Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza?
Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi it-total ta` petrol udiesel minfuq mid-dipartimenti kollha li jaqghu taht ir-responsabilita tal-Ministeru - jigifieri il-Ministeru, id-Dipartiment tal-Gustizzja, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, l-Avukat Generali, il-Qorti, il-Kummissjoni ghall-Ligi u l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni - hi ta`Lm4721.53 maqsuma bejn 18 il-karozza.
Ghall-informazzjoni tal-interpellant jien infurmat wkoll illi il-karozzi wzati minni fil-perjodu mitlub ikkunsmaw Lm697 petrol. Fl-istess xhur tas-snin precedenti (5.9.97 sa 21.6.98) l-Onorevoli Ministru tal-Gustizzja tal-amministrazzjoni Laburista kien nefaq Lm1113 f` `petrol`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, u liema huma l-kunsilli lokali li jikru mobile phones? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa tal-kera u l-calls ta' kull mobile phones mikri lill-kunsilli minn Jannar ta' l-1998, xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru: (a) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt, charter, articles of Association jew strument legali ieħor li bih twaqqfet il-Foundation International (The International Foundation) Malta u li għandha l-uffiċċju tagħha f'54, West Street, Valletta VLT 10; (b) jgħid jekk dan l-istrument legali hux konformi f'kollox mal-provvedimenti tal-liġi Maltija; u (ċ) jgħid jekk mit-twaqqif tagħha s'issa, din il-fondazzjoni segwietx f'kollox l-iskopijiet indikati fl-istrument legali u l-provvedimenti tal-liġi Maltija?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni li ghandi hi fis-sens li l-organizzazzjoni imsemmija mill-Onor. Membru m`ghandha x`taqsam xejn mal-Ministeru mmexxi minni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-Membri ta' din il-Kamra li għandhom kawża ta' libell pendenti fil-konfront tagħhom kif ukol min huma l-Membri ta' din il-Kamra li għamlu kawża ta' libell u li għada pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Minn Settembru, 1998 sa April, 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm impjegaw magħhom fuq bażi full time u part-time il-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex? Kunsill b'kunsill, fejn u kemm f'kull każ ġew reklutati impjegati ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, in-numru ta' nies li bbenefikaw mis-servizz ta' għajnuna legali tal-gvern matul dawn l-aħħar 15-il sena? Jista' jaqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta` applikanti li bbenefikaw mis-servizz ta` Għajnuna Legali tal-Gvern huwa kif ġej:
SENA AMMONT
1991 93
1992 82
1993 73
1994 73
1995 98
1996 98
1997 119
1998 110 imqassmin f`78 nisa u 32 Irġiel
1999 33 imqassmin f`23 nisa u 10 Irġiel
L-istatistika għall-perjodu ta` qabel 1991 ma tezistix u għalhekk ma tistax tingħata. M`huwiex possibbli li l-istatistika tinqasam fi rġiel u nisa għaliex certi dokumenti ma setgħux jinstabu.
Jikkonsidra l-Ministru li tiġi emendata l-liġi tal-Proċedura Ċivili sabiex kwalunkwe prokura li ssir tkun trid tiġi insinwata fir-Reġistru Pubbliku għal aktar trasparenza u sigurta' għal xi kredituri potenzjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-suġġeriment ta` l-Onorevoli interpellant qiegħed jiġi studjat. Il-ħsieb s`issa hu li tali reġistrazzjoni tkun biss għal prokuri ġenerali li jkollhom validita` oltre certu żmien.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni interdetti u/jew inabilitati mill-qrati tal-ġustizzja ta' Malta u ta' Għawdex illum Meta ħareġ id-digriet u għaliex ġew interdetti jew inabilitati?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-lista ta` persuni nterdetti jew inabilitati mill-Qrati ta` Malta ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-2 ta` Frar 1999 u dawk tal-Qorti ta` Għawdex ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta` Jannar 1999.
