir Estensjoni tas-sistema tat-telekomunikazzjoni ( telephone u telex ) It-Tieni Protokoll Finanzjarju (1983 - 1988) kien jipprovdi għal 29.5 MECU għajnuna finanzjarja lil Malta. Minn dawn il-flus kien hemm 10.5 MECU bħala grants u 19 MECU hħala self mill-Bank tal-Investiment Ewropew (EIB), li minnhom 3 MECU kienu bħala soft loan. Il-proġetti li bbenefikaw minn dawn il-grants kienu: Upgrading tas-settur turistiku (li kien jinkludi tourism promotion programme ) Żvilupp fl-infrastruttura tat-trasport, telekomunikazzjonijiet, provvista ta' l-ilma u faċilitajiet oħra Żvilupp fil-qasam ta' l-edukazzjoni u standards tekniċi Numru ta' proġetti żgħar ta' assistenza teknika (studji u konsulenza għal diversi oqsma). Is-self intuża għall-bini tat-terminal il-ġdid fl-ajruport u l-bini ta' l-impjant tar-reċiklaġġ. It-Tielet Protokoll Finanzjarju (1988 - 1993) kien fih 38 MECU li minnhom 12.5 MECU kienu grants, 2.5 MECU Risk Capital u 23 MECU kienu taħt forma ta' self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB). Il-grants intużaw għal dawn il-proġetti: Protezzjoni għax-xtut Maltin kontra it-tniġġiż taż-żejt Żvilupp fl-infrastruttura fl-oqsma tas-saħħa u tat-telekomunikazzjonijiet Assistenza teknika għall-ekonomija u fil-qasam ta' l-edukazzjoni (boroż ta' studju) Upgrading fil-qasam ta' l- Istandards, Metrology Testing u Quality Assurance Is-self intuża għal dawn il-proġetti: L-impjant għall produzzjoni ta' l-ilma ta' Pembroke L-ewwel fażi tal-proġett tad-drenaġġ Proġett għall- Air Traffic Services Ir-Raba Protokoll Finanzjarju (1995 - 1999) kien oriġinarjament ġie finaliżżat fl-1996 u kien jinkludi 13 MECU bħala grants, 2 MECU bħala Risk Capital u 30 MECU f'self mill-EIB. L-għan prinċipali ta' dan il-protokoll kien li jassisti lil Malta fi triqitha lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea. Wara l-bidla fil-Gvern fl-1996 u minħabba li l-applikazzjoni ta' Malta ġiet iffriżata, il-programm indikattiv li kien diġa sar għal dan il-Protokoll kellu jiġi rivedut, qabel ma Malta bdiet twettaq il-proġetti taħt dan il-Protokoll. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li testendi dan il-Protokoll, sa l-aħħar tal-1999, iżda l-ammont ta' grants ġie rivedut l-isfel għal 7 MEURO, inklużi 2 MEURO Risk Capital. Il-grants intużaw għal dawn il-proġetti: Tisħiħ u taħriġ fil-qasam tal-istatistika (programm immexxi mill- Eurostat ) Għajnuna għall-istrutturar ta' l-industrija tal-manifattura (proġett immexxi mill-IPSE) Boroż ta' studju għal Bruges u Sussex Proġett ta' assistenza teknika u koperazzjoni amministrattiva li jinkludi l-oqsma ta' l-ambjent, dwana, turiżmu u agrikultura, trasport (proġett tat- TINA) , parteċipazzjoni fit- TAIEX, żjarat minn uffiċċjali Ewropej f'Malta u uffiċċjali Maltin f'pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, żjarat minn membri tal-korpi kostitwiti u NGOs.

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'kaz?

Response (BORG, JOE)

Matul il-perjodu msemmi, fil-Ministeru tiegħi sar transfer wieħed biss u dan fuq talba ta' l-istess individwu. Għar-rigward ta' transfers oħra nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Onorevoli Prim Ministru għall-Mistoqsija Numru 25569.

