Legislature:
Category:
Reset
Active:

Segretarjat tal-Ministeru tal-Edukazzjoni — użu tat-tieni karozza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kinux jinkrew jew ġew mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu dawn il-karozzi? F’każ li l-karozzi kienu mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għat-tieni karozza li għamlu użu minnha s-Segretarji Parlamentari jew xi ħadd awtorizzat minnhom, fil-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awditur Ġenerali ġibidx l-attenzjoni tal-ministeru, għal dak li jirrigwarda l-perjodu kopert mir-rapport tal-istess awditur għall-2014, għal kuntratti li għalkemm skadew, baqgħu jintużaw? Jekk kien hemm, liema kienu dawn il-kuntratti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fir-rapport tal-Awditur Ġenerali għall-2014 hemm riferenza għal kuntratt wieħed skadut li baqa’ jintuża minn entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Infurmat li d-Dipartiment tal-Operat ġibed l-attenzjoni tal-entità kkonċernata dwar dan il-kuntratt biex tintervjeni u tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha.
Leg 12 PQ #23029 Sitting 354 2016-02-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ir-Rabat Għawdex – Skola Sekondarja tal-Bniet — estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-pjan li kien hemm biex tinbena estensjoni fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, fir-Rabat Għawdex biex isservi bħala Skola Primarja issa ġie skartat? Jekk iva, għaliex dan il-pjan ġie skartat wara li anke kienu diġà nħarġu t-tenders? Jekk ma ġiex skartat meta hu mistenni jsir ix-xogħol fuq din l-estensjoni u għal xiex se jservi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara konsultazzjoni mal-Kapijiet tal-Iskejjel rispettivi, mal-Prinċipal tal-Kulleġġ kif ukoll ma' uffiċjali għolja tad-Dipartiment għal Servizzi Edukattivi fejn ġew identifikati numru ta' diffikultajiet li kienu ser jaffettwaw l-operat tal-Iskola Medja bl-inklużjoni tal-Iskola Primarja fl-istess sit, ġie deċiż li kellu jinstab sit alternattiv biex tinbena Skola Primarja ġdida kif jixraq lit-tfal li jattendu l-iskola primarja ta' Triq il-Vajringa tar-Rabat Għawdex. Għaldaqstant, kull pjani li kien hemm maħsuba għal estensjoni tal-binja kellhom jitwaqqfu.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – Dipartiment tal-European Union Affairs – ingaġġ ta’ research analysts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu impjegati research analysts mad-Dipartiment tal-European Union Affairs fi ħdan il-Ministeru tiegħu sa tmiem din is-sena 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi saret rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku biex jiġu ingaġġati żewġ Research Analysts, liema rakkomandazzjoni għadha fi stadju li trid tiġi approvata.

Istitut għall-Edukazzjoni – Kap Eżekuttiv

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22832, jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju, kundizzjonijiet tax-xogħol u perkaċċi ngħata l-Kap Eżekuttiv ġdid għall-Istitut għall-Edukazzjoni? Jista’ jpoġġi kopja tas-CV tal-persuna li ntgħażlet fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-salarju tal-Kap Eżekuttiv ġdid għall-Istitut għall-Edukazzjoni hu marbut ma' Skala 4 tas-salarju għat-tul tal-kuntratt għal servizz fuq bażi full-time ta' 40 siegħa fil-ġimgħa. Dan flimkien mal-bonuses ta' nofs-is-sena u l-Milied. Il-Kap Eżekuttiv hija intitolata wkoll għal: (i) allowance tal-karozza ta' €4,659 fis-sena; (ii) rifużjoni tal-mowbajl u l-konnessjoni ta' ADSL, it-tnejn flimkien sa massimu ta' €815 fis-sena; (iii) performance bonus annwali sa massimu ta' 15% tas-salarju; (iv) expense allowance ta' €1,630.56 fis-sena. Is-CV tal-persuna li tokkupa din il-pożizzjoni qiegħed jingħata lill-Onor. Interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #23092 Sitting 354 2016-02-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Learning Support Assistants Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Learning Support Assistants (LSAs) Għawdxin jaħdmu f'Malta? Jista’ jgħid jekk hemmx lista ta’ seniority fost dawn l-LSAs Għawdxin u jekk iva fuq xiex hi bbażata u hijiex lista pubblika? Jista’ jgħid jekk din il-lista ta’ seniority hijiex qed tintuża biex dawn jintbagħtu Għawdex meta jkun hemm il-vacancies f’Għawdex? Jista’ jgħid meta ntużat l-aħħar din il-lista ta’ seniority u kemm ġew trasferiti LSAs lejn Għawdex mill-Elezzjoni Ġenerali sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ Learning Support Assistants Għawdxin (jinkludu dawn il-kategoriji - LSAs II, LSAs I, SLSA Indefinite Status u SLSAs) li jaħdmu f'Malta hu ta’ mitejn u sebgħin (270). Iva, id-dipartiment għandu lista ta’ seniority u hija bbażata skont dawn il-kategoriji LSAs II, LSAs I, SLSA Indefinite Status u SLSAs. Barra minnhekk id-Dipartiment jimxi fuq ir-regolamenti tal-Public Service Management Code biex jiġu trasferiti LSAs II, LSAs I, SLSA Indefinite Status u SLSAs minn Malta għal Għawdex. Il-lista tas-seniority tal-kategoriji kollha ta’ LSAs inklużi dawk ta’ SLSAs ntużat l-aħħar fis-16 ta’ Diċembru 2013. Minn Marzu 2013 sal-lum ġew trasferiti ħames LSA II biex ikopru vakanzi li nħolqu skont is-seniority list. Ġew ukoll trasferiti tlettax (13) mill-kategoriji kollha ta’ LSAs inklużi dawk ta’ SLSAs għal Għawdex minħabba kundizzjoni kronika medika skont ir-rakkomandazzjoni tal-Bord Mediku fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa. Barra minn hekk minn żmien għal żmien ikun hemm numru ta’ LSAs inkluż ukoll SLSAs li jitolbu li jiġu trasferiti għal Għawdex minħabba t-tqala kif ukoll dawk li jagħmlu talba għal breast feeding leave. Dawn jiġu trasferiti fuq bażi temporanju.