Għall informazzjoni ulterjuri kull min hu nteressat jista` jirriferixxi għall-atti tal-Qorti li huma atti pubblici u facilment huma accessibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm segretarji tal-Kunsilli Lokali li qabel kienu jaħdmu mal-Gvern?
Jikkonferma l-Ministru li jekk xi ħadd min dawn is-segretarji, għal xi raġuni jew oħra, ma jibqax jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala segretarju tal-kunsilli lokali, jerġa' jidħol lura fix-xogħol li kellu mal-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Hemm tlieta u tletin (33) persuna li qabel kienu impjegati tal-Gvern u issa ġew `seconded` bħala Segretarji tal-Kunsilli Lokali.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija it-tweġiba hija fl-affermattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi ġurijiet mill-1990 sal-lum, sena b'sena? Minn dawn deċiżi, kemm ġew appellati? Minn dawn l-appelli, kemm ġew deċiżi?
Il-gvern għandu infrastruttura legali għall-E-commerce?
Response (GATT, AUSTIN)
Malta, bħal kull pajjiż ieħor, ma għandiex struttura legali specifika fuq Kummerc Eletroniku. Dan il-kwalita ta` kummerc huwa regolamentat taħt il-principju ġenerali tal-Liġi Civili u Kummercjali.
Barra minn hekk aħna qegħdin dejjem attenti għall-iżviluppi internazzjonali dwar dan is-suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?
Response (GATT, AUSTIN)
It-tweġiba tinghata f`seduta oħra peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti akkużati li mpurtaw u konsegwentement ittraffikaw droga mill-1995 sal-lum u ġew ikkundannati sitt xhur ħabs, jiġifieri l-minimum li jippreskrivi l-Kap. 101 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 7919 li għadni kif irrispondejt ricentement.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti sidien jew xufiera ta' karozzi tal-linja minn Jannar, 1999 sal-lum fuq akkużi ta' duħħan eċċessiv (exhaust fumes)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma tinżammx statistika mill-Qorti ta` każi bħal dawn. Barra minn hekk il-Prosekuzzjoni f`dawn il-kawżi hija l-Pulizija li qegħda f`pożizzjoni aħjar biex tagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-budget ta' flus li l-Gvern Ċentrali ta għas-snin 1998/99 lill-Kunsill Lokali Santa Luċija?
Response (GATT, AUSTIN)
L-allokazjonijiet finanzjarji li l-Gvern Ċentrali ta lill-Kunsill Lokali ta` Santa Lucija fis-snin 1998 u 1999 huwa kif ġej:
Sena Finanzjarja 1998 - 1999
Fondi Ordinarji LM43,363 Fondi Specjali LM25,792
Sena Finanzjarja 1999 - 2000
Fondi Ordinarji LM 48,338 Fondi Specjali LM 26,455
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu sentenzi bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena u f'liema Qorti nqatgħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kawzi li nqatgħu bejn Jannar 1999 sa Mejju 1999 huma kif jidher hawn taħt:
Qorti Kostituzzjonali 9
Qorti ta` l-Appell 119
Prim`Awla tal-Qorti Civili 774
Prim`Awla tal-Qorti Civili (Sede Kostituzz) 22
Qorti tal-Magistrati (Malta) 909
Tribunal tat-Talbiet Zgħar 550
Bord Li Jirregola l-Kera 28
Bord Li Jirregola l-Kiri tar-Raba 12
Bord ta` L-Arbitragg 1 li giet ceduta
Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (GATT, AUSTIN)
Naħseb li l-Onorevoli Nterpellant japprezza li, fl-1999, mhix xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta` `mobile phone`.
Jien infurmat li bejn il-5 ta` Settembru 1998 u l-aħħar ta` Marzu 1999 in-nefqa fuq il-`mobile phone` li nagħmel użu minnu jien kienet ta` LM222.01. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-ircevuti fuq il-mejda tal-Kamra.