Legislature:
Category:
Reset
Active:

Involviment ta’ persuni bi problemi ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex il-persuni bi problem ta’ saħħa mentali u l-carers tagħhom ikunu nvoluti direttament fit-tmexxija tas-servizzi offruti lilhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuni bi problem ta’ saħħa mentali kif ukoll il-carers tagħhom jigu nvoluti fit-tfassil tal-pjan ta’ kura ta’ l-individwu, skont kif stipulat fil-Mental Health Act.

Mental Welfare Officers- job description

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-job description tal-Mental Welfare Officers? Hemm il-ħsieb li dawn l-uffiċjali jaħdmu wkoll mal-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li qegħdin jgħixu fil-komunità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li x-xoghol tal-Mental Welfare Officers primarjament jittratta sitwazzjonijiet ta’ emergenza fejn individwu jista jkollu bzonn li jiddahhal ghal kura b’mod involuntarju gewwa l-isptar Monte Karmeli. Parti mix-xoghol tal-Mental Welfare Officers jinvolvi diskussjoni mal-qraba, l-carers u ma professjonisti ohra minn diversi servizzi, agenziji jew Dipartimenti tal-Gvern. Il-hidma tal- Mental Welfare Officers mhiex limitata ghal l-isptar Monte Karmeli imma l-Mental Welfare Officer jisejjah fuq il-post tal-emergenza skond ic-cirkostanzi tal-kas partikolari.

Kuntratti mogħtija lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha ta’ impjieg, servizzi jew konsulenza bejn il-Gvern u kwalsiasi enti jew fondazzjoni tiegħu, u l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-entita’ tal-individwu li d-dettalji tiegħu ġew provduti separatament provdiet servizzi ta’ Project Management u Engineering Consultancy: · Mater Dei Hospital – Oncology Centre Acceleration Programme · Sir Paul Boffa Hospital - Migration Planning to Sir Anthony Mamo Oncology Centre · Mater Dei Hospital – Medical Assessment Unit Planning · Mater Dei Hospital – Structural Assessment Support · Karin Grech Rehabilitation Hospital – Refurbishment RW4 & RW7 Ħafna minn dawn il-proġetti kienu waqgħu lura taħt l-amministrazzjoni preċedenti u ġew aċċellerati minn dan il-Gvern.

Kuntratti mogħtija lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha ta’ impjieg, servizzi jew konsulenza bejn il-Gvern u kwalsiasi enti jew fondazzjoni tiegħu, u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16764.

Korporazzjoni Enemalta – każijiet imressqa minn qtugħ ta’ dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet li tressqu lill-Korporazzjoni Enemalta dwar spejjeż kkawżati f’djar f'Malta u Għawdex kawża ta' ħsarat fil-provvista tad-dawl, jewkawża minn qtugħ tal-provvista jew xorta oħra mil-Korporazzjoni Enemalta jew powerstation bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta' Mejju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi l-Korporazzjoni Enemalta u l-Enemalta plc irċevew 347 (tlett mija, sebgħa u erbgħin) talba għal kumpens għal danni allegatament ikkawżati minn xi servizz jew operat tal-istess entita’. 134 (mija, erbgħa u tletin) applikazzjoni nstabu li kienu talbiet ġustifikati, 16 (sittax) ġew irtirati mill-klijenti stess qabel ma ġew investigati u 19 (dsatax) oħra qed jiġu pproċesati.

Korporazzjoni Enemalta — Stabbilimenti kummerċjali – provvista ta’ dawl u ilma sospiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Mejju 2015, kemm kien in-numru ta' stabbilimenti kummerċjali li l-Korporazzjoni Enemalta ssospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13682 (tlettax-il elf, sitt mija, tnejn u tmenin).

Enemalta – ingaġġ tal-lecturers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta ingaġġatx persuna jew persuni bħala lecturer, bejn l-1 ta’ Jannar 2014 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari?? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lecturer ġie ingaġġat, jekk hux fuq full-time jew part time, x’inhu eżatt ir-rwol tagħhom, u kif qegħdin jitħallsu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda lecturer ma ġie impjegat full-time jew part-time fil-perjodu msemmi. F’Mejju 2015 l-Enemalta plc tellgħet programm ta’ taħriġ għall-impjegati interessati li jattendu taħriġ fil-qasam tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Għal dan it-taħriġ kien meħtieġ is-sehem ta’ tekniċi b’esperjenza f’dan il-qasam. Kien għalhekk li ntagħżlu żewġ eks-impjegati, irtirati bl-eta’ tal-pensjoni, li għandhom esperjenza vasta f’dan il-qasam.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri fis-Segretarjat Privat huma skont kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta – ingaġġ ta’ persuna – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kariga tokkupa l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-Enemalta u x’remunerazzjoni għandha, inkluż il-perkaċċi kollha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16627.

Sptar Mater Dei – ingaġġ ta’ persuna – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kariga għandha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-Isptar Mater Dei, x’remunerazzjoni għandha, inkluż il-perkaċċi kollha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward ta’ l-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Chief Executive Officer preżenti ta’ Mater Dei għandu l-istess pakkett finanzjarju bħas-CEO ta’ qablu, ċioe’ salarju ta’ €84,000 (erbgħa u tmenin elf Ewro).

