Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV din is-sena? Kemm kienu fuq Maltin, kemm fuq barranin, kemm fuq nisa u kemm fuq tfal u x'eta' kellhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' testijiet għal HIV antibodies li saru fil-Virology Unit tal-Isptar San Luqa minn Jannar 2005 sa l-aħħar ta' Settembru 2005 jammontaw għal 4,736. In-Nazzjonalita' tal-persuna li tagħmel it-test għall-HIV mhix mitluba fuq il-formola. It-tqassim ta' numru ta' testijiet skond l-eta' u sess għall-istess perjodu huwa kif ġej:
Nisa 1935
Irġiel 2322
Unknown Sex 479
Age Groups
Male
Female
U (Sex)
S/Total
0-19
126
161
6
293
20-29
695
667
18
1380
30-39
437
307
18
762
40-49
245
108
11
364
50-59
146
54
2
202
60-69
59
34
0
93
70-79
49
22
0
71
80-89
12
9
1
22
90-99
0
1
0
1
S/Total
3188
Uknown (Age)
1548
Total
4736
Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilment ġej minn residenti fi Triq San Dwardu, fil-Birgu li qed ikun hemm żbroff ta' drenaġġ fil-wied magħruf bħala Tal-Ħawli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda lment ma ġie rrapurtat lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika minn residenti fi Triq San Dwardu, Birgu.
Minn investigazzjonijiet li saru fuq il-post minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment irriżulta li kien hemm sadd fil-main sewer u li dan tneħħa nhar it-Tlieta 10 ta' Jannar 2006, mid-Drainage Unit tal-Water Services Corporation. Spezzjonijiet reġgħu saru l-Erbgħa 11 ta' Jannar 2006 u ġie nnotat li l-iżbroff issa waqaf.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm xi tibdil fir-regolamenti għall-għoti ta' liċenzji ta' spiżeriji?
Kemm hemm applikazzjonijiet minn individwi jew entitajiet għal għoti ta' liċenzji lill-spiżeriji ġodda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-imsieħba konċernati rigward ftehim fuq pakkett, li fost oħrajn jinkludi l-għoti ta' liċenzji ta' spiżeriji.
Bħalissa hawn 349 applikazzjonijiet pendenti għal spiżeriji ġodda f'Malta u Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Lescol tabs 80mgs u l-Bendrofluzide tabs 5mgs kenux out of stock? Jekk iva, x'inhi r-raġuni u meta ser jerġa' ikun hemm kunsenja ta' dawn il-mediċini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pilloli Lescol 80mgs jinstabu in stock. Huma il-pilloli Bendrofluazide 5mgs li qegħdin out of stock. Pero' il-pazjenti qegħdin jingħataw żewġ pilloli ta' Bendrofluazide 2.5mgs minflok. Id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi jinsab out of stock mill-pilloli Bendrofluazide 5mgs peress li kien hemm Batch Recall. L-istock mistenni li jasal fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar.
Jista’ il-Ministru jgħid x'kienu l-age brackets ta' dawk li rriżultalhom test pożittiv tal-HIV fl-aħħar tliet snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li n-numru ta' pazjenti huwa żgħir ħafna l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant titqies ta' natura kunfidenzjali biex tipproteġi l-identita tal-pazjent.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-HIV fis-snin 2003, 2004 u 2005? Kemm kienu pożittivi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 saru 3,881 test għal HIV antibodies sal-aħħar ta' Lulju fil-Virology Unit tad-Dipartiment tal-Patoloġija ġewwa l-Isptar San Luqa. Minn dawn 13 irriżultaw posittivi.
L-istatistika għas-snin 2003 u 2004 huma s-segwenti:
2003
4,6448 testijiet
16 riżultat posittiv
2004
6,194 testijiet
23 riżultat posittiv
Peress li dawn it-testijiet huma anonimi jista jkun hemm l-istess persuna li għamlet it-test aktar minn darba.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' mediċini li suppost kienu pprovduti mid-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi u l-ispiżerija ġenerali ta' l-isptar u li għal xi raġuni jew oħra ma kenux ipprovduti tul ix-xhur ta' Ottubru u Novembru 2005? X'kienu r-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta' mediċini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara tistax issir spezzjoni minn uffiċjali tas-sanita' dwar intejjen u inkonvenjenti oħra ħierġa minn sprall ta' ventilazzjoni fi Triq Moroni ta' stabbiliment li jinsab f'no. 1, triq Carlo Manche', Gżira? Sprall bħal dak huwa skond il-liġi u n-normi kollha għall-ħarsien tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li saru minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, fl-istabbiliment li jinstab f'no.1, Triq Carlo Manche' Gżira, liema garage għandu ventilazzjoni permezz ta' sprall ta' madwar 20 pulzier kwadru tagħti għal Moroni Street Gżira, ma jirriżulta l-ebda akkumulu ta' ħmieġ li jista' jrejjaħ. Il-garage in kwistjoni qiegħed jintuża biss għal karozzi privati.
L-uffiċjal li nvestiga dan l-ilment staqsa diversi residenti ta' l-inħawi dwar problemi ta' rwejjaħ, iżda wieġbu li xi kultant tinxtamm riħa ta' pitrolju u spray minħabba li xi persuni jaħdmu xi xogħol fl-inħawi.
