Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni b’diżabilità – kard blu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex persuna tingħata l-kard il-blu ta’ persuni b’diżabilità u kif tkun tikkwalifika għaliha?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Persuni b’diżabilità – kard blu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-kard il-blu ta’ persuni b’diżabilità u jekk hemmx ċirkostanzi fejn dawn l-istess persuni li jkollhom din il-kard ma jibqgħux eleġibbli għaliha?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Mosta — Dr. Chetcuti Street - tindif ta' pjazza

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pjazza ta' Dr. Chetcuti Street, il-Mosta tinżamm nadifa għaliex ir-residenti qed jilmentaw li hemm ħafna riħa tintenn ħierġa minnha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-Kunsill Lokali Mosta u sar it-tindif neċessarju. Sussegwentement saru diversi spezzjonijiet fil-post u dejjem kien hemm riżultati sodisfaċenti.

Sejħa għall-Offerti jew riżoluzzjoni parlamentari – art meħuda biex isiru toroq

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti jew tar- riżoluzzjoni parlamentari li permezz tagħha ngħatat art jew ittieħdet art biex isiru toroq, sena b'sena, minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport/Transport Malta — Spazju fejn jitpoġġew karozzi kkonfiskati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, inkella Transport Malta (TM), xtrawx jew krewx spazju li fih ikunu jistgħu jpoġġu vetturi li għal xi raġuni jew oħra jkunu nqabdu minn TM? Jekk iva, fejn hu dan l-ispazju li qed jintuza biex fih jitqiegħdu l-vetturi li jiġu hekk ikkonfiskati, jew imwarrba mat-toroq tagħna?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta la xtrat u lanqas kriet spazji fejn jistgħu jitpoġġew il-karozzi maqbuda. Il-post li jitpoġġew fih il-karozzi maqbuda minn Transport Malta huwa Pembroke, sit li huwa diġa propjeta’ tal-istess Awtorita’.

Transport Malta – Maintenance Department — Internal call for application għall-Executive

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx ħarġet internal call for application għall-Executive fil-Maintenance Department ta' Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Nikkonferma li Transport Malta kienet ħarġet sejħa għal Executive fil-Maintenance Department.

Transport Malta — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni ngħatat fi Transport Malta mill-2013 'l hawn? X'kienet ir-raġuni għal kull promozzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum ngħataw 86 promozzjoni ġewwa Transport Malta. Dawn il-promozzjonijet ngħataw wara li kellhom jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta’ mpjegati li tterminaw l-impjieg (replacements), u f’każijiet oħra minħabba ristrutturar fi ħdan l-Awtorita’ li wassal għall-bżonn ta’ pożizzjonijiet ġodda.

Transport Malta — impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna li taħdem f'Transport Malta ġie imġedded l-impjieg tagħha wara l-età tal-irtirar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, Transport Malta għandha żewġ impjegati li l-impjieg tagħhom ġie mġedded wara l-eta’ tal-irtirar.

Parking Bays — disabled badge holders only

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parking bays tad-Disabled Badge Holders Only humiex enumerati jew le u jekk persuni b’karozzi b’numru differenti jistgħux jipparkjaw f’kull bay jew le?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kaxxi riservati għal persuni b’diżabilità jistgħu jintużaw minn dawk kollha li għandhom Disabled Blue Badge u għaldaqstant dawn il-kaxxi m’għandhomx numri tar-reġistrazzjoni tal-vetturi approvati magħhom.

Bus Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bus shelters f’Malta u Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq in-network tat-trasport pubbliku hemm total ta’ 507 bus shelters imxerdin ma’ Malta u Għawdex. Minbarra dawn il-bus shelters hemm seba’ postijiet oħra fejn hemm installati canopies kbar fejn passiġġieri li jkunu qed jistennew il-karozzi tal-linja jkunu jistgħu jistkennu mill-elementi.

