Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tgħix f'post temporanju fil-Belt tmur tgħix f'post adegwat f'Bormla qrib il-familja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ tal-persuna ndikata qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Ninsab infurmata wkoll li reċentement din il-persuna ġiet offruta post f'Bormla li hi rrifjutat.
Tista' il-Ministru tgħid x'għajnuniet qed jagħti l-gvern lill-familji żgħażagħ li jkunu se jixtru l-ewwel dar tagħhom mis-suq privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Gvern, permezz ta' l-Awtorita' tad-Djar jipprovdi diversi għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom familji żgħazagħ li jkunu ser jixtru jew xtraw l-ewwel dar, li huma:
appartamenti għall-bejgħ bi prezz issussidjat taħt il-kundizzjonijiet ta' shared ownership;
sussidju fuq ir-rata ta' imgħax fuq self mogħti mill-banek (Skema Y);
għotja biex tgħin lis-siden fil-bini, irranġar u/jew tkomplija ta' l-ewwel residenza;
għajnuna finanzjarja fuq xogħlijiet ta' rranġar u titjib f'residenzi privati okkupati minn sidien (Skema Z).
Minn dawk li applikaw biex ibiegħu d-djar privati lill-awtorita' tad-djar, tista' il-Ministru tgħid kemm minnhom saru spezzjonijiet? Min għamel l-ispezzjoni? F'liema stadju waslu meta saru l-ispezzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-uffiċjali ta’ l-Awtorita’ spezzjonaw id-29 proprjeta’ li ġew offruti għall-bejgħ u li kienu jissodisfaw il-kriterji ta’ l-applikazzjoni.
Ninsab infurmata wkoll li r-rapporti ġew riferuti lill-iScrutiny Panel maħtur apposta biex jirrakkomanda lill-Awtorita’ jekk għandiex tipproċedi bl-akkwist. S’issa ġew ikkunsidrati 24 applikazzjoni li minnhom ġew rakkomandati li jinxtraw żewġ proprjetajiet.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew istallati lifts din is-sena? F'liema lokalitajiet? Kemm ġiet tiswa l-istallazzjoni ta' kull lift? Kemm inqdew units bl-istallazzjoni ta' l-imsemmija lifts?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li din is-sena ġew stallati 11-il lift fi blokki eżistenti tal-Gvern u lift ieħor qiegħed fi stadju avanzat biex jiġi stallat. B’dawn it-12-il lift ser ikunu nqdew madwar 100 familja li jgħixu f’dawn il-blokki.
Ninsab infurmata wkoll li matul din is-sena l-Awtorita’ tad-Djar stallat ukoll 41 lift fi blokki ġodda li bihom ser jinqdew 300 familja.
Il-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tara li l-familja minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, titneħħielhom l-inkonvenjenza kaġunata minn katusa ta' l-ilma li ġiet magħmula mill-ħaddiema tad-dipartiment tal-housing?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex il-fond li hu tal-gvern jew ta' l-uffiċċju konġunt li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma jibqax jikkaġuna inkonvenjent u ħsara lill-fond privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tara jekk ix-xogħol li sar għall-manutenzjoni tal-gallarija f'Bormla li dettalji tal-post qed jintbagħtu separatament, sarx skond is-sengħa tal-bini jew le?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għalkemm jien infurmata li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar jagħmlu x-xogħol ta’ tiswija b’reqqa u kif titlob is-sengħa, għaddejt il-każ speċifiku indikat mill-Onor. Interpellant biex jiġi nvestigat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn tax free cars for disabled persons illum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq karozzi għal persuni b'diżabilita' tinħareġ mill-Ministeru tal-Finanzi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Tista' il-Ministru tara li l-koppja Bormliża li se titwaqqagħlhom id-dar għal skop pubbliku jingħatalhom post ieħor, preferibbilment f'Bormla, fl-indirizz li qed jintbagħat separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għall-post alternattiv qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn minn persuni li se jkunu wkoll effettwati mill-proġett ta' urban renewal fiż-żona fejn joqgħodu.
Tista' il-Ministru tara li l-anzjan minn Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjoni l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' il-Ministru tara li l-persuna single parent li tgħix Ħal Tarxien li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, issirilha spezzjoni fil-fond tagħha mill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? Meta se ssir l-ispezzjoni?