Sptar Mount Carmel – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 15621, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra b’lista u valur tal-perkaċċi kollha relatati mal-kariga tal- Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Carmeli, apparti s-salarju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-perkaċċi li għandu ċ-Chief Executive Officer preżenti tal-Isptar Mount Carmel huma l-istess bħal tas-CEO ta’ qablu. Dawn huma: Professional Membership Allowance; Car Allowance; Allowance fuq mezzi ta’ komunikazzjoni; Performance Bonus; u Professional Development Allowance.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – paga ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-paga tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li s-salarju tal-persuna msemmija huwa ta’ Euro30,000

Pazjenti – Kura għall-abbuż ta’ steroids

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-kura jew ingħata l-kura minħabba abbuż ta’ steroids (anabolic-androgenic steroids) sena b’sena minn Jannar 2010 sa Ġunju 2015? Kemm minn dawn il-pazjenti kienu nfettati ukoll mill-HIV, Hepatits B u/jew C? X’inhi l-età ta’ dawn il-pazjenti? Kemm huma nisa u kemm irġiel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysisu l-Electronic Case Summary kien hemm każ wieħed fejn id-discharge diagnosis kien irreġistrat bħala abbuż ta’ steroids (anabolic-androgenic steroids) bejn Jannar 2010 u Ġunju 2015.

Tilqima tal-Meningits B

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ħadu t-tilqima tal-Meningitis B sena b’sena minn Jannar 2010 sa Ġunju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li kien biss fl-2013 li l-vaccin tal-Meningits B inghata il-marketing authorisation mill- European Medicine Authority.

Pazjenti – problemi tas-saħħa kardjo vaskulari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbagħtu ittri lill-pazjenti Maltin bi problemi tas-saħħa kardjo vaskulari sabiex imorru jagħmlu t-testijiet relatati mal-kundizzjoni tagħhom f’Għawdex? Minn dawk li ġew mistiedna kemm fil-fatt attendew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-unika test li l-pazjenti b’ problema ta’ sahha kardjo vaskulari jintbatu ghalih il-Gozo General Hospital huwa il- Cardiac CT. Dan huwa servizz gdid li inbeda f’ Novembru ta’ 2014. Mis -26 ta’ Novembru 2014 sa 6 ta’ Lulju 2015 kien hemm 49 –il pazjent, li 37 minnhom kienu Maltin.

Ċimiterju tal-Addolorata — depożitu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għamlu depożitu ta’ €2,500 fuq oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Gvern prezenti rega’ ssottometta applikazzjoni mill-gdid lill-MEPA sabiex jitkompla l-progett tat-tkabbir tac-Cimiterju ta’ Santa Marija Addolorata peress li l-Gvern preċedenti kien ħalla l-permess jiskadi f’Gunju tal-2011

Dipartiment tas-Saħħa — pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa ħax jew hux jieħu prekawzjonijiet wara li studju riċenti tal-Għaqda Dinija tas-Saħħa li qed juri l-pestiċida 2,4-dicholorophenoxyacetic acid (2,4-D) li tintuża fit-tneħħija ta’ ħaxix ħażin, tista’ tikkawża l-kanċer jew hija possibbiliment karċeroġina? X’passi ttieħdu u/jew se jittieħdu f’dan ir-rigward?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 12 PQ #17606 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Triq Sir Luigi Preziosi - main tad-drenaġġ

Question

Billi jidher li parti mill-main tad-drenaġġ fi Triq Sir Luigi Preziosi, San Pawl il-Baħar, hemm problema ta' sadd tad-drenaġġ fil-main u qed jikkawża problemi fir-residenzi tal-blokk, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-blockage jitnaddaf ħalli ma jkunx hemm danni żejda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-problema ġiet solvuta t-Tnejn 6 ta’ Lulju 2015
Leg 12 PQ #17641 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Il-Mellieħa – Kortin – lmenti dwar kwalità tal-ilma tal-vit

Question

Billi qed jasluli lmenti li l-ilma pprovdut mill-WSC, fl-inħawi tal-Kortin, il-Mellieħa, niżel ħafna fil-kwalità tiegħu, tant li qed jiġi rrekordjat hardness li twassal sa 350ppm, u TTS li tlaħħaq l-1050, jista' l-Ministru jinvestiga l-validità ta' dawn l-ilmenti u jassigura wkoll li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-kwalità tal-ilma f'dawn l-inħawi titjieb sostanzjalment? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar b'liema frekwenza jsiru t-testijiet fuq il-kwalità tal-ilma ta' dawn l-inħawi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dejjem tagħmel l-almu tagħha biex il-kwalita’ tal-ilma tkun tajba. F’dan il-każ partikolari, ninsab infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-hardness baqa’ fl-istess livelli. It-testijiet isiru kull xahar.

Ċimiterju tal-Addolorata — tħaffir tal-oqbra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15715 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ tħaffir tal-oqbra u meta se jitlestew fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid? Kemm se jitħaffru? F’liema area se jsir ix-xogħol? Jista’ jpoġġi s-site plan fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm applikaw? Jekk iva, ħallsu xi fee? Kemm kienet il-fee? Kemm hemm min ħallas?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17573.