Għaldaqstant, ma ġie nnutat l-ebda ksur tar-regolamenti sanitarji.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jiġu ngaġġati nurses u jekk fl-affermattiv meta u kemm hemm bżonn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' ngaġġa fuq bażi permanenti, nhar is-26 ta' Diċembru 2005, 159 infermier, li minnhom kien hemm numru ta' infermiera każwali li diġa kienu qegħdin jaħdmu.
Kwalunkwe ngaġġ li jsir fil-futur jiġi determinat minn numru ta' vakanzi li jkun hemm minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhux qed jitħalla jdaħħal it-te' tal-marka Masri Brand bil-labelling hekk kif inhu meta tali labelling huwa konformi mal-liġi u dan anke wara li l-istess persuna nhar l-14 ta' Jannar 2004 ġie nformat permezz tal-committee on labelling provisions li l-prodott tiegħu huwa konformi mal-liġi u meta minn dak iż-żmien 'il quddiem il-liġi, preċiżament ir-Regolament 4.1 ta' l-Avviż Legali bin-numru 483 tas-sena 2004, ma nbidlitx?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n'vista li bħalissa hemm Protest Ġudizzjarju ma' nħossx li hu opportun li tingħata risposta fuq dan ir-rigward.
Għaldaqstant ninforma li kemm l-Onor. Interpellant u l-persuna li d-dettalji ngħataw separatament, huma diġa nformati b'dan.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' hip joint replacementmatul is-sena 2005 u dan biex tinbidel il-hip joint? Kemm minnhom għamel kull speċjalista li hemm ġewwa l-isptar San Luqa u kemm baqa' fuq il-waiting list jistennew biex issirilhom din l-operazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Saħħa — Pazjenti Maltin li jintbagħtu għal kura barra
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm il-Gvern ħallas għal pazjenti Maltin biex jiġu kkurati barra minn Malta fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005(s'issa)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bis-saħħa tal-ftehim reċiproku bejn Malta u r-Renju Unit, 180 pazjent jintbagħtu kull sena għall-kura speċjaliżżata li ma tistax issir Malta.
Li spejjes li tħallsu fis-snin mitluba kienu hekk:
2002
Lm388,993
2003
Lm429,584
2004
Lm469,993
2005 (Minn Jannar sa Settembru)
Lm282,288
Dawn kienu spejjes li jkopru l-pazjenti li intbagħtu iktar mill-kwota ta' 180, kif ukoll tat-trasport w akkomodazjoni tal-outpatients fl-Ingilterra, u spejjes biex jinġiebu speċjalisti biex jaraw u joperaw fuq pazjenti hawn Malta.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il pazjent ġie msiefer, għal liema pajjiżi u għal liema tip ta' kura/operazzjoni fl-aħħar tliet snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-aħħar tliet snin intbagħtu dawn il-pazjenti:
2003: 239(Renju Unit) 1(Iżrael)
2004: 234(Renju Unit) 1(Iżrael)
2005: 188(Renju Unit) 1(Iżrael)
(sa l-aħħar t'Awissu)
Dawn il-pazjenti ntbagħtu għal investigazzjonijiet u operazzjonijiet speċjaliżżati fil-moħħ u fid-dahar, fl-għadam, fl-għajnejn, fil-widnejn, fl-imsaren, fil-kliewi. Intbagħtu wkoll pazjenti għal trapjanti tal-fwied u tal-mudullun u tfal għal operazzjonijiet fuq il-qalb.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għal użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul l-2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw fuq il-prezz ta' Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jista' jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara iktar minn mobile set wieħed? Kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin 2003,2004, u 2005 inxtraw żewġ mobile phones (2) għall-użu personali ta' membri mill-istaff fl-Uffiċju tiegħi.
Dawn inxtraw bil-prezz ta' 'l fuq minn Lm100.
Ħadd mill-membri mis-Segretarjat privat tiegħi ma xtara iktar minn mobile set wieħed fl-imsemmi perjodu indikat.
Peress li għaddew ġimgħatejn minn mindu għamilt mistoqsija parlamentari 15835, jista' il-Ministru jgħid jekk issa hemmx xi informazzjoni x'jagħti fuq materja hekk urġenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li saru s'issa minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, ma jirriżultax li ġew importati tiġieġ iffriżati ta' barra u mbagħad inbiegħu bħala tiġieġ lokali kif allegat fil-Mistoqsija Parlamentari 15835. Iżda d-Dipartiment ser jissokta fl-investigazzjoni tiegħu f'dan ir-rigward.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' heart bypasses fl-isptar San Luqa fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' operazjonijiet ta' heart bypasses li saru fl-Isptar San Luqa fl-aħħar tliet snin, sena b'sena huma kif jihdru hawn taħt:
2002
374
2003
445
2004
462
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15799 u ġentilment jgħid kemm daħlu pazjenti fid-dipartiment ta' l-emerġenza tul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sa l-1 ta' Novembru 2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Sena
Ammont ta' pazjenti li daħlu l-emerġenza
2000
105,569
2001
110,141
2002
109,189
2003
111,034
2004
110,328
2005 (sa l-ewwel ta' Novembru)
94,042