Reklami

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari rnu. 25312, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: 1) tikkonċerna nfieq pubbliku? 2) biex il-kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn ir-reklami u l-infieq imsemmi qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuz u mingħajr favoritiżmu? u 3) biex il-kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Peress li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li l-proċeduri f'dan ir-rigward saru u qed isiru b'trasparenza, mingħajr ħabi bla bżonn u bla abbuż, fin-nuqqas ta' l-informazzjoni mitluba ma jkunx jqiegħed jonqos milli jgħati informazzjoni importanti dwar infieq pubbliku b'mod trasparenti li l-poplu għandu dritt ikun jaf?

Response (BORG, JOE)

Infakkar lill-Onorevoli Membru li biex tinġabar l-informazzjoni ddettaljata dwar kull reklam li sar f'dawn l-aħħar tlett snin - kif qiegħed jitlob li jsir - ikun jeħtieġ l-użu ta' riżorsi umani li wkoll jinvolvi nfieq pubbliku. Jien m'inhiex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni ddettaljata mitluba fil-mistoqsija numru 25312 tiġġustifika li jien nordna li din għandha tinġabar. Jekk, iżda, l-Onorevoli Interpellant għandu xi provi ta' każi partikulari fejn il-proċeduri ma sarux "b'trasparenza, mingħajr ħabi, bla bżonn u bla abbuż u mingħajr favoritiżmu" jgħidhomli u jien nara li jittieħdu l-passi meħtieġa.

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Onorevoli Prim Ministru għall-Mistoqsija Numru 25568.
Leg 9 PQ #26465 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija f'Pariġi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie mġedded tal-persuna li d-dettalji qed jintbagtu separatament li hija impjegata bħala locally engaged ma l-Ambaxxata Maltija f'Pariġi. Jikkonfermax li l-ewwel kuntratt kien suppost biex jiġi koprut iż-żmien tal-presidenza Franċiża ta' l-UE? X'kienu r-raġunijiet li għalihom ingħata kuntratt ġdid għal sena oħra? X'vantaġġi jieħu l-Ministeru meta jimpjega lil xi ħadd bħala locally engaged u fl-istess ħin iċaħħad post lil impjegat fis-servizzi diplomatiku f'Malta milli jokkupa huma dan il-post?

Response (BORG, JOE)

M'hemm l-ebda mpjegat ma` l-Ambaxxata Maltija f'Parigi bid-dettalji pprovvduti mill-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant nassumi illi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal persuna indikata fil-kuntratt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, li kif diġa għidt fit-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Numru 21072 ġiet impjegata biex tagħmel xogħol relatat ma` l-Unjoni Ewropeja matul il-Presidenza Franċiża u anke xogħol f'oqsma oħra fosthom affarijiet marittimi, kummerċjali u oħrajn b'dimensjoni legali. Il-persuna indikata ngħatat kuntratt gdid għal terminu ta` sena b'effett mill-1 ta` Jannar, 2001 għar-raġunijiet li qed insemmi hawn taħt: (a) il-ħtieġa ta` kuntratti kontinwi ma` l-Ambaxxaturi ta` pajjiżi ta` pajjiżi kandidati għall- Unjoni Ewropeja minħabba l-kanditatura ta` Malta kif ukoll l-importanza li Franza għandha fil-Unjoni Ewropeja; (b) zieda fix-xogħol bilaterali ma` Franza wara tisħiħ fir-relażżjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, kemm fil-qasam politiku kif ukoll f'oqsma oħra, bħal kummerċ u kultura; (c) ħidma akbar fi ħdan l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali bħal OECD, EUTELSAT u CIHEAM, bil-għan li r-rapprezentazzjoni ta` Malta tkun aktar magħrufa. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, il-Ministeru jieħu in konsiderazzjoni il-ħtieġa partikolari ta` l-ambaxxati meta jkun ser isir impjieg ta` locally engaged personnel u jkun sodisfatt li dan l-impjieg isir fl-aħjar interess ta` l-ambaxxata konċernata.
Leg 9 PQ #25519 Sitting 553 2001-06-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Forzi Armati Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa in-numru ta' membri tal-Forzi Armati barranin illi qegħdin fuq xogħol attiv ġo pajjiżna illum u x'qegħdin jgħamlu hawn? Dan jinkludi wkoll baħrin fuq vapuri tal-gwerra li qegħdin hawn illum? Min liema pajjiżi huma dan il-membri tal-Militari?

