Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dingli — Ħajt perikoluż

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 166 peress li l-ħajt in kwistjoni ilu rapportat li huwa perikoluż għall ħafna xhur tant li r-residenti f'din it-triq saħansitra jibżgħu jipparkjaw taħtu, tista' ssir xi ħaġa biex dan il-periklu jitneħħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 166, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ground huwa mogħti b'ċens ta' 49 sena lill-Klabb Dingli Swallows taħt il-ħarsien tal-Kunsill għall-Isport. Għalhekk it-tiswija meħtieġa hija responsabbilta' tal-Klabb.

Dingli — Recreational area

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 164, jista' il-Ministru jikkunsidra li jirrakkomanda li din iż-żona tiġi żviluppata bħala recreational area?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona li qiegħed jirreferi għaliha tifforma parti mill-Qasam tad-Djar ta' Ħad-Dingli. Din iż-żona taqa' taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni tad-Djar fil-Ministeru tal-Politika Soċjali, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanta tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Drenaġġ — Overflow

Question

Jista' il-Ministru jivverifika u jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm overflow kontinwu ta' drenaġġ taħt Għeriexem l/o Rabat li mbgħad jibqa' sejjer sal-Ħemsija Ta' Qali u Ħ'Attard?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet azzjoni mmedjata wara li nstabet ħsara ħdejn il-gate ta' l-Imdina, faċċata ta' l-Għeriexem, u l-fawran tat-dranaġġ waqaf. Ix-xogħol ser jitkompla fil-ġranet li ġejjin biex il-ħsara tissewwa darba għal dejjem.

Ħal Qormi — Leakage ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx bil-leakage ta' drenaġġ f'kantina fi Triq S. Bartolomeo, Ħal Qormi fl-area tal-fond bin-numru 149? X'għamel u x'qed jagħmel id-dipartiment bix tissolva din il-problema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-main tad-dranaġġ fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi ġie spezzjonat mid-Dipartiment tad-Dranaġġ u ma rriżultax li hemm leakage. Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha ssir lid-Dipartiment tas-Saħħa biex ikun jista' jagħmel l-investigazzjonijiet fuq is-sistema privata tal-fond imsemmi.

Żebbuġ — Triq l-Innu Malti - problema ta' flooding

Question

Jista' il-Ministru jindaga meta se jsir ix-xogħol li hemm ippjanar li jsir biex tittaffa l-problema ta' flooding fi Triq l-Innu Malti, f'Ħaż Żebbuġ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija ma hemm l-ebda problema fis-sistema tad-dranaġġ f’sitwazzjoni normali . Il-flooding jirriżulta meta tagħmel ħafna xita. Tajjeb li wieħed jinnota li l-infrastruttura tas-sistema tad-dranaġġ hija ddisinjata biex tieħu biss id-dranaġġ u mhux l-ilma tax-xita. Madankollu, id-Dipartment tad-Dranaġġ ser jara x’jista’ jsir biex jilqa’ għal din is-sitwazzjoni.

Dipartiment tad-drenaġġ — Ħaddiema

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema mad-dipartiment tad-drenaġġ għadhomx jieħdu r-ration? Fiex jikkonsisti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema mad-Dipartiment tad-Dranaġġ għadhom jieħdu r-ration. Dan ir-ration jikkonsisti f'dawn l-affarijiet li jingħataw kull xahar:- laundry soap washing powder toilet paper disinfectant fluid (antiseptic) disinfectant (crisole) disinfectant fluid (pine) eye solution washing cloth Jingħata wkoll xugaman kull sitt xhur.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema li għalqu l-eta' ta' 61 sena

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm persuni li għandhom ‘il fuq minn 61 sena ngħataw estensjoni biex baqgħu jaħdmu f’xi wieħed mid-dipartiment li jaqa’ taħtu? Xi kriterji jintużaw biex persuna tingħata estensjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemm l-ebda persuna fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura li ngħatat estensjoni biex tibqa' taħdem wara l-61 sena. Il-kriterji biex persuna tingħata estensjoni wara l-61 sena huma stabbiliti mill-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Dingli — Zona rikreattiva

Question

Jista' il-Ministru jindaga jekk kienx hemm progress biex tiġi żviluppata f'zona rikreattiva il-fetħa mhux żviluppata li hemm wara l-ground ta' Ħad-Dingli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tax-Xogħlijiet qatt ma kellha talba biex isir xi xogħol fis-sit indikat mill-Onor. Interpellant.

Dingli — ground

Question

Jista' il-Ministru jindaga għalfejn għadu ma sar xejn fir-rigward tal-ħajt perikoluż li hemm fuq naħa waħda tal-ground ta' Ħad-Dingli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa llum id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni tat-Taqsima tax-Xogħlijiet ma rċieva l-ebda lment dwar dan il-ħajt. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili d-dettalji ħalli d-Dipartiment jieħu l-passi neċessarji.