Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33274 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32122 u cioe, jista jgħid kemm gie rrappurtat serq matul Frar 2002? Jista l-Ministru jikklassifika s-serq? Jista l-Ministru jghid kemm gew solvuti każijiet ta’ serq matul Frar 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Frar 2002 il-każi ta` serq li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 136 każ ta` serq. Numru ta` Serqiet li ġew rappurtati:- - Hold-up 7 - Pick pocketing 31 - Snatch & grab 5 - Serq minn dgħajjes 6 - Serq ta` dgħajjes 4 - Serq ta` karozzi 61 - Serq minn karozzi 254 - Serq minn barijiet / lukandi 76 - Serq minn fabbriki 8 - Serq minn residenzi 52 - Serq minn ħwienet 53 - Serq minn xtajtiet 4 - Serq ieħor 165
Leg 9 PQ #33275 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serq

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija 33173 jista' l-Ministru jgħid il-għaliex fit-tabella tal-klassifikazzjoni tas-serq ma ġiex indikat kemm ġew imwettqa hold-ups meta r-reat ta' hold-up dejjem ġie kklassifkat taħt is-serq f'risposti parlamentari preċedenti? Jista' jgħid jekk dan sar bi żvista jew għaliex tbiddlet is-sistema tal-klassifikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` April 2002 ma ġewx irrapurtati każi ta` hold ups.
Leg 9 PQ #33277 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Spetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm li tiftaħ il-call for application għall-ispetturi? Veru li din is-sejħa kienet se tiftah f'Mejju 2001 u s'issa għadha ma fetħitx? Kien hemm xi nuqqas min-naħa ta' l-istrategy and planning? Veru li madwar xahar ilu l-PSC approivat biex toħroġ din is-sejħa u mbagħad żammewhom min-naħa tal-korp? Id-deċiżjoni ta' min kienet? Tista' tikkonferma jekk reġgħux kitbu lill-PSC? X'kienet ir-reazzjoni tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid meta se tiftaħ din is-sejħa u meta beħsiebu jibda l-kors? Fejn se jinżamm, l-Universita` jew l-akkademja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa għaddej il-proċess sabiex issir is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta` Spetturi fil-Korp tal-Pulizija. Dan il-proċess kien inbeda matul is-sena l-oħra u l-applikazzjonijiet kienu ser joħorġu għal Marzu ta` din is-sena. Pero` kif naħseb japprezza l-Onorevoli Interpellant, dan ma kienx iż-żmien opportun, meta wieħed jikkonsidra li l-eżamijiet, kemm dawk ta` l-Universita` kif ukoll dawk tal-livell ordinarju jsiru f`Mejju/Ġunju. Kien għalhekk biss li din is-sejħa għall-applikazzjonijiet ma kienetx ġiet ippubblikata. Infurmat ukoll illi, f`April 2002, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kienet ipproponiet emendi, liema emendi kienu ġew milqugħa mill-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ġiet infurmata b`dan għall-approvazzjoni tagħha. Biex jikkwalifikaw għal Spetturi tal-Pulizija, l-applikanti iridu jtemmu b`suċċess kors ta` sena fl-Universita` ta` Malta, li parti minnu jista` jsir l-Akkademja tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #33305 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Fgura - Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga dak li ġie rrapportat fl-istampa lokali, jiġifieri li l-kunsillier tal-Fgura, is-Sur Mark Lombardo, ġie maħruġ minn laqgħa tal-kunsill lokali mill-pulizija wara ordni tas-sindku? Minn meta 'l hawn il-pulizija għandhom is-setgħa li joħorġu bil-forza minn laqgħa tal-kunsill, kunsillier elett demokratikament? X'investigazzjonijiet saru jew qed isiru fuq dan l-inċident serju? X'investigazzjonijiet saru jew qed isiru mill-pulizija? Minn min qed jitmexxew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi nhar it-Tlieta filgħaxija, il-Pulizija tad-Distrett ta` Raħal Ġdid kellhom talba għal assistenza mingħand is-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Fgura sabiex tkun tista` titkompla laqgħa tal-Kunsill. Dan peress illi skond is-Sindku kien hemm Kunsillier li kien irrifjuta li jobdi mozzjoni li huwa joħroġ il-barra mill-laqgħa. Fuq ordni tas-Supretendent tad-Distrett, il-Pulizija aċċediet fil-bini tal-Kunsill, fejn tat l-assistenza mitluba mis-Sindku sabiex dan il-Kunsillier jinħareġ mill-post. In vista ta` l-allegazzjonijiet li saru dwar dan l-inċident, il-Kummissarju tal-Pulizija ordna li ssir investigazzjoni meħtieġa dwar l-operat tal-Pulizija f`dan il-każ, inkluż jekk skond il-liġi l-Pulizija kellhiex dover li tintervjeni f`dan il-każ. Din kienet l-ewwel darba li saret talba ta` din ix-xorta, u skond ma jirriżulta minn din l-investigazzjoni jinħarġu direttivi għal futur.
Leg 9 PQ #33309 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Awtopsja — Każ ta' Omiċidju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li mill-awtopsja li saret fuq il-kadavru tal-persuna li mietet f'ċirkostanzi li għadhom mhux spjegati u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġie stabilit li dan kien każ ta' omiċidju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, huwa suġġett ta` inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #33317 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Gżira — Triq Giacint Tua

