Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjant għat-Trattament tad-Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19563, 19653, 19884 u 20093 u jgħid xi progress sar fil-bini ta' l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex? Kif qegħdin jiġu funded dawn il-proġetti? Hemm xi skadenza marbuta ma' dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-twegiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 18639 li għanda l-informazzjoni mitluba.

WSC

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20127 u jara li jsir is-servizz ta' l-ilma ta' persuna armla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha mingħajr dan is-servizz minn kemm ilha li daħlet fil-flat tliet xhur ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-applikazzjoni għas-servizz ta' l-ilma li rrefera għalieħ l-Onor Interpellant saret fit-8 ta' Ġunju 2006. Is-servizz diġa ingħata.

Malta Shipyards

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20010 u jgħid f'kemm-il cost centre hi maqsuma l-Malta Shipyards? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema (skond il-grad) f'kull ċentru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Shipyards hi maqsuma f'74 'cost centre', li jgħinu fl-identifikazzjoni tax-xogħol, kif ukoll fl-allokazzjoni ta' l-ispejjeż involuti. In-numru ta' nies f'kull 'cost centre' hija informazzjoni dwar kif inhu organiżżat ix-xogħol fit-tarzna u għaldaqstant hija informazzjoni ta' natura kummerċjali.

Kordin Grain Terminal

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20102 u jgħid b'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19760, jekk u fiex kienet tikkonsisti t-tender li ngħatat Cursor Ltd, għal kemm-il sena u jekk ħarġitx sejħa għall-offerti? Kemm-il darba ħarġet sejħa għall-offerti, jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu offerti, mingħand min u fiex kienet tikkonsisti kull offerta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-Tender li ingħata lil Cursor Ltd kien għall-Installazzjoni ta' Sistema Teknoloġika u Infrastrutturali sabiex tirrekordja it-Truckloading Station tat-Terminal. Dan it-Tender mhux bit-terminu iżda ta' darba. Sejħa għat-tenders kienet pubblikata fil-gazzetti lokali fit-13 u 14 ta' Marzu 2004. Ġew sottomessi tlett tenders li kienu - 1. ALBERTA - Lm112,850; 2. Cursor Ltd. - Lm108.542 u 3. AIS Ltd - Lm 33,753. Konsulent tal-Inġinerija Indipendenti ġie appuntat sabiex jistudja it- tlett tenders u jassisti fl-għazla flimkien mal-Adjudicating Committee magħmul minn uħud mill-membri tal-Bord ta’ Kordin Grain Terminal. Dawn flimkien iddeċidew li it-tender jingħata lil Cursor Ltd.

Gozo Channel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhu maħsub li l-Gozo Channel tagħmel tajjeb għal kera ta' Lm400,000 li se jkollha tħallas taħt il-Harbour Agreement li se tagħmel ma' l-awtorita' marittima dwar l-użu tat-terminals u l-parkeġġi ta' l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa? Jista' jgħid jekk il-ftehim imsemmi sarx? Jekk le, meta hu mistenni li jsir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Munxar — Triq Ras il-Bajjada

Question

Peress li qed ikun hemm problemi frekwenti in konnessjoni mas-sistema tad-drenaġġ fi Triq Ras il-Bajjada, Munxar, Għawdex u qed jinħoloq inkonvenjent għar-residenti, jista' il-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-problema in konnessjoni mas-sistema tad-drenaġġ fi Triq Ras il-Bajjada, Munxar kienet ikkawżata minn xi materjal li kien qed jiġi fis-sistema minn xi irziezet fil-qrib meta tagħmel ix-xita. Wara x-xitwa, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma kelliex rapporti frekwenti minn din it-triq, u għalhekk il-problema kienet meqjusa bħala waħda minima. Jekk hemm xi konsumatur li għandu xi problema persistenti fis-sistema tad-drenaġġ hu mitlub jirrapporta lill-Korporazzjoni sabiex nistudjaw il-każ.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile phones