Response (BORG, JOE)

F'Malta hawn 48 uffiċċjal tal-Missjoni Militari Taljana skond il-ftehim li kien sar bejn il-Gvernijiet taż-żewġ pajjiżi fl-1988. Dawn iħarrġu suldati Maltin f'oqsma differenti. Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, bħalissa f'Malta hawn il-USS La Salle għal tiswijiet fit-tarzna ta' Malta. Dan il-vapur għandu fuqu 36 uffiċċjal u 481 baħri. Ma dan wieħed irid isemmi wkoll 21 Marines Amerikani li kienu hawn bejn l-24 u 27 t'April biex jieħdu sehem f'taħriġ ta' armi żgħar mas-suldati Maltin. Dawn il-Marines telqu lura lejn pajjiżhom fid-29 t'April.

MIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-ħarġa ġiet ippublikata tal-fuljett 'Aġġornat' mill-MIC? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour separations? Jista' jgħid f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, Artwork, Colour separations, posta, distribuzzjoni etc.

Response (BORG, JOE)

Iċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea, sa llum, ippubblika 69 edizzjoni tan-newsletter "Aġġornat". Min dawn ġew stampati l-aħħar 16 il-edizzjoni b'elf kopja kull darba. L-edizzjonijiet ta' qabel tqassmu biss permezz ta l-e-mails lil dawk li kienu talbuha. Minn meta bed jiġi stampat qegħdin jiġu impostati madwar 800 kopja bil-prezz tal-posta normali. Xogħol ta' artwork, colour seperations u stampar, issir minn "Standard Publications Ltd" bi prezz globali ta' Lm147 kull edizzjoni.

Publikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (BORG, JOE)

Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Ma kien l-ebda pubblikazzjoni mill-Ministeru tiegħi fis-snin 2000 u 2001 filwaqt li kien hemm pubblikazzjoni waħda fis-sena 1999 kif jidher hawn taħt: Pubblikazzjonijiet Kopji Stampati Min għ amel ix-xogħ ol ta’ Artwork u Colour Seperation Kemm sewa’ l-istampar, artwork, colour separation, posta u distribuzzjoni 1999 A Council for All Seasons 2,100 Il- Colour Separation sar mir-Repro House Co Ltd L-Artwork sar mill-Flying Cat Design LM 6,767.35* *L-ammont ta’ Lm6,767.35 ma jinkludiex posta u distribuzzjoni peress li ma nżammux rekords tagħhom. Malta EU Information Centre Ma kien hemm l-ebda pubblikazzjoni mill-Malta EU Information Centre fis-sena 1999 filwaqt li fis-snin 2000 u 2001 it-tagħrif huwa kif jidher hawn taħt: Pubblikazzjonijiet Kopji Stampati Min għ amel ix-xogħ ol ta’ Artwork u Colour Seperation Kemm sewa’ l-istampar, artwork, colour separation, posta u distribuzzjoni 2000 Socrates 20,160 Mizzi Graphics LM 1,196.24 Malta u l-U.E. 170,200 Mizzi Graphics LM 2,431.50 Leonardo 5,000 MPS Ltd LM 482.50 L-U.E. u x-Xogħol 5,000 MPS Ltd LM 482.50 Mistoqsija u Tweġiba 160,000 JP Advertising Ltd LM 15,207.99 Xi Tfisser Għalija 1 170,000 Visual Trends & Co Ltd LM 11,208.00 Xi Tfisser Għalija 2 160,000 Visual Trends & Co Ltd LM 12,026.32 Fact Sheets 300 JP Advertising Ltd LM 759.00 2001 Youth 20,000 MPS Ltd Funded by EC Q & A Business 30,000 MPS Ltd Funded by EC (Dist. LM657) Id-Drittijiet tiegħek meta ssiefer 40,000 Aim Holdings Funded by MIA Crossroads (Monthly) 140,000 Standard Publications LM 7,987.00 Aġġornat (Weekly Publication) 18,000 Standard Publications LM 3,366.00

