Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu vverifikati l-każijiet min-naħa tal-Awtorità tad-Djar fejn qed ikun hemm ilmenti min-nies li jmorru sabiex idaħħlu applikazzjonjiet fil-Customer Care fl-Awtorità tad-Djar u wara li jkollhom applikazzjoni mimlija sew bid-dettalji kollha, jibagħtuhom lura għax ma jkunux jafu d-dati tal-mewt tal-ġenituri tagħhom meta huwa fatt magħruf fi ħdan l-Awtorità tad-Djar li l-proċedura hija li jieħdu affidavit f'każijiet hekk?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-dati tal-mewt tal-ġenituri tal-applikant huma indispensabbli sabiex ikun possibli li jiġu rtirati d-denunzji meta jsiru r-riċerki fuq l-applikant. Fejn jidħol l-affidavit, il-prassi tal-Awtorità tad-Djar minn dejjem kienet li meta l-applikant imur personalment fl-uffiċini tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar, l-istess applikant jagħmel affidavit dak in-nhar stess tal-appuntament mal-Customer Care, fejn jagħti l-informazzjoni meħtieġa taħt ġurament. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, jekk l-applikazzjoni tintbagħat bil-posta jew ma’ terzi persuni u d-dati tal-mewt tal-ġenituri ma jitniżżlux, l-applikazzjoni ma tkunx tista’ tiġi pproċessata. Għalhekk tintbagħat lura lill-applikant, b’ittra mehmuża fejn ikun indikat x’informazzjoni meħtieġa trid tiġi provduta.

Awtorità tad-Djar — Customer Care - telefonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il telefonata ġiet meħuda min-naħa tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar matul is-sena 2015 fuq kull skema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ telefonati li daħlu għand il-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar, fis-sena 2015 kien ta’ 5681, fuq is-segwenti skemi: Skema RSS (Skema ta’ Sussidju fuq il-kera) 2535 Skema ADP/SSP (Skema ta’ Irranġar/Skema Strutturi Perikolużi) 873 Skema SSD (Sir Sid Darek) 727 Skema DIS (Skema għall-Persuni b’Diżabilità) 615 Skema GFR (Skema First-Time-Buyers) 931

Awtorità tad-Djar – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna avviċinat lill-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar matul is-sena 2015? Jista’ jindika eżattament in-numru ta’ persuni u mhux biss kemm-il persuna ssottomettiet applikazzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li avviċinaw u resqu fl-Uffiċini tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar ġewwa l-Furjana, fis-sena 2015, kien ta’ 14,088 persuna.

Pensjonanti tas-Servizzi Brittaniċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pensjonanti tas-Servizzi Brittaniċi, sena b’sena, li mill-1979 tnaqqsitilhom xi parti mill-pensjoni kontributorja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba minħabba li tali informazzjoni ma tinżammx.

Pensjonanti tas-Servizzi Brittaniċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, sena b’sena, kien l-ammont totali li tnaqqas mill-pensjoni kontributorja lill-pensjonanti tas-Servizzi Brittaniċi mill-1979 lil hawn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba minħabba li tali informazzjoni ma tinżammx.

Binja ġewwa l-Imtarfa – kwistjoni ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex tiġi riżolta l-kwistjoni tad-dawl biswit il-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li nbniet mill-Awtorità tad-Djar u li tinsab f’żona mdallma ħafna ġewwa l-Imtarfa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istallar u l-manutenzjoni tas-sistemi tad-dawl ta’ barra, ma jaqgħux taħt ir-responsabilità tal-Awtorità tad-Djar. Madanakollu, ninsab infurmat li, madwar sentejn ilu, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa kien istalla xi floodlights biex idawlu l-passaġġi ta’ madwar il-binja imsemmija.

Lift f’binja

Question

Jista’ l-Ministru jindaga dwar il-progress u jieħu azzjoni minnufih sabiex jiġi mwaħħal u jibda jiffunzjona l-lift fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Pensjoni tal-Età – Każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jindaga għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata li ma għadhiex intitolata għall-pensjoni tal-età (AP) u li dwarha kienet appellat mid-deċiżjoni u jara li jsir kuntatt mal-persuna u jkun hemm id-diskussjonijiet meħtieġa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament se tirċievi ittra bl-eżitu tal-każ rispettiv.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba li għandha problema fuq skema tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. L-individwu ġiet ukoll ikkuntatjata u nfurmata bil-proċess.

Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn – lista ta’ prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-prodotti kollha li qegħdin jitqassmu mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) lil dawk il-persuni li huma fil-bżonn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-lista tal-prodotti kollha li qed jitqassmu lill-familji f’Malta u Għawdex, li qed jibbenefikaw mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Pakkett A Pakkett B Ammont Prodott tal-Ikel Ammont Prodott tal-Ikel 4 Long-life Milk 2 Long-life Milk 4 Baked Beans 2 Baked Beans 4 Tomatoes 2 Tomatoes 4 Tuna 2 Tuna 2 Hot Dog Sausages - in brine 2 Hot Dog Sausages - in brine 2 Fruit – mixed - in juice or in light syrup 1 Fruit – mixed - in juice or in light syrup 4 Vegetables in Tin 2 Vegetables in Tin 2 Whole-wheat Cereal 1 Whole-wheat Cereal 1 Corn Flakes 1 Corn Flakes 2 Dried Nuts 1 Dried Nuts 4 Pulses (legume) 2 Pulses (legume) 2 Pasta 1 Pasta 2 Rice 1 Rice Bl-iskema ta’ qabel, bejn is-snin 2007 u 2014 il-pakkett kien jinkludi għaġin, ross, ġam, gallettini, zokkor, ħalib u yogurt, filwaqt li fl-ahhar sena bejn 2013-2014 il-benefiċjarji kienu jingħataw għaġin, ross, tadam, piżelli u crackers.

Każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward social worker?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu, qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Servizz tal-Home Help lill-anzjani Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx anzjani minn Għawdex li għamlu talba biex jingħataw is-servizz tal-Home Help Service u dan is-servizz għadu ma ngħatax? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li qed jistennew biex jingħataw dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba problema fuq il-pensjoni tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-persuna msemmija ser tiġi nfurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali bl-eżitu, wara li l-każ kien rivedut.

Residenza San Vinċenz de Paul – residenti b’constant watch

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema swali ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule hemm residenti li għandhom constant watch? Jista’ jgħid kemm hemm residenti f’kull ward li għandhom constant watch? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-constant watches huma permanenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi kull każ jingħata l-kura meħtieġa skont il-pjan ta’ kura, hekk kif ikun stabbilit mill-konsulenti u t-tobba.

Dar tal-Anzjani fiż-Żejtun – eżerċizzji fiżiċi

Question

Jista’ l-Ministur jgħid jekk fid-Dar tal-Anzjani fiż-Żejtun humiex qed jinżammu sezzjonijiet ta’ eżerċizzju fiżiku? Jekk iva, jista’ jgħid kull meta jsiru dawn is-sezzjonijiet u kemm hemm anzjani li qed jipparteċipaw f’dawn is-sezzjonijiet? Jekk le, jista’ jgħid għaliex dawn is-sezzjonijiet mhumiex qed jinżammu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, it-Taqsima Anzjanita' Attiva fi ħdan id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita', introduċiet sessjonijiet ta’ żfin terapewtiku għall-anzjani residenti fid-dar tal-anzjani taż-Żejtun f’Jannar ta’ din is-sena. Din hija parti minn inizjattiva li saret fid-djar kollha tal-gvern fejn qed jiġu offruti sessjonijiet ta' anzjanita' attiva bħala parti mill-implimentazzjoni tal-istrateġija Politika Nazzjonali għal Anzjanita' Attiva, bi tkomplija ma’ dak li bdejna f’Jannar tal-2015, ġewwa id-djar tal-Anzjani tal-Msida, Mosta, Mtarfa u Floriana. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, is-sessjonijiet ta’ żfin organizzati mit-Taqsima Anzjanita’ Attiva, ġewwa d-dar tal-anzjani taż-Żejtun, waqfu għal ġimgħatejn minħabba raġunijiet ta' saħħa tal-persuna li qed tmexxi dawn is-sessjonijiet. Is-sessjonijiet imsemmija, ġewwa d-dar tal-anzjani taż-Żejtun, reġgħu bdew nhar it-Tlieta 8 ta’ Marzu, fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar. Madwar 15–il resident qegħdin jipparteċipaw waqt is-sessjonijiet li jsiru fiż-Żejtun. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, is-sessjonijiet organizzati mit-Taqsima Anzjanita’ Attiva, f’Jannar 2016, ġew estiżi ukoll għad-djar tal-anzjani tal-Mellieħa, ta’ Bormla, u ġewwa Zammit Clapp .

Il-Fgura — Uffiċċju tas-sigurtà soċjali - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura fl-aħħar tal-2015 u jekk huwa possibbli kemm persuni użaw is-servizzi tiegħu tul dik is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura hemm tlett persuni jaħdmu b’mod regolari (Assistent Uffiċjal Principali, Uffiċjal Eżekuttiv u Skrivan Anzjan) waqt li persuna oħra fil-grad ta’ Kordinatur Reġjonali tagħti s-servizzi tagħha wkoll flimkien mal-uffiċċji l-oħra tal-istess reġjun. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena li għaddiet, kien hemm madwar 16,000 persuna li għamlu użu mis-servizzi li jingħataw mill-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura.

Kuntratt għal xogħol legali mogħti b’direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li d-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha kuntratt legali mogħti b’direct order mill-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll: a) meta ngħata dan id- direct order ; b) għal kemm jammonta (fi flus) dan id- direct order ; c) meta jiskadi dan id- direct order ; u d) jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt legali fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Ministeru tiegħi kif ukoll l-Entitajiet, Dipartiment, Fondazzjonijiet, Aġenziji, u Awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, m’għandhomx kuntratti legali mgħotija b’direct order lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – xogħol mogħti lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ingħatat xogħol ta’ ipproċessar ta’ 2450 applikazzjoni tal-In Work Benefit mill-Ministeru u xogħol mill-Awtorita’ tad-Djar biex jiġi provdut servizz ta’ konsulenza fir-rigward ta’ Finanzjament mill-Unjoni Ewropea, biex jiġu ppreparati Kontijiet ta’ Ġestjoni bejn Settembru u Diċembru 2014 u biex jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza fir-rigward ta’ Finanzjament mill-Unjoni Ewropeja