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18489, jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija għas-snin 2004, 2005 u 2006 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' mobile phones li ġew irrapurtati nieqsa / misruqa / ma jissewwewx huma: 2004 - 1 2005 - 3 2006 - 1

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Servizz ta' internet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18477, jista' il-Ministru jgħid x'kariga għandhom dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni (jew iktar minn raġuni waħda) li għaliha/għalihom mhux jużaw is-servizz provdut mill-MITTS meta din hi ente direttament fir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Uffiiċjali għandhom il-kariga ta' Segretarju Privat tal-Ministru, "Communications Coordinator" u "Policy Coordinator". Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta' l-internet fid-djar mhuwiex provdut esklussivament mill-MITTS u m'hemm l-ebda regolament li jitlob li l-uffiċjali li għandhom bżonn dan is-servizzz iridu jużaw is-servizz tal-MITTS.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Uffiċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18484, jista' il-Ministru jgħid x'kariga għandhom l-uffiċjali li qegħdin jużaw mobile phone mill-private staff tiegħu u kemm nefaq kull wieħed minnhom matul l-2005 u l-2006 sal-lum? Jista' jgħid jekk inqabiżx is-ceiling allokat għal kull uffiċjal minn xi ħadd minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18484 inżid li l-uffiċjali intitolati huma dawk skond l- Engagement of Staff in Minister's Private Secretariat. Fl-uniku każ fejn japplika ceiling, dan ma nqabiżx.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Uffiċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16049, jista' il-Ministru jgħid jekk għandux uffiċjali jaħdmu fis-segretarjat tiegħu seconded minn xi enti oħrajn? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kemm għandu total?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Birkirkara — Tal-Qattus - card phone

Question

Jista' il-Ministru jara li jitħaffef il-proċess u li ssir card phone fi Pjazza l-Eroj, l-area tal-Qattus, f'Birkirkara li hemm talba kbira għaliha minn nies li joqogħdu f'dawk l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi l-Maltacom hija kumpanija privata l'Onor Interpellant jifhem li jiena ma nistax nirrispondi għaliha.

Żjara tal-Ministru f'Dubai

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19907 u jgħid jekk hux veru li f'dawn l-aħħar xhur żar Dubai fuq xogħol tal-gvern? Meta kien dan? Ma' min iltqajt? X'kien l-iskop taż-żjara? Min kienu l-membri tad-delegazzjoni tiegħek?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li jien mexxejt delegazzjoni uffiċċjali f'Duabi bejn it-2 u l-4 ta' Mejju 2006. Id-delegazzjoni li mexxejt kienet komposta mis-Sur Claudio Grech, is-Sur Tony Mifsud Bonnici u s-Sur Sonny Portelli. L-iskop ewlieni taż-żjara kien it-tkomplija tad-diskussjonijiet fuq il-proġett ta' SmartCity@Malta. Barra minn hekk kelli l-opportunita' wkoll li niltaqa' ma' diversi kumpaniji li huma parti minn Dubai Holding, fejn magħhom iddiskutejt l-ambjent ta' l-investiment u l-intrapriża f'pajjiżna. Matul iż-żjara, fost l-oħrajn, jien iltqajt ma: - Il-Viċi President u l-Prim Ministru ta' l-Emirati Għarab Maqgħuda u l-Kap tal-Gvern ta' Dubai Sheikh Mohammed bin Rashid Al Maktoum - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai Investment Group - Ic-Chairman, CEO u s-senior management team tat-Tecom Investments - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai International Properties - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai Internet City - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai Studio City - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai Outsource Zone - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai Media City - It-tmexxija u s-senior management team tan-Knowledge Village - It-tmexxija u s-senior management team tad-Dubai International Financial Centre - It-tmexxija u s-senior management team tal-Jumeirah International.

Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19563, 19653 u 19884 u jgħid xi progress sar fil-bini ta' l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex? Kif qegħdin jiġu funded dawn il-proġetti? Hemm xi skadenza marbuta ma' dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta — Bdil ta' fuse/meters

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19894 u jgħid xi ħlas jintalab mill-korporazzjoni Enemalta f'każ ta' bdil ta' fuse tal-gvern fi proprjeta' privata inkluż il-bdil tas-siġill tal-meter?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma jintalab ebda ħlas għall-bdil ta' fuse matul il-ħin normali tax-xogħol, iżda jintalab ħlas ta' Lm2 għal bdil ta' fuse wara l-ħin normali tax-xogħol. Meta l-fuse jinbidel aktar minn darba l-ħlas dovut ikun ta' Lm15. Dan il-ħlas jinkludi l-bdil ta' siġill skond il-ħtieġa. F'każ li jkun hemm il-bżonn li jinbidel siġill biss, il-ħlas huwa ta' Lm10.

Mina minn Wied il-Għajn għal Delimara

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19895 u jgħid x'inhu l-iskop tal-mina li qegħda ssir mill-Enemalta minn wied ta' Sant'Anton, Wied il-Għajn għal mal-mina li tagħti għal power station ta' Delimara? Meta nħarġet it-tender għal dan ix-xogħol, minn min intrebħet u kemm hu l-valur tal-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-iskop tal-mina li qed titħaffer bħalissa minn Wied il-Għajn għal Power Station ta' Delimara huwa biex l-Enemalta tgħaddi cables tal-elettriku għaċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ġdid ġewwa Wied il-Għajn. It-tender inħarġet fl-2002 u kienet intrebħet minn Polidano Group. Il-valur tax-xogħol skond it-tender huwa ta' Lm450,000 pero il-valur finali jiddependi fuq kejl eżatt tax-xogħol. Dan kif isir fuq proġetti simili.

Transazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tad-data protection commissioner meta l-Gvern Malti rċieva ilment mill-aġenzija - PI-Privacy International li lmentaw li l-Gvern Malti seta' għadda lill-awtoritajiet Amerikani dettalji dwar transazzjonijiet finanzjarji mill-istituzzjonijiet finanzjarji permezz tas-swift centre fil-Belġju bħala parti ta' l-hekk imsejħa ġlieda kontra t-terroriżmu? Jikkonferma l-Ministru li dan sar bi ksur tal-liġi tad-data protection? Wara li din il-kwestjoni kienet ġiet żvelata għall-ewwel darba fi New York Times u l-Los Angeles Times tal-Ġimgħa 23/06/06, x'garanzija għandu l-Gvern Malti li tagħrif simili ma jistax jiġi wżat għal attivitajiet mhux direttament relatati bħal ngħidu aħna spjunaġġ ekonomiku, eċċ.?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Radio Frequency Identification Technology

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema aġenzija tal-gvern żammet jew mistennija żżomm diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea dwar rfid - Radio Frequency Identification Technology, dan bil-għan li jiġi ntrodott Radio Frequency Identification sabiex issir ħażna ta' informazzjoni fuq tag żgħira li tikkomunika permezz ta' radio frequencies differenti permezz ta' electronic reader u dan skond il-Kummissarju għall-Information Society Viviane Reding għandu joħloq opportunitajiet ġodda għall-pubbliku filwaqt li jiżgura li ċ-ċittadini jibqgħu f'kontroll ta' din id-data?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kordin Grain Terminal

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19760, jista' il-Ministru jgħid jekk u fiex kienet tikkonsisti t-tender li ngħatat Cursor Ltd, għal kemm-il sena u jekk ħarġitx sejħa għall-offerti? Kemm-il darba ħarġet sejħa għall-offerti, jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu offerti, mingħand min u fiex kienet tikkonsisti kull offerta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra site plan li turi fejn se jiġi rilokat l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ għan-naħa t'isfel ta' Malta peress li s-sit magħżul issa jaqa' fil-konfini tas-sit ta' SmartCity?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.