EU/EEC — Protokolli Finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-UE/EEC lil pajjiżna taħt id-diversi protokolli finanzjarji tul is-snin? Liema kienu dawn il-proġetti?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25257 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Advisors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Nixtieq inżid li a bażi ta' kuntratt ma' kumpannija privata (Law Firm) il-Ministeru jirċievi servizz ta' konsulenza fil-persuna tal-Kap tal-Malta-EU Information Centre bi ħlas ta' LM17,500 fis-sena (VAT inkluża). Il-Ministeru rċieva wkoll a bażi ta' Letter of Understanding iffirmat bejn il-Ministeru u l-Mediterranean Academy for Diplomatic Studies, servizz ta' konsulenza fil-qasam tat-Teknoloġija ta' l-Informatika għall-ħlas ta' LM 5,900 fis-sena.
Leg 9 PQ #25894 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Performance Bonus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il-Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus? Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju? X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #25896 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Action Plan

Question

Billi f'Kapitlu 4 tan-negozjati mal-UE dwar free movement of capital jingħad li "The State Will Relinquish, by the date of accession, special rights in both already privatised companies as well as in companies that are to be privatised in future" jista' l-Ministru jgħati aktar dettalji dwar l-action plan li għandu l-Gvern f'dan ir-rigward?

Response (BORG, JOE)

L-uniku każ fejn il-Gvern għad għandu drittijiet speċjali f'kumpanniji li għad jiġu pprivatiżżati huwa l-każ tal-Bank of Valletta fejn il-Gvern għandu d-dritt li jaħtar iċ-Chairman allavolja huwa minority shareholder. Għal din ir-raġuni, il-Gvern ma jħossx il-ħtieġa li jħejji action plan.
Leg 9 PQ #25245 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma dak li deher f'artikolu fuq magazine 'Crossroads' fit-8 ta' April 2001 illi l-Unjoni Ewropea mhux se tagħti derogi u/jew perjodi ta' transizzjoni lil Malta dwar il-kaċċa u l-insib u jekk iva dan ifissirx illi Malta trid taddotta il-Bird Directive ta' l-Unjoni; illi effettivament tfisser xejn insib is-sena kollha u lanqas kaċċa fir-rebbiegħa?

Response (BORG, JOE)

Filwaqt li assolutament ma naqbilx mal-konklużjoni li għalihom wasal l-Onorevoli Interpellant wara li għamel riferenza għal dak li ġie rapportat fil-magazine 'Crossroads' tat-8 ta' April, 2001, nixtieq infakkar li l-kaċċa u l-insib għad iridu jiġu diskussi waqt in-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-Gvern, fin-negozjati, ħa l-pożizzjoni li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta żżomm d-drawwiet tradizzjonali dwar il-kaċċa u l-insib li żviluppaw bħala riżultat taċ-ċirkustnzi bio-geografiċi tagħha. Din in-'negotiating position' ġiet diskussa u approvata mill-MEUSAC, li tagħha, infakkar lill-Onorevoli Interpellant, il-Partit Laburista kien, u għadu mistieden biex jieħu parti.
Leg 9 PQ #25246 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi minn sorsi lokali u barranin lill-Malta, EU Information Centre minn meta twaqqaf sal-lum? Min fjen ġew eżattament dawn il-fondi u kif intefqu?

Response (BORG, JOE)

Minn meta twaqqaf sal-31 ta' Marzu 2001, l-MIC nefaq LM455,323.53 mill-vot tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li nqassmu hekk: Salaries and Administration LM 240,677.37 Information Services LM 214,646.16 Total LM 4 55,323.53 Minn meta twaqqaf sal-31 ta' Marzu 2001, ġew allokati lill-MIC LM20,368.20 mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Malta u dawn intefqu hekk: Conferences LM 9,524.83 Printing of information booklets LM 10,843.37 Total LM 20,368.20 Il-MIC ma rċieva l-ebda fondi minn sorsi oħra minn meta twaqqaf.
Leg 9 PQ #26042 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (BORG, JOE)

Għandi ngħarraf lill-Onorevoli Membru li hemm tmien (8) impjegati, kollha nisa li qegħdin fuq parental leave. Waħda minnhom qegħda fuq skala 13, tnejn qegħdin fuq skala 14, tnejn oħra fuq skala 15 u tlieta fuq skala 16.

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (BORG, JOE)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni ddettaljata.

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Maltacom plc mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijet?

Response (BORG, JOE)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni ddettaljata.