Ħlas ta’ €400 miċħud – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħlas miċħud tal-€400?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntattjata u l-każ ġie diskuss. Filwaqt li l-kriterji kienu stabbiliti minn qabel u r-rwol tal-Ministeru tiegħi kien li jikkollabora dwar attendenza, ninforma lill-Onor. Membru li l-iskema hija mħaddma mill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali.

ETC – Work Permits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu work permits mill-ETC fl-2013, 2014 u 2015, sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategorija ta’ xogħol li għalih ingħata permess?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tliet tabelli li juru kemm inħarġu employment licences skont il-kategorija ta' xogħol mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig fl-2013, fl-2014 u fl-2015. Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-21 ta' Lulju 2014, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ m'għadhiex l-unika entità Governattiva li toħroġ il-liċenzji biex persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi jaħdmu f’Malta. Għalhekk l-istatistika murija fit-tabelli tirreferi biss għal-liċenzji tax-xogħol maħruġa mill-Korporazzjoni.

Tablets fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ introduzzjoni tat-tablets fl-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proċess wasal fi stadju avvanzat fejn it-tender documents qed jiġu finalizzati flimkien mad-Dipartiment tal-Kuntratti.

Valletta FC – sit għall-football stadium

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Valletta FC se jingħataw is-sit alternattiv għall-football stadium tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar ġimgħat saru laqgħat bejn is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport u uffiċjali ta' Valletta FC fejn ġew diskussi xi siti sabiex jinbena grawnd tal-futbol mill-istess Valletta FC. Hu mahsub li dawn id-diskussjonijiet ser jitkomplew fiż-żmien li ġej sabiex ikun finalment deċiż is-sit alternattiv għall-football stadium tal-Valletta FC.

Lukanda f’Bighi — rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x’sar s’issa fil-proġett tal-Lukanda f’Bighi li ssemma fid-diskors tal-Budget 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru numru ta’ konsultazzjonijiet ma’ diversi stakeholders potenzjali, sabiex dan il-proġett ikun jista’ jiġi żviluppat.

Għarfien dwar il-problema tad-drogi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret matul is-sena li għaddiet biex jissaħħaħ l-għarfien dwar il-problema tad-droga mit-tfal u ż-żgħażagħ fl-iskejjel pubbliċi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ħidma li saret matul is-sena li għaddiet biex jissaħħaħ l-għarfien dwar il-problema tad-droga mit-tfal u ż-żgħażagħ fl-iskejjel pubbliċi hija kif se nsemmi: Programmi ta’ Prevenzjoni Fis-sena skolastika 2014-2015 ġie ppublikat id-dokument ta’ gwida maħruġ mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Wara dan, l-Anti-Substance Abuse Service beda jwettaq il-programmi ta’ prevenzjoni skont dan id-dokument. Għaldaqstant, matul is-sena 2014-2015 is-sessjonijiet ta’ prevenzjoni fl-iskejjel twettqu b’kollaborazzjoni mal-għalliema tal-