Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #7241 Sitting 198 2004-12-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Regolamenti maħruġa għall-bars

Question

Jista' il-Ministru jispjega ġentilment jekk ir-regolamenti li l-Malta Tourism Authority ħarġet dan l-aħħar fil-konfront tal-bars (li jinkludu, fost oħrajn, l-obbligu li jkun hemm coffee machine, staff evacuation exercise darba fis-sena, toilet facility għall-irġiel u nisa b'mera b'dawl appożitu) iridux ikunu osservati minn kull bar, irrispettivament mid-daqs tal-bar jew le? Jekk dan hu l-każ, l-MTA ħaditx in konsiderazzjoni li jista' jiġri li l-karattru tipiku tal-bar tradizzjonali u żgħir fiċ-ċentru tar-raħal Malti jiġi mnaffar jew imnaqqar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-regolamenti li ħarġet l-Awtorita` dan l-aħħar (Avviż Legali 175 ta' l-2004) jirregolaw il-catering establishments kollha - ristoranti, snack bars, kiosks u bars. Fir-rigward tal-bars, ir-regolamenti jirrikjedu standards bażiċi. Ma jidhirlix li l-osservanza ta' dawn ir-regolamenti għandhom, b'xi mod inaffru jew inaqqru il-karattru tipiku tal-bar tradizzjonali Malti. Anzi l-Awtorita` se toħroġ plakki apposta li jidentifikaw il-bars tipiċi Maltin. Dawn il-plakki jitwaħħlu fuq il-faċċata ta' barra tal-bar biex it-turist ikun jista' jidentifika il-bars li huma tradizzjonali Maltin. Dawn, fuq kollox, huma parti mill-kultura tagħna.
Leg 10 PQ #9439 Sitting 198 2004-12-03 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta kif l-MTA se tinvesti t-Lm8 miljun li ġew allokati fil-budget għas-sena 2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-estimi finanzjarji ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu għad iridu jkunu diskussi u approvati mill-Bord ta' l-Awtorita'. Dettalji jingħataw iktar il-quddiem u ssir diskussjoni fil-Parlament qabel ma jkunu approvati.

Wied il-Għasel — Ghar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9384, jista' il-Ministru jara li jiġu spezzjonati l-viċinanza ta' barriera u proprjeta' ta' kuntrattur f'dan is-sens?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed tieħu ħsieb li jsiru spezzjonijiet skond il-bżonn fl-inħawi tal-varji barrieri u propjeta' ta' kuntratturi li jinsabu fiz-zona ta' Wied il-Għasel. Dawn l-ispezzjonijiet se jsiru f'ko-operazzjoni ma' uffiċjali tal-MEPA. L-ewwel minn dawn l-ispezzjonijiet se ssir fil-jiem li ġejjien.

Mediterranean Conference Centre — Inkonvenjent

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'rimedji qed joffri l-Mediterranean Conference Centre għall-ħsejjes ta' airconditions u inkonvenjent ieħor lir-residenti ta' Triq Sant'Ursola u Triq Old Wells, il-Belt Valletta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi ħarġet tender pubblika skond il-proċeduri finanzjarji għal xiri ta' apparat modern għal dak li għandu x'jaqsam ma' air-conditioners. Il-proċess qiegħed fi stadju ta' evalwazzjoni. Dan sar sabiex tkun riżolta din il-problema f'dawn l-inħawi. Għar-rigward ta' l-inkonvenjent l-ieħor nitlob lill-Onor interpellant ikun iktar speċifiku.
Leg 10 PQ #9347 Sitting 197 2004-12-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Karozzi tal-Kiri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjat tal-Ministri liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu ukoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkosanzi, tista ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b'karozza. Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat. Bħalissa hemm disa' karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. L-informazzjoni dwar minn fejn u b'liema rati dawn qed jinkrew tinsab fil-lista annessa. L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm 11,144. Minn fejn jinkrew Rata ACE Car Hire Limited Lm 6 ACE Car Hire Limited Lm 5 ACE Car Hire Limited Lm 5 ACE Car Hire Limited Lm 4 ACE Car Hire Limited Lm 4 ACE Car Hire Limited Lm 4 ACE Car Hire Limited Lm 4 ACE Car Hire Limited Lm 4
Leg 10 PQ #8718 Sitting 196 2004-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Orkestra Nazzjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallset l-orkestra nazzjonali tas-servizzi tagħha matul iċ-ċelebrazzjonijiet li saru f'Malta fl-okkażjoni tas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea? Minn min u meta sar dan il-ħlas u jekk dan kienx biżżejjed sabiex ikopri l-ispejjeż ta' l-istess orkestra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurtmat li l-ispejjeż ta' l-orkestra nazzjonali b'rabta ma ċ-ċelebrazzjonijiet li saru f'Malta fl-okkażjoni tas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea kienu ta' Lm 3,330.19. L-orkestra nazzjonali tħallset is-somma ta' Lm 1,808.94 mill-kumpanija Where's Everybody. Id-differenza kienet il-kontribuzjoni ta' l-orkestra għal dawn iċ-celebrazzjonijiet ta' natura storika.
Leg 10 PQ #8995 Sitting 196 2004-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru tat-Turiżmu — Safar