Tiswijiet ta’ bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru tiswijiet ta' bus shelters u kemm inbnew ġodda jew inbidlu, xahar b' xahar, mill-2011 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2011 u 2015 ġew installati 70 bus shelter ġdid. Dawn kienu maqsuma hekk kif ġej: Sena Numru ta’ Bus Shelters 2011 32 2012 22 2013 4 2014 5 2015 7 Barra minn hekk, fl-istess perjodu, Transport Malta nstallat seba’ tined kbar fejn wieħed ikun jista’ jistkenn mill-elementi waqt li jkun qiegħed jistenna l-karozzi tal-linja. Dawn it-tined twaħħlu ġewwa l-isptar Mater Dei, l-Universita’, iċ-Ċirkewwa, l-Ajruport, il-Marsa Park and Ride, Buġibba u Victoria Għawdex. Infurmat ukoll li bejn l-2011 u Marzu ta’ din is-sena, il-kuntrattur li huwa responsabli minn dawn il-bus shelters wettaq total ta’ 2,657 intervent ta’ manutenzjoni jew tiswijiet li kienu maqsumin hekk kif ġej: Sena Numru ta’ Interventi 2011 496 2012 531 2013 506 2014 479 2015 461 2016 184

Każijiet ta’ nies li ma ħallsux għall-biljett tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ta’ nies li ppruvaw jużaw is-servizz tal-karozzi tal-linja mingħajr ma jkunu ħallsu l-biljett, xahar b' xahar, mill-2011 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tirrigwarda l-operat ta’ entità privata, f’dan il-każ l-operatur tat-trasport pubbliku, u għaldaqstant ma tistax tingħata.

White Taxis – sidien jew xufiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li sidien jew xufiera tal-White Taxis jistgħu jipparkjaw fihom u dan anke bil-permess tal-Awtorità tat-Trasport Pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sidien jew xufiera tal-White Taxis jistgħu jipparkjaw fit-taxi stands li jkunu fit-triq apposta għalihom.

