Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Settembru 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Settembru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru ta’ l-2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 32 każ ta’ serq li fi 13 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up3
Pick Pocketing30
Snatch & grab25
Serq minn dgħajjes11
Serq ta’ dgħajjes9
Serq ta’ karozzi51
Serq minn karozzi259
Serq minn residenzi63
Serq minn barijiet / lukandi40
Serq minn xtajtiet48
Serq minn fabbriki6
Serq minn ħwienet32
Serq ieħor266
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Settembru 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Settembru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru ta’ l-2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 38 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Abandonment of child1
Against morals/honour - family1
Arson5
Attempted offences100
Bodily harm83
Computer misuse3
Damage245
Drugs11
Forgery9
Fraud10
Illegal Immigration13
Perjury / false swearing1
Sexual offences8
Theft843
Threats and private violence4
Violation of places of confinement1
Violence against public officers10
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ottubru 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Ottubru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ottubru ta’ l-2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 51 każ ta’ serq li fi 35 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up9
Pick Pocketing29
Snatch & grab7
Serq minn dgħajjes7
Serq ta’ dgħajjes1
Serq ta’ karozzi66
Serq minn karozzi261
Serq minn residenzi64
Serq minn barijiet / lukandi21
Serq minn xtajtiet12
Serq minn fabbriki3
Serq minn ħwienet26
Serq ieħor277
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ottubru 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ottubru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ottubru ta’ l-2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 47 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family2
Arson7
Attempted offences118
Bodily harm88
Computer misuse3
Crimes against religious sentiment1
Damage247
Drugs9
Forgery8
Fraud9
Illegal Immigration18
Prostitution8
Sexual offences7
Theft783
Threats and private violence3
Violence against public officers16
Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultat ta' l-inkjesta maġisterjali kif kienet ġiet konkluża mill-maġistrat inkwerenti, nhar il-31 ta' Jannar 2001, u dan rigward mistoqsija parlamentari 22000?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tal-proċess verbal jista' jinġabar ai termini tal-liġi mill-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm postijiet milquta bil-liġi possession and use, lokal b'lokal? Kemm hu mistenni li jkunu inkwilini li japplikaw b iex jixtru l-proprjeta' tagħhom li hi milquta bl-imsemmija liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ġbir ta' l-informazzjoni tan-numri ta' postijiet li ġew mibnija fuq art li ttieħdet mill-Gvern taħt it-titlu ta' Possession & Use jirrikjedi wisq siegħat ta' riċerka kemm minn skrivani u kemm minn tekniċi. It-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern m'għandiex ir-riżorsi neċessarji biex isir dan.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux jippjana li jingaġġa pulizija ġodda? Jekk iva, għal meta hu ppjanat?
Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-kwalifiki akkademiċi li applikant għal xogħol ta' pulizija għandu jkollu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija jsir kull meta l-eżiġenzi tas-servizz ikunu hekk jirrikjedu. Dan ir-reklutaġġ isir wara li tkun pubblikata, fil-Gazzetta tal-Gvern, sejħa għall-applikazzjonijiet li fiha jkun hemm spjegat ukoll il-kwalifiċi meħtieġa sabiex wieħed ikun jista' japplika.
