Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Unpaid long leave

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk persuna mpjegata maċ-ċivil tistax tieħu unpaid long leave għal xi raġuni jew oħra? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma dawn ir-raġunijiet? Jista' xi ħadd jieħu unpaid long leave biex imur jistudja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Public Service Management Code.

NSO — Statistika dwar it-turiżmu

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22912 u jgħid matul l-aħħar xahar sarux xi bidliet/aġġustamenti fl-istatistika dwar it-turiżmu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika? X'bidliet saru? Għaliex saru dawn il-bidliet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22912.

Suldati/pulizija/membri tal-protezzjoni ċivili

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hi r-rata ta' ħlas extra li: a) suldat, b) pulizija u c) membru tas-civil protection jitħallsu separatament nhar ta' Ħadd jew festi pubbliċi/nazzjonali? Jista', f'każ li dawn ir-rati mhumiex indaqs, jgħid għaliex u jaqbilx li dawk li għandhom rata inferjuri għandhom ikollhom l-istess rata ta' dawk superjuri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li jinsabu bejn grad 10 u grad 16 jitħallsu b’rata doppja għal kull siegħa maħduma nhar ta’ Ħadd. Ma hemmx rata ta’ ħlas addizzjonali għal xogħol li jsir f’festi pubbliċi jew Nazzjonali. Rigward it-tieni mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant ninforma li bħalissa għaddej proċess ta’ ristrutturar fil-pagi tal-membri tal-Forzi Armati.

Detention Centre — Rapport dwar il-kondizzjonijiet tas-suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mir-rapport ta' Dr Charles Cass tas-sena l-oħra dwar il-kondizzjonijiet tas-suldati li jaħdmu fid-detention centre ma' l-immigranti rregolari? Jista' jgħid x'passi ttieħdu fuq dan ir-rapport anke bħala prekawzjoni għal vantaġġ saħħet is-suldati li jaħdmu f'dak iċ-ċentru ta' detenzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena infurmat li l-Armata, flimkien ma’ l-Amministrazzjoni taċ-Ċentri tad-Detenzjoni ħadet nota tar-rakkomandazzjonijiet li għamel Dr Charles Cassar. Abbażi ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, qegħdin isiru arranġamenti ma’ Organizzazzjoni mhux Governattiva lokali li toffri servizzi ta’ sapport lill-impjegati li huma suġġetti għal stress fuq ix-xogħol tagħhom sabiex fil-futur qrib, suldati impjegati f’dawn iċ-ċentri jiġu offruti servizzi relatati mas-saħħa mentali.

OPM — Kuntratti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006? Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi ) matul l-istess snin u perijodi? Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li tagħti l-informazzjoni mitluba dwar l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll Tabella B bl-informazzjoni dwar il-Ministeru tal-Finanzi.

Clubs tal-Football — Għotjiet Finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23004 u jgħid liema huma dawk il-clubs tal-football li bbenefikaw minn għotjiet finanzjarji tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienu l-ammonti ta' dawn l-għotjiet u minn liema fond finanzjarju ngħataw? Jista' f'kull każ jgħid għal liema skop speċifiku ngħataw dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ għotjiet finanzjarji li ngħataw mill-Ministeru tal-Finanzi lill-clubs tal-football matul dawn l-aħħar sentejn.

OPM — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22999 u jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-uffiċċju tiegħu, il-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Każini tal-Banda — Għotjiet Finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23008 u jgħid liema huma dawk il-każini tal-banda li bbenefikaw minn għotjiet finanzjarji tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienu l-ammonti ta' dawn l-għotjiet u minn liema fond finanzjarju ngħataw? Jista' f'kull każ jgħid għal liema skop speċifiku ngħataw dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ għotjiet finanzjarji li ngħataw mill-Ministeru tal-Finanzi lill-każini tal-banda matul dawn l-aħħar sentejn. Dawn ingħataw kollha mill-Good Causes Fund.

Servizz Pubbliku — Reduced Hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min jikkwalifika għal miżura tar-reduced hours fis-servizz pubbliku kif imħabbra fil-budget bħala miżura favur il-familja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-miżura li tħabbret fil-budget fissret li l-benefiċċju applikabbli fis-servizz pubbliku issa japplikaw ukoll fis-Settur Pubbliku. Jikkwalifikaw għar-reduced hours dawk l-impjegati li jaħdmu whole-time b’eċċezzjoni ta’ dawk li jaħdmu fuq Performance Agreement jew Kuntratt bil-kundizzjonijiet stabbiliti, kif ukoll il-membri bl-uniformi ta’ l-Armata ta’ Malta. Iżjed dettalji dwar dan il-benefiċċju jinstabu f’Sezzjoni 3.1.6 tal-PSMC (Public Service Management Code).