Pjanijiet biex tissolva l-problema ta’ traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjan biex tissolva l-problema tat-traffiku kif ukoll biex it-trasport pubbliku jiġi aktar effiċjenti? Meta dan il-pjan se jibda jiffunzjona u b'hekk jibdew jiġu milħuqa l-aspettativi tal-pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 18844, fir-rigward ta’ miżuri li diġa qed jiġu mplimentati sabiex titnaqqas il-problema tat-traffiku. Dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ li parti mis-soluzzjoni sabiex tittaffa l-problema tat-traffiku hija li aktar persuni jużaw s-servizz tat-trasport pubbliku b’mod aktar frekwenti. In-network il-ġdid tat-trasport pubbliku fil-fatt ġie mfassal sabiex ikun jista’ jilħaq aktar l-esiġenzi tal-persuni li jagħmlu użu minnu, iħajjar persuni li ma’ jagħmlux użu mis-servizz li jibdew jużawh u fl-istess ħin jagħmlu aktar aċċessibli. In-network il-ġdid ra żieda ta’ 2.5miljun kilometru fis-sena, b’żieda ta’ medja ta’ 400 vjaġġ kuljum u li beda jilħaq inħawi ġodda. Ġew introdotti 24 rotta ġdida u saru modifiki fuq 43 rotta eżistenti.Rajna ukoll żieda ta’ 15% fin-numru ta’ passġieri li jużaw dan is-servizz meta ikkomparat mas-sena l-oħra. Żdiedu wkoll 80 bus stop ġdid. Permezz tal-introduzzjoni ta’ tallinja card tħaffef ukoll il-proċess ta’ tagħbija tal-passiġġieri u b’hekk tnaqqas il-ħin tat-traġitt. Fl-istess ħin tnaqqas il-ħin li karozza tal-linja toqgħod wieqfa fuq bus stop. L-operatur tat-trasport publiku introduċa wkoll 143 karrozzi tal-linja ġodda u hemm il-ħsieb li din is-sena jiġu introdotti 33 karozzi tal-linja ġodda oħra. Minn informazzjoni li tinġabar minn fuq is-sistema tal-GPS li hemm fuq kull karozza tal-linja jirriżulta li aktar ma’ jmur is-servizz qiegħed jesperjenza titjib kemm f’dak li jirrigwarda il-puntwalita’ kif ukoll affidabilita’. Dawn il-miżuri qegħdin iwasslu għal żieda fin-numru ta’ passiġġieri. Ta’ min ifakkar li minn studju li kien sar mill-Institute for Climate Change and Sustainable Development tal-Universita’ ta’ Malta bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea rappreżentata f’Malta, is-sitwazzjoni tat-traffiku f’pajjiżna fil-perjodu ta’ Gvern preċedenti kienet ħafna aktar imwiegħra milli kienu jippruvaw ipinġuha. Dan l-istudju sar fl-2012, fit-tieni sena tal-operat tal-kumpanija Arriva. Hawnhekk rajna nuqqas fin-numru ta’ passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku, bil-konsegwenza li rajna żieda fil-karozzi privati fit-toroq tagħna, kif ukoll żieda drastika f’ inċidenti tat-traffiku. Dan kollu kien konsegwenza tal-falliment fir-riforma tat-trasport pubbliku. Ta’ min wieħed jinnota li waħda mill-persuni li għamlu dan l-istudju hija l-istess persuna li llum il-ġurnata tmexxi wieħed mid-disa’ fora maħtura mill-Partit Nazzjonalista. Rakkomandazzjoni ewlenija li ħarġet minn dan l-istudju kienet li jkun hemm titjib fit-trasport pubbliku biex aktar nies jagħmlu użu minnu b’ riżultat li jkollna inqas konġestjoni tat-traffiku u jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent, ħaġa li rajna titjib fiha f’dawn l-aħħar xhur.

Ta’ Xbiex – Konsultazzjonijiet fuq bidliet fis-sistema tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex u jekk ġewx notifikati r-residenti tal-istess post,qabel il-bidliet li saru fis-sistema tat-traffiku f'Ta' Xbiex Junction?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex, flimkien ma’ kunsilli lokali u stakeholders oħra, kien ġie mistieden għal laqgħa ta’ informazzjoni fuq il-proġett tal-Kappara, fejn anki ġew diskussi rotot alternattivi li qed jiġu suġġeriti b’rabta ma’ dan il-proġett, kif ukoll miżuri oħra sabiex jgħinu biex itaffu mill-impatt tal-proġett fuq it-traffiku. Il-pubbliku in ġenerali qiegħed jiġi kontinwament nfurmat u aġġornat permezz tal-mezzi tax-xandir fuq kull żvilupp relatat ma’ dan il-proġett, li jinkludu informazzjoni dwar rotot alternattivi, xogħlijiet li jkunu għaddejjin u arranġamenti ġodda fl-immaniġġar tat-traffiku. Barrminhekk, qed isiru laqgħat addizzjonali mal-Kunsilli Lokali inkluż ta’ Ta’ Xbiex sabiex jiġu ndirizzati xi problemi li jistgħu jinqalgħu waqt l-implimentazzjoni tar-rotot alternattivi li se jintużaw waqt il-proġett tal-junction tal-Kappara.