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar l-għalqa msejħa tal-baruni li hemm fi Triq Giacint Tua, Gzira, kantuniera ma' E. Bernard Street li allegatament qiegħda spiss tintuża kemm bħala rubbish dump kif ukoll bħala lok għal prostituzzjoni, minkejja li tinsab qrib ħafna ta' l-abitat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel u ser tkompli tagħmel ronda fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi, b`riżultat ta` dan, diġa` tressqu żewġ persuni quddiem il-Qorti fuq prostituzzjoni.
Leg 9 PQ #33107 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-popolazzjoni til-faċilita' korrettiva ta' Kordin bħalissa? Kemm minnhom huma barranin? Mit-total kemm huma persuni li diġa huma għaddew proċeduri fil-qrati u qed jiskontaw sentenza? Kemm minn dawn huma barranin? Jista' jgħid kemm minn dawk issentenzjati kif ukoll dawk li qed jistennew sentenza/jew proċeduri legali qed jingħataw kura regolari għad-droga? Jista' jagħti l-figuri separatament? Għal liema droga qed tingħata kura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-4 ta` Mejju 2002 in-numru ta` priġunieri kien ta` 278. Dawn huma maqsuma kif ġej:- Nazzjonalita` Sentenzjati Arrestati TOTAL Maltin 140 41 181 Barranin 56 41 97 Minn dawn żewġ priġunieri Maltin (sentenzjati) qegħdin jingħataw kura medika kontra d-droga. Disgħa oħra qegħdin isegwu programm ta` rijabilitazzjoni fis-SATU filwaqt li 16 qegħdin jattendu programmi simili f`postijiet oħra.
Leg 9 PQ #33162 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kerrejja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sidien tad-djar li kien hemm quddiem il-kerrejja iż-żgħira ġo Conception St, Msida, tħallsux jew le. Jekk le, kemm baqa sidien li ma tħallsux u x'inhu iżomm il-ħlas?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm uħud mis-sidien tad-djar f`Conception Street, Msida li tħallsu waqt li hemm oħrajn li għadhom ma tħallsux. Fondi f`Conception Street, Msida li sar ħlas għalihom huma dawn: Nru 27, 30, 33, 34, 35, 36, 43, 46, 49, 50, 52, 54, 56, 57 u 58. Sar ukoll ħlas għal l-utile dominju ta` Nru 40 u 44. Fondi f`Conception Street, Msida li għadu ma sarx ħlas għalihom huma dawn: Nru 26, 28, 29, 31, 32, 37, 41, 42, 45, 47 u 48. Id-dirett dominju ta` Nru. 40 u 44 għadu wkoll ma sarx. Il-ħlas ta` dawn ta` l-aħħar għadu ma sarx għaliex għad hemm xogħol preliminari li jrid isir, fost dan li jiġi aċċertat mid-Dipartiment min huma s-sidien tal-fondi msemmija.
Leg 9 PQ #33000 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Summer Workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers? Kif isiru l-għażliet?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza d-domanda lil Ministru ta` l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #33105 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar kemm hemm applikazzjonijiet g]al-bini ta' korsa tal-golf? Minn min saret kull waħda? F'liema lokalita'? Meta saret kull waħda? F'liema stadju hija kull applikazjoni quddiem l-awtorita?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #33145 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-bini li tiela quddiem l-iskola St Martins f'Swatar, Msida hux qiegħed jittela' skond il-permess kif maħruġ mill-PA? Jista' il-Ministru jara illi ix-xogħol li qed isir, isir f'ħinijiet ragonevoli u ma jsirx użu min hymac għall-ħiniet twal tal-ġurnata li anke qed tikkawża ħsarat strutturali fil-bini tal-madwar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-iżvilupp in kwistjoni huwa kopert bil-permess tal-bini meħtieġ ċioe` PA 03393/00 maħruġ fl-20 ta` Novembru 2001. Minn l-aħħar spezzjoni li saret fuq il-post fis-6 ta` Mejju 2002, jirriżulta illi x-xogħol li sar s`issa jikkonsisti biss minn tqattiegħ ta` blat bħala preparament għal livelli ta` ‘basements’ li hemm proposti. Għaldaqstant xogħol ta` kostruzzjoni għadu ma bediex. Rigward il-ħinijiet tax-xogħol, l-iżviluppatur huwa marbut sabiex jaħdem bejn is-7am u 7pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7am sal-5pm nhar ta` Sibt u li ma jsir l-ebda xogħol fil-Ħdud u l-Festi. Il-ħsarat strutturali tal-madwar li jistgħu jiġu ikkawżati lil terzi persuni huma regolati mill-liġi ċivili. L-iżvilupp qed ikun segwit mill-istess Awtorita` sabiex jiġi assigurat illi l-kundizzjonijiet tal-permess ikunu osservati.
Leg 9 PQ #33171 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Trading Licences