Infurmat ukoll illi bħalissa hemm 135 rekluta li qed jagħmlu l-kors ta' taħriġ komprensiv fl-Akkademja tal-Pulizija wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta' Marzu 2006, u li fost il-kwalifiċi rikjesti kienu meħtieġa li l-applikanti jkollhom ta' l-anqas 'pass' fi grad ta' C jew 5, f'mhux anqas minn 3 suġġetti f'livell Ordinarju, li tnejn minnhom iridu jkunu fil-Malti u fl-Ingliż.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li terġa' issir sejħa għad-dħul fil-korp tal-pulizija? Meta kien sar l-aħħar reklutaġġ? Kemm daħlu rġiel u kemm nisa? Kemm huwa n-numru totali fil-korp illum u kemm hemm vakanzi fil-korp? Kemm mill-membri tal-korp huma taħt il-25 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija jsir kull meta l-eżiġenzi tas-servizz ikunu hekk jirrikjedu. Fil-fatt bħalissa hemm 135 rekluta - 103 rġiel u 32 mara - li qed jagħmlu l-kors ta' taħriġ komprensiv fl-Akkademja tal-Pulizija li beda fit-23 ta' Ottubru. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 1,758 membru fil-Korp, li 215 minnhom għandhom anqas minn 25 sena, filwaqt li hemm vakanzi ta' 223, esklużi r-rekluti.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22158, kif jispjega l-Viċi Prim Ministru li ristorant fix-Xemxija li ismu qed jintbagħat separatament, qabel kien jirċievi kont ta' Lm40 għal erba' imwejjed u issa rċieva kont ta' Lm160 għall-istess erba' imwejjed mid-dipartiment ta' l-artijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa wieħed fejn kien hemm permess li kien inħareġ fl-1977 sabiex jitpoġġew erba' mwejjed u siġġijiet bl-Lm40.00 fis-sena. Dawn it-tip ta' permessi kienu joħolqu diffikultajiet għaliex kien hemm min jabbuża u jokkupa art ikbar billi juża imwejjed akbar. Kien għalhekk li 'il fuq minn għaxar snin ilu kienet tbiddlet is-sistema u ġie deċiż li l-ħlas ikun ibbażat skond l-art okkupata u dana bir-rata ta' Lm10.00 fis-sena għal kull metru kwadru. Barra minn hekk fl-2001 l-Awtorita' ta' Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet ħarġet 'Development Notification Order' li, fost affarijiet oħra jirregola l-imwejjed u siġġijiet li jitpoġġew fuq il-bankina minn stabbilimenti ta' l-ikel u bars. Minn spezzjoni li saret fl-2005 mit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern irriżulta li kienu saru xi xogħlijiet fuq il-bankina u li l-permess li kien inħareġ fl-1977 ma kienx konformi mal-kriterji tad-Development Notification Order li semmejt qabel. F'każijiet bħal dawn it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma jkolliex triq oħra ħlief li tittermina l-permess eżistenti u toħroġ ieħor ġdid skond il-kriterji u miżati applikabbli illum. L-individwu in kwistjoni instab, li biex ikun konformi mal-liġi, jista' jingħata permess jokkupa 16-il metru kwadru ta' art, li bir-rata ta' Lm10.00 il-metru kif stabbilita snin ilu, jissarfu f'miżata annwali ta' Lm160.00
Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li l-proċeduri quddiem it-Tribunal Lokali t'Għawdex qegħdin isiru b'mod irregolari peress illi l-uffiċjali kollha f'dan it-tribunal huma impjegati u jifformaw parti mill-kumpannija li tiġġestixxi din is-sistema u għaldaqstant la huma imparzjali u lanqas indipendenti imma jiffurmaw parti mill-fergħa tal-prosekuzzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Jekk qed nifhem sewwa, meta l-Onor. Interpellant qed isemmi l-uffiċjali fit-Tribunal t'Għawdex, qed jalludi għall-Uffiċjal Awtorizzat, il-prosekutur, l-iskrivan tat-Tribunal, u l-Kummissarju.
L-ewwel tnejn huma ingaġġati mat-Tribunal wara li saret sejħa separata mill-Kumitat Konġunt. L-iskrivan m'għandu ebda influwenza fid-deċiżjonijiet ħlief li jirreġistra s-sentenzi u l-Uffiċjal Awtorizzat jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tas-seduti.
Il-Prosekutur jieħu ħsieb li jiddefendi l-interessi tal-Kunsilli Lokali li għandhom dritt għaliha f'sistema ġudizzjarja.
Il-Kummissarju huwa magħżul mill-Ministru u ma jappartjeni lill-ebda kumpanija.
Oltre minn hekk akkużat għandu d-dritt li jappella minn sentenza tat-Tribunal u jista' anke jagħmel petizzjoni mal-Bord tal-Petizzjonijiet mingħajr biss ma jitla' t-Tribunal.
Għaldaqstant inħoss li akkużat għandu biżżejjed garanziji kontra imparzjalitajiet li wieħed iħoss li l-uffiċjali li jiġġestixxu din is-sistema jistgħu jiġġeneraw kontra tiegħu.
Jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kuntratti ta' bejgħ ta' proprjeta' reġistrata fl-insinwa ta' Għawdex u kemm kien il-valur tagħhom kull sena mill-1999 sal-lum?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex se tappella kontra s-sentenzi li ngħataw mill-Qrati dan ix-xahar dwar żewġ reati ta' pornografija, fejn fihom kienu nvoluti persuni taħt l-eta'?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji tal-każijiet li qed jirreferi għalihom.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nassaba u kaċċaturi li tteħdilhom isimhom mill-pulizija wara d-direttiva li ħarġu l-pulizija stess li ma jittieħdux passi mmedjati kontra min kien qed jikser il-liġi u dan minħabba li kienu għaddejjin diskussjonijiet ma' l-għaqdiet konċernati? X'kienu r-reati? Kemm ittellgħu l-qorti kaċċaturi u nassaba wara li tteħdilhom isimhom? X'kienu l-allegati jew x'setgħu kienu l-allegati reati? Jekk ittellgħu, jista' jgħid jekk id-diskussjonijiet ma' l-għaqdiet fallewx jew le? U x'inhi l-attwali pożizzjoni tal-kaċċaturi u nassaba llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 86 każ fejn il-Pulizija ma ħaditx passi immedjati quddiem il-Qorti in konnessjoni mar-Regolamenti l-ġodda tal-kaċċa li kienu qegħdin jiġu diskussi bejn l-awtoritajiet konċernati u l-għaqda tal-kaċċaturi u nassaba. Dawn ir-reati kienu kollha relatati ma' dawn ir-regolamenti l-ġodda tal-kaċċa u ċioe' insib għas-summien, pluvieri, gamiem jew melvizz; senter b'kompartiment li jista' jieħu aktar minn żewġ skrataċċ fl-istess ħin; kaċċa fuq il-baħar b'mutur li l-veloċita' tiegħu tkun teċċedi aktar minn tmintax-il kilometru fis-siegħa. Dawn il-każi, llum kollha qegħdin appuntati għas-smiegħ quddiem il-Qorti.
Dwar il-bqija tad-domanda, nitlob lill-Onor. Interpellant isaqsi lil Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti dwar reati konnessi ma' moħqrija ta' annimali? X'weħlu f'kull kas?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' l-2006, il-Pulizija ressqet sitt persuni quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' moħqrija fuq annimali. Tlieta nstabu ħatja, fejn tnejn ġew mogħtija twiddiba u wieħed ġie mogħti Lm10 amenda. Persuna instabet mhux ħatja, filwaqt li l-każ tat-tnejn l-oħra għad mhux deċiż.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba appellaw minn xi sentenzi mogħtija mill-qrati, il-pulizija din is-sena? X'kienu r-reati u x'kienu s-sentenzi mogħtija għal kull reat?
Response (BORG, TONIO)
Appelli minn proċeduri kriminali isiru mill-Avukat Ġenerali u mhux mill-Pulizija. F'każijiet deċiżi mill-Qorti tal-Maġistrati, il-Pulizija tagħmel biss talba bil-miktub lill-qorti sabiex l-atti jintbagħtu lill-Avukat Ġeneral.
Ninsab infurmat illi matul din is-sena s'issa kien hemm 169 każ fejn il-Pulizija għamlet din it-talba, pero' t-tagħrif fid-dettal kif miltub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Nieħu gost nara l-interess li qed juri l-Onorevoli Interpellant f'liġi benefika li l-partit tiegħu ivvota kontra fil-Parlament.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-pulizija dwar ħsarat f'bini kkawżat waqt li jkun qed isir xogħol ta' kostruzzjoni fil-viċin din is-sena u s-sena l-oħra? Kemm mietu jew weġġgħu persuni minħabba inċidenti bħal dawn kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm ittellgħu nies il-qorti konnessi ma' reati bħal dawn u x'weħlu f'kull kas?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li t-talba li għamel il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, lid-dipartiment jew lit-taqsima proprjeta' tal-gvern madwar tliet xhur ilu fuq biċċa art f'Bormla tiġi mwieġba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima għadha qed tagħmel il-verifiki neċessarji iżda huwa maħsub li tkun tista' tingħata risposta fil-futur qarib.