Question

Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena n-nefqa globali tas-safar tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u ta' l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm 142,582. Huwa kkalkolat li l-ispiża għall-aħħar tliet xhur tilħaq Lm 38,257.

Forti Sant'Anġlu — Torri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9216, jista' il-Ministru jgħid jekk parti mit-torri msemmi ġiex mirdum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-fdalijiet tat-torri medjevali msemmija inkiexfu waqt xogħol ta’ restawr fuq Nympheum ‘funtana’ Barokka tas-seklu tmintax. Għaldaqstant dawn il-fdalijiet inkiexfu b’mod temporanju biss. Dan minħabba ix-xogħol tar-restawr kellu l-iskop li jerġa jġib in-Nympheum fl-istat oriġinali tiegħu. Għal din ir-raġuni l-fdalijiet medjevali llum jinsabu mgħottija mill-istruttura tan-Nympheum storiku. Ta’ min jgħid ukoll li dawn l-fdalijiet għalkemm mhumiex viżibili llum jinsabu protetti u ġew dokumentati b’mod dettaljat.
Leg 10 PQ #7212 Sitting 195 2004-11-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija tat-Turiżmu — Talba għal fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' Maltija tat-Turiżmu qattx applikat għal xi fondi mill-Unjoni Ewropea jew xi forma oħra ta' għajnuna (kemm pre-accession u accession funds) sabiex tiġi mgħejjuna fl-operat tagħha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7061 illi fiha kienu ġew imniżżla l-applikazzjonijiet għal fondi mill-UE mill-1 ta' Jannar 2004. Inżid ngħid illi kien hemm numru ta' applikazzjonijiet oħra kif jidhru hawn taħt li kienu saru qabel l-1 ta' Jannar 2004. Skills Analysis and Employment Forecasts 2004-2008 for the Maltese Tourism Industry Leonardo Training Programmes
Leg 10 PQ #8714 Sitting 195 2004-11-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Teatru Manoel — General Manager

Question

Jista' il-Ministru jgħid min inħatar bħala general manager tat-Teatru Manoel? Saret sejħa għal dawk interessati? Minn meta beda jokkupa din il-kariga? Jista' jgħid ukoll min kien qed jokkupa din il-kariga qabel? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-Sur Lino Mintoff inħatar General Manager tat-Teatru Manoel wara sejħa permezz ta' avviżi fil-gazzetti li saret f'Jannar 2004. Is-Sur Mintoff beda jokkupa l-post ta' General Manager mill-14 ta' Lulju 2004 kif kien imħabbar anke fil-media waqt it-tnedija tal-Programm ta' attivitajiet tat-Teatru Manoel għal-istaġun 2004-2005. Fil-passat kien hemm diversi persuni bħal Michael Fenech, A. Zammit Mangion, Paul Axiaq, Emy Scicluna u Lino Farrugia li okkupaw pożizzjoni simili. Qed inqiegħed kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #8715 Sitting 195 2004-11-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunsill Malti għall-kultura u l-arti — Prof. Richard England

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Prof. Richard England irriżenja minn membru tal-kunsill Malti għall-kultura u l-arti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Professur Richard England irriżenja minn membru tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti minħabba impenji ta' xogħol li għandu sew Malta kif ukoll f'pajjiżi barranin.
Leg 10 PQ #9157 Sitting 195 2004-11-29 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8907 u cioe' jista' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjonijiet ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F'dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata. Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal-persuni nvoluti f'dan is-safar. Fil-każ tas-Servizz Pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar minn għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-Public Service Management Code.

Qawra — Proġett ta' l-Aquarium

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6364, jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' l-Aquarium fil-Qawra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-konsorzjum Oceanaria ġie mitlub biex jissottometti informazzjoni dettaljata rigward il-proġett, liema informazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Ministeru sal-bidu ta' Diċembru.