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 32795, jista' l-Ministru jgħid xi trading licences għandha l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jintbgħatu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi l-kumpanija msemmija mill-Onorevoli Interpellant għandha xi liċenzja tan-negozju. Inżid ngħid illi b`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32649, inġibditli l-attenzjoni illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant, għandu fuq ismu proprju, permess ta` itinerant wholesaler ta` frott u ħaxix u biex jaħżen fl-indirizz imsemmi.
Leg 9 PQ #33172 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul April 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul April 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul April 2002 kien hemm 292 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Leg 9 PQ #33173 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq? Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew solvuti serq matul April 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul April 2002 il-każi ta` serq li ġew irraportati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 54 każ ta` serq. Numru ta` Serqiet li ġew rappurtati:-- Pick Pocketing - Snatch & grab - Serq minn dgħajjes - Serq ta` dgħajjes - Serq ta` karozzi - Serq minn karozzi - Serq minn barijiet / lukandi - Serq minn fabbriki - Serq minn residenzi - Serq minn ħwienet - Serq minn xtajtiet - Serq ieħor 33 5 7 1 62 270 62 7 56 58 8 192
Leg 9 PQ #32991 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Għases

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jintnefaq fuq l-għases tal-pulizija f'Malta u Għawdex f'din is-sena finanzjarja? Liema huma dawk l-għases li se jsir xogħol fuqhom? Liema kienu l-għases li ġew imtejba fis-sena finanzjarja li għaddiet? Kemm intnefaq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għal din is-sena hemm approvata s-somma ta` Lm180,000 għal manutenzjoni u xogħol ieħor fl-Għases tal-Pulizija. Dan ix-xogħol huwa pproġettat li jsir fl-Għases ta` Sliema, Msida, Mosta, Żabbar, Bormla, Żejtun, Birkirkara u Xagħjra, kif ukoll it-Taqsima tal-Kavallerija, il-kumpless f`Ta` Kandja u l-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana. Infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra kien sar xogħol fl-Għases ta` Ħal Qormi, Mellieħa, Ħaż Żebbuġ, Żurrieq, San Ġiljan, San Ġwann, Ħal Safi, Ħal Kirkop u Attard. In-nefqa f`dan ir-rigward hija stmata li kienet ta` madwar Lm8,000. Dan l-ammont ma jinkludix affarijiet li jinxtraw mill-vot rikorrenti bħal ma hija żebgħa, cement, injam, etc. Dan ukoll ma jinkludix ix-xogħol ta` l-idejn, peress li dan ix-xogħol isir minn membri tal-Korp stess.