Ta’ Xbiex – Triq ix-Xatt – one way

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni għalfejn Triq ix-Xatt, Ta' Xbiex saret one way, liema triq normalment tintuża għad-dħul u l-ħruġ fil-lokalità u issa l-karozzi se jkollhom jgħaddu min-numru ta' toroq dojoq sabiex joħorġu minn Ta' Xbiex? Minħabba din id-deċiżjoni qiegħed jinqala' inkonvenjent kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk ix-xufiera li jkunu qegħdin isuqu lejn Triq l-Abate Rigord u issa ma jistgħux isuqu lejn Ta' Xbiex minn din it-triq iżda jkollhom isuqu lejn il-Gżira fi triq li normalment hija traffikuża ħafna?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellan li l-bidla ta’ Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex f’one way lejn il-Belt Valletta hija waħda mill-miżuri varji sabiex jiffaċilitaw u jimmaniġġjaw aħjar l-andament tat-traffiku b’rabta mal-proġett tal-Kappara. Din it-triq mistennija sservi bħala rotta ta’ ħruġ mil-lokalijtajiet ta’ tas-Sliema u l-Gżira sabiex kemm jista’ jkun tiġi evitata konġestjoni f’din l-akwata. Transport Malta hija konxja mill-fatt li dan il-proġett mistenni joħloq xi nkonvenjent għall-pubbliku in ġenerali speċjalment għar-residenti u stakeholders ta’ dawn il-lokalitajiet. Għaldaqstant l-Awtorita’ se tibqa’ tiltaqa’ u tiddiskuti mal-kunsilli lokali u stakeholders konċernati tul il-fażijiet differenti tal-proġett sabiex kemm jista’ jkun dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat u minimizzat.

Ta’ Xbiex – sistema ġdida tat-traffiku — inkonvenjent

Question

Jaf il-Ministru li bis-sistema l-ġdida tat-traffiku f'Ta' Xbiex, fejn it-traffiku qed ikollu jgħaddi minn Triq l-Ambaxxati u toroq dojoq oħrajn, qed ikun ta' inkonvenjent kbir kemm għar-residenti kif ukoll għas-sewwieqa li ħafna drabi qegħdin ikomplu jżidu l-iġġammjar tat-traffiku f'dawn it-toroq residenzjali?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlametari 25475.

Ta’ Xbiex – Triq ix-Xatt – bus shelter

Question

Jaf il-Ministru li l-bus shelter fi Triq ix-Xatt, Ta' Xbiex ilu inaċċessibbli għal dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba xi xogħlijiet li għaddejjin fil-mument, is-servizz tat-trasport pubbliku mhux qiegħed jgħaddi minn Triq ix-Xatt, iżda minflok qed jgħaddi mir-Rampa ta' Ta' Xbiex.

Transport Malta – Dipartiment tal-Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li persuna jew persuni li ma jaħdmux fid-Dipartiment tal-Manutenzjoni fi Transport Malta, qed jingħatalhom overtime biex jagħmlu xogħol fuq manutenzjoni s-Sibtijiet, meta hemm dipartiment speċifikat għall-manutenzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm każijiet fejn impjegati li ma jaħdmux fit-Taqsima tal-Manutenzjoni ngħatalhom sahra (overtime) fuq xogħol ta’ manutenzjoni, b’mod speċifiku ħaddiema mit-taqsima ta’ Maritime Enforcement li ġew mogħtija xogħol li għandu x’jaqsam ma’ manutenzjoni fuq il-baħar. Inżid ukoll li meta l-ammont ta’ xogħol ta’ manutenzjoni li jkun hemm ikun aktar milli jistgħu jlaħħqu miegħu il-ħaddiema tal-Manutenzjoni, ikun hemm drabi fejn ħaddiema oħra jintalbu jagħmlu dan ix-xogħol speċjalment meta x-xogħol ikun ta’ natura urġenti.

Transport Malta – Maintenance Manager u Executive Manager – membri għall-bord tal-inverviews

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord għall-interviews li ġew ingaġġati fuq il-posts ta' Maintenance Manager u Executive Manager fi ħdan Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord għall-interviews ta' Maintenance Manager fi ħdan Transport Malta kien kompost minn tliet uffiċċjali mid-Direttorat tal-Corporate Services fi ħdan l-istess Awtorità. Transport Malta ma kellha l-ebda vakanza ta’ Executive Manager.