Proġett tal-White Rocks

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 388, jista' il-Ministru jgħid xi progress sar fuq il-proġett tal-White Rocks?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onor interpellant illi d-diskussjonijet fuq dan il-proġett għadhom mhux magħluqa.

Wied il-Għasel — Għar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9256, jista' il-Ministru jgħid fiex irriżultaw l-investigazzjonijiet tas-Sovrintendenza?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet li saru u għadhom qed isiru mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għadhom ma taw l-ebda eżitu pożittiv u dan ukoll wara li ntalbet il-għajnuna tal-MEPA u tal-Kunsill tal-Mosta. Mill-ġdid nerġa' nitlob lill-Onor Interpellant li, jekk għandu xi tagħrif iktar preċiż, napprezza jekk jgħaddieh lis-Sovrintendenza jew lill-Ministeru.
Leg 10 PQ #8708 Sitting 194 2004-11-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Teatru Manoel

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-Teatru Manoel hux qed jieħu sehem f'xi proġetti ta' l-Unjoni Ewropea jew le? Jekk iva, liema huma dawn il-proġetti, min qed jipparteċipa fihom u min qed jikkordinahom? X'benefiċċju se jkun hemm għat-Teatru Manoel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-Teatru Manoel mhux qed jieħu sehem f'xi proġett ta' l-Unjoni Ewropeja .
Leg 10 PQ #8967 Sitting 194 2004-11-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-impjegati li għanhom iktar minn 61 sena li jaqaw taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma kif ġej: Isem Konsulenti/Kuntratt Remunerazzjoni/ Allowance Joseph Lanzon Konsulent Lm 788.83 gross fix-xahar Ms Cecilia Xuereb Kuntratt Lm 2,715.50 fis-sena Maġġur Alfred Cassar Eynaud Konsulent Lm 2,2496 fis-sena Ms Anne Bradley Kuntratt Lm 100 fil-ġimgħa

Forti Sant'Anġlu — Torri

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir minn parti ta' torri ta' żmien l-era Għarbija li ġie skopert ftit ġimgħat ilu fil-Forti Sant Anġlu fil-parti magħrufa Ninpheum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali eżaminat medda ta’ ħajt li jista’ jkun ta’ eta medjoevali tardiva li inkixef waqt xogħolijiet ta’ restawr fuq in-Nimfeum jew Nympheum Barok fil-kastel Sant Anġlu. Is-Sovrintendenza staqsiet lill-perit inkarigat mix-xogħol biex jagħmel dokumentazzjoni dettaljata ta’ din il-medda ta’ ħajt. Dawn il-fdalijiet ġew preżervati fl-istat u l-post li fihom instabu, wara n-Nympheum kien irrestawrat.

Wied il-Għasel — Għar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jirriżultax li għar li jinsab f'Wied il-Għasel u li fih ġew skoperti l-istalaktiti u l-istalagmiti ġie meqrud? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali m’għandha l-ebda informazjoni u ma rċeviet ebda rapport fuq sejba ta’ xi għar f’ Wied il-Għasel, jew fuq xi ħsarat li setgħu sarulu. Fid-dawl ta’ din il-mistoqsija, is-Sovrintendenza għamlet investigazzjonijiet mal-Malta Environmental and Planning Authority u mal-Kunsill Lokali tal-Mosta fuq dan il-każ. Irriżulta minn din l-investigazzjoni li lanqas dawn l-entitajiet ma kellhom aħbar fuq sejba ta’ xi għar f’Wied il-Għasel, jew ta’ xi ħsara li setgħet saritlu. Is-Sovrintendza se tkompli bl-investigazjoniet tagħha fuq dan il-każ, u jekk l-Onorevoli interpellant għandu hu stess xi informazzjoni rilevanti ikun apprezzat jekk jgħaddi l-informazzjoni tiegħu lis-Sovrintendenza jew lill-Ministeru.

Tisbiħ ta' Xtajtiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9058, jista' il-Ministru jwieġeb l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija oriġinali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-każ tal-proġett tal-Balluta, għadu kmieni wisq sabiex wieħed jgħid meta ser jibda x-xogħol u kemm ser jieħu żmien. Għaldaqstant għadu wkoll kmieni sabiex naraw jekk hux possibli jiġu wżati fondi ta' l-Unjoni Ewropeja.