Leg 9 PQ #33010 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar kemm tressqu nies il-qorti mill-pulizija minħabba inċidenti li nqalgħu f'dawn il-postijiet: 1 f'Paceville 2 f'Buġibba 3 f'Wied il-Għajn X'kienu l-inċidenti prinċipali li għalihom dawn il-persuni tressqu l-qorti? Wara dawn l-inċidenti l-pulizija ordnat li jingħalqu xi postijiet ta' divertiment meta l-inċidenti saru fil-post u/jew minn nies li jaħdmu f'dawn il-postijiet? Kemm hemm każi li fihom il-pulizija talbet lill-qorti biex tordna l-għeluq għall-perjodu ta' xi stabbiliment ta' divertiment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-24 ta` April 2002, inbdew proċeduri quddiem il-Qorti kontra 110 persuna minħabba inċidenti li b`xi mod jinkwadraw taħt ksur ta` ordni pubbliku fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi f`dawn il-proċeduri ma kienx hemm lok fejn il-Pulizija tordna jew titlob l-għeluq ta` xi stabbiliment skond il-liġi. Pero` kien hemm żewġ każijiet fejn l-istabbiliment inżamm magħluq għal xi żmien minħabba l-inkjesta Maġisterjali.
Leg 9 PQ #33021 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistawx jittieħdu passi dwar il-prostituzzjoni rampanti li jkun hemm fi Triq G Cali Ta' Xbiex u Triq il-Ġnien il-Gżira b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' l-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minbarra r-ronda li ssir mill-Iskwadra ta` kontra l-Vizzji, ikun hemm pulizija minn tad-Distrett assenjati xogħol fl-inħawi tal-Gżira u Ta` Xbiex, appożitament sabiex jissorveljaw kontra dawn l-abbużi. Infurmat ukoll illi matul din is-sena, kien hemm 23 persuna li ġew akkużati jew ser jiġu akkużati, uħud minnhom aktar minn darba, quddiem il-Qorti in konnessjoni ma` tlajjar għal skopijiet ta` prostituzzjoni, f`dawn il-lokalitajiet.
Leg 9 PQ #33027 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-applikazzjonijiet li saru minn bdiewa fl-iskema biex tingħata qbiela fuq art agrikola tal-gvern? Bdew jiġu proċessati u f'hiex wasal il-proċess?

Response (BORG, TONIO)

L-iskema tal-Qbiela bħalissa qiegħda fl-istadju tal-public screening. Fil-fatt sa` l-aħħar ta` Mejju ikun lest il-proċess ta` public screening għal Malta kollha. It-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ħadet ħsieb biex id-dettalji tal-applikanti ta` fejn sar il-public screening iddaħħlu kollha f`sistema kkomputerizzata li ġiet mibnija għal dan il-għan. Kif jitlesta il-proċess ta` public screening ikun jista` jinbeda il-proċess biex isiru il-kuntratti relattivi fejn dan ikun il-każ.
Leg 9 PQ #33033 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tħallsitx il-kera lil lands tal-fond bir-riferenza RO 41989 li għalqet fl-aħħar ta' Marzu? Jekk iva, jista' jgħid minn min tħallset din il-kera, meta s-sid hija mejta u l-unika werrieta tal-fond tinsab rikoverata fi sptar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-werrieta tal-mejta ġiet rikkonoxuta minflok ommha fl-1 t'April, 2001. Minn dak inhar 'l hawn l-ebda kera ma ġiet imħallsa.
Leg 9 PQ #33046 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' l-applikazzjoni u l-pjanti relattivi li ġew sottomessi lill-awtorita' ta' l-ippjanar għall-bdil ta' l-użu tal-health centre f'Ħal Qormi għal dar ta' l-anzjani?

Response (BORG, TONIO)

Ġaladarba l-liġi telenka d-dokumenti li huma aċċessibli għall-pubbliku, ma jidhirlix li għandi naċċedi għat-talba ta` l-Onor. Interpellant.