Bolla tal-part-timers

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21802 cioe' jista' jgħid kemm huwa previst li se jkun hemm benefiċċjarji li se jgawdu mill-aġġustament fil-bolla tal-part-timers li huwa l-uniku impjieg tagħhom, bil-miżura introdotta fil-budget?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-mod ta’ kif inhi strutturata l-informazzjoni li tinġabar mid-dipartiment mhux possibbli li jiġi stabbilit kemm hemm nies li jistgħu jibbenefikaw mill-aġġustament fil-bolla tal-part-timers. Dan għaliex in-numru ta’ part-timers indikati fil-formolarji tat-taxxa huma dawk biss li jħallsu t-taxxa bil-15%. Dawn il-part-timers mhumiex suġġetti li jħallsu bolla fuq il-part-time għax ikollhom impjieg/dħul prinċipali ieħor. Persuni oħra li m’għandhomx impjieg/dħul prinċipali, u għalhekk ma jikkwalifikawx taħt id-definizzjoni ta’ part-timers skond il-liġijiet tat-taxxa, ma jiġux indikati bħala part-timers minn min jimpjegahom. Barra minn hekk lanqas ma tista’ tasal għal figura ta’ part-timers mill-kategorija tal-bolla mħallsa għar-raġuni li din hi l-istess bħal dik li tapplika għal min hu fuq il-minimum wage. Hemm ukoll persuni li ħallsu kategoriji differenti ta’ bolla għaliex matul l-istess sena jkunu biddlu x-xogħol kemm-il darba.

Servizz tal-Helicopter — VAT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas VAT mill-kumpannija Spanjola li kienet qed tħaddem is-servizz tal-helicopter bejn Għawdex u Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Spanjola li kienet tħaddem is-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex, Helicopters de Suerte S.A., ħallset is-somma ta’ Lm4997, li minnhom kien hemm Lm41 multi u interessi, bħala VAT, minn din is-somma, il-kumpanija kienet tħallset lura Lm1755 bħala rifużjoni.

Industrija tal-manifattura

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 22343 dwar dħul medju tal-ħaddiema fl-industrija tal-manifattura, fejn qalli li d-data li tlabtu ma teżistix. Jista' il-Prim Ministru jagħtini l-informazzjoni għas-settur tal-manifattura in ġenerali għal Malta u Għawdex rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 22343, u inżid ngħid illi informazzjoni dwar dħul medju tal-ħaddiema fl-industrija tal-manifattura in ġenerali ma tinġabarx għal Malta u Għawdex separatament imma għall-pajjiż kollu f’daqqa.

Għawdex — EU - Proġetti

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru għad-diskors tal-budget għas-sena d-dieħla fejn hu semma x'inhuma l-proġetti li se jsiru f'Għawdex fl-2007 u li se jkunu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Peress li fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari l-Ministru għal Għawdex qalet li d-dokumenti ta' programazzjoni għas-snin 2007-2013 għadhom ma ġewx finalizzati u għalhekk il-proċess ta' l-għażla skond il-proċedura stabilita għadu ma bediex, jista' l-Prim Ministru jgħidli liema hi l-verżjoni korretta minn dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet, waħda tiegħu u l-oħra tal-Ministru għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti għal Għawdex msemmija minni fid-diskors tal-baġit jinkludu proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-baġit nazzjonali. Għalkemm is-sejħa uffiċjali għall-proġetti għadha ma saritx, Malta qed tipprepara numru ta’ proġetti, dak li hu magħruf bħala l-project pipe-line, kif inhuma mħeġġa li jagħmlu l-Istati Membri mill-Kummissjoni Ewropea, biex kemm jista’ jkun ma jkunx hemm dewmien fl-implementazzjoni. Infakkar ukoll li llum Malta għandha l-istrateġija u l-prioritajiet (dak imsejjaħ NSRF) maqbul mill-Kummissjoni Ewropea.

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Użu ta' vettura

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

NSO — Statistika dwar it-turiżmu

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-aħħar xahar sarux xi bidliet/aġġustamenti fl-istatistika dwar it-turiżmu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika? X'bidliet saru? Għaliex saru dawn il-bidliet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-mistoqsija qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

OPM — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-uffiċċju tiegħu, il-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-Mistoqsija qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Clubs tal-Football — Għotjiet Finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-clubs tal-football li bbenefikaw minn għotjiet finanzjarji tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienu l-ammonti ta' dawn l-għotjiet u minn liema fond finanzjarju ngħataw? Jista' f'kull każ jgħid għal liema skop speċifiku ngħataw dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Każini tal-Banda — Għotjiet finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-każini tal-banda li bbenefikaw minn għotjiet finanzjarji tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienu l-ammonti ta' dawn l-għotjiet u minn liema fond finanzjarju ngħataw? Jista' f'kull każ jgħid għal liema skop speċifiku ngħataw dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.