Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija rċevewx xi rapporti matul l-aħħar ġimgħat, li kien hemm siringi mitluqin mal-art fit-triq? Jekk iva, x’passi ttieħdu mill-pulizija biex dawn is-siringi jitneħħew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul l-aħħar gimgħat ta’ Settembru u Ottubru 2015, il-Pulizija rċiviet ħmistax –il rapport rigward siringi mitluqin fl-art. Infurmat ukoll li wara li l-Pulizija televa s-siringi misjuba, dawn jiġu mogħdija liċ-Ċentru tas-Saħħa tal-lokal sabiex jiġu distrutti. Il-Pulizija tkompli tagħmel spezzjonijiet u sorveljanza fiż-żona ta’ fejn jinstabu s-siringi sabiex telimina kull abbuż ta’ droga.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet imressqa l-Qorti b’arrest bejn l-2010 u din is-sena, kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom ingħataw il-libertà proviżorja?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni arrestati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni arrestati fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li l-każ tagħhom għadu ma ntlaħaqx u kemm minnhom huma Maltin? Fuq xiex huma akkużati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-15 ta’ Novembru 2015, kien hemm mija seba’ u tletin persuna arrestati fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, minnhom seba’ u erbgħin kienu Maltin. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-lista ta’ akkużi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20769, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku b’kollox (inkluż dawk fejn ma weġġa’ ħadd jew kien hemm ġrieħi ħfief) kull sena mill-2008 sal-lum fi Triq l-Imġarr li twassal mill-Port tal-Imġarr sar-Rabat Għawdex u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmati li matul il- perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2008 u l- 31 t’ Ottubru 2015, il- pulizija rregistrat 174 rapport tat- traffiku fi Triq l-Imgarr, Għawdex. Dawn ma jinkludux inċidenti “Front to Rear” u ncidenti semplici oħra (bla feruti) li ġew assistiti u rreġistrati mal-gwardjani lokali.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm żdiedu pulizija fl-għassa tal-Qawra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mid-29 ta’ Settembru 2015 u ċjoè meta spiċċa l-aħħar reklutaġġ ta' Kuntistabbli, sas-27 t’Ottubru 2015 kien hemm tmien (8) membri tal-Korp li ġew stazzjonati fid-distrett tal-Qawra.
Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar – tourism police
Question
Billi skont informazzjoni li dehret f’xi ġurnali, jidher li fl-inħawi ta’ Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar mhux ser jiżdiedu pulizija msejħa tourism police, jista’ l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li din id-deċiżjoni tiġi riveduta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li peress li qed jingħataw lectures fir-reklutaġġi dwar l-istorja, il-patrimonju u l-kultura nazzjonali sabiex l-Pulizija jkollhom għarfien aħjar dwar dawn is-suġġetti u għalhekk dawn il-Pulizija huma f’pożizzjoni aħjar li jkunu ta’ servizz għat-turisti.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – reklamar dwar il-Budget 2016
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-reklami dwar il-Budget 2016, kemm dawk fuq it-television, kemm dawk fuq ir-radju, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals kif ukoll dawk bħala google adverts, sew jekk diġà dehru u kemm jekk għad iridu jidhru, in konnessjoni ma’ materja li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17884, jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm kienet l-ispiża governattiva fi sponsorships, promotions, marketing, konferenzi, artikoli, safar u affarjiet oħra relatati mal-iskema tal-IIP?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati serqiet fl-għases tal-pulizija tal-lokalitajiet segwenti fl-2014 u fl-2015 sal-lum, xahar b’xahar:
(a) Il-Belt Valletta;
(b) Il-Furjana;
(c) Il-Ħamrun;
(d) Santa Venera;
(e) Il-Marsa; u
(f) Tal-Pietà u Gwardamangia?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20063 u jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015 irtiraw 523 persuna mid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru tiegħi. Għall-istess perjodu ġew mpjegati 1135 persuna.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament peress li kellha inċident ta’ Hit and Run u minkejja li għamlet rapport l-għassa ma ttieħdet l-ebda azzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu li jalloka aktar pulizija fl-għassa tas-Swieqi mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha tkun infurmata li l-allokazzjoni issir direttament mill-Kummissarju tal-Pulizija. Ninsab infurmat li r-rekluti l-ġodda kollha ġew assenjati fil-post tagħom fid-diversi branki u distretti tal-Korp. Fl-għassa tas-Swieqi ġie allokat Kuntistabbli tal-Pulizija wieħed mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu li jalloka aktar pulizija fl-għassa ta’ San Ġiljan mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha tkun infurmata li l-allokazzjoni issir direttament mill-Kummissarju tal-Pulizija. Ninsab infurmat li r-rekluti l-ġodda kollha ġew assenjati fil-post tagħhom fid-diversi branki u distretti tal-Korp. Fl-għassa ta’ San Ġiljan ġew allokati għaxar (10) Kuntistabbli tal-Pulizija mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu li jalloka aktar pulizija fl-għassa ta’ San Ġwann mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha tkun infurmata li l-allokazzjoni issir direttament mill-Kummissarju tal-Pulizija. Ninsab infurmat li r-rekluti l-ġodda kollha ġew assenjati fil-post tagħhom fid-diversi branki u distretti tal-Korp. Fl-għassa ta’ San Ġwann ġie allokat Kuntistabbli tal-Pulizija wieħed mir-rekluti l-ġodda li daħlu fil-Korp.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti bumper to bumper matul is-sena 2013, 2014 u 2015, sena b’sena separatament? Fir-rigward għas-sena 2015, jista’ jagħti l-informazzjoni sat-23 ta’ Ottubru 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li nċidenti msejjħa bumper to bumper, ma jiġux reġistrati mal-Pulizija. L-informazzjoni tkun għand l-aġenziji ta assigurazzjoni, peress li mis-sena 1998 dawn jiġu rrapurtati mil-individwi kkonċernati fl-inċidenti, permess ta’ formola apposta.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda persuna impjegata fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kemm fuq bażi ta’ full-time kif ukoll part-time, li huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kmamar tan-nar liċenzjati f’Għawdex? Liema huma? Kemm minn dawn qed joperaw?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa f’Għawdex hemm żewġ kmamar tan-nar li huma lliċenzjati. Dan huma dik tal-Madonna tal-Virtu ġewwa ‘’Għarb u l-oħra tal-15 t’Awwissu ġewwa Kerċem. Ninfurmah ukoll li iż-żewġ fabbriki joperaw.