Tista' il-Ministru tara x'possibbilita' hemm li Eġizzjan miżżewweġ mara Maltija u ma jaħdimx, u m'għandhomx post fejn jgħixu, jibbenefikaw minn post alternattiv mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? Tista' tgħid meta se ssir l-ispezzjoni fil-fond f'Ħaż-Żabbar, fejn din il-familja qed tistenna tarbija, qed tgħix ma' ħafna persuni oħra? Dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant waslet fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fis-26 ta' Settembru 2006 u qed tiġi proċessata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tara li ż-żagħżugħa Bormliża bid-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ħadmet xogħol volontarju ma' "l-Aċċess" għandhiex il-possibbilta' li tidħol bħala careworker jew assistant careworker?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn żmien għal żmien, meta jinħolqu vakanzi, il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali toħroġ sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' 'support worker/care worker'.
M'hemm xejn xi jżomm lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant li tapplika meta joħorġu dawn is-sejħiet. L-applikazzjoni tagħha tiġi kkunsidrata flimkien ma' l-applikazzjonijiet l-oħra jekk hi tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilita ppublikati.
Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'qed isir biex l-adult training centres isir titjib sostanzjali fihom? Tista' tgħid x'servizzi qed jiġu offruti u jekk issirx distinzjoni fl-etajiet differenti li hemm, anke minħabba l-fatt li wara li dawn il-persuni jgħalqu t-18-il sena jħallu l-iskejjel speċjali u suppost jibdew jattendu l-ATC?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fost is-servizzi u programmi li qed jiġu preżentement offruti lill-klijenti li jattendu l-ATCs hemm:
·
Individual Living Skills;
· programm fil-kċina biex jitgħallmu jippreparaw xi ikel ħafif;
· Self Advocacy Programme;
· edukazzjoni bażika;
· drama, mima u mużika;
· xogħol ta’ crafts (bħal ganutell, crochet, knitting, eċċ.);
· sports/edukazzjoni fiżika u
· ħruġ edukattiv u rikreattiv.
Il-klijenti jieħdu sehem attiv fil-programmi u servizzi msemmija skond l-abilita’ u x-xewqa tagħhom.
Ninsab infurmata wkoll li dawn is-servizzi u programmi qed jiġu evalwati bil-ħsieb li jsir it-tibdil li jkun hemm bżonn bl-iskop aħħari li kull persuna li tattendi f’dawn iċ-Ċentri tingħata programm bażiku ta’ ħiliet u assistenza biex tgħix kwalita’ ta’ ħajja aħjar.
Inizjattivi oħra maħsuba jew li qed jiġu implimentati jinkludu:
1. l-ingaġġ ta’ numru ta’ professjonisti f’dixxiplini speċifiċi bħal physio-therapy, occupational therapy u social work biex ikunu jistgħu jassistu fl-għoti ta’ servizzi li jmorru oltre mill-programmi bażiċi ta’ kuljum li jsiru fiċ-Ċentri;
2. l-ingaġġ ta’ aktar support workers imħarrga biex iwettqu l-programmi individwali tal-klijenti;
3. il-ħruġ ta’ sejħa għall-offerti għat-trasport tal-klijenti bil-ħsieb li jiġi riorgaanizzat dan is-serviżż għal aktar kumdita’ tal-klijenti;
4. introduzzjoni ta’ programmi ġodda biex il-klijenti jkollhom aktar għazla kif iqattgħu il-ħin fiċ-Ċentri.
Għalkemm ma ssir l-ebda distinzjoni f'dik li hi eta', is-servizzi u programmi jridu jieħdu konsiderazzjoni kemm ta’ l-eta' u wkoll tal-bżonnijiet partikolari tal-persuna li ser tirċievi jew tipparteċipa fihom. Qed jiġi ppjanat ukoll li ċ-Ċentri jieħdu persuni mir-reġjun li fih ikun jabitaw. Dan il-parteċipanti jkunu nvoluti aktar fil-ħajja tal-kommunita' fejn ikun lokalizzat iċ-Ċentru u viċin kemm jista’ jkun tal-lokalita' fejn jgħixu l-klijenti.
Tista' il-Ministru tara li anzjana armla minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi co-owner ta' 1/7 minn bejt tibbenefika mill-iskema care and repair wara li minħabba urġenza ta' periklu fis-soqfa kellu jitbiddel is-saqaf ta' fuq il-bejt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenifika mill-inizjattivata tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tista tibbenifika minn din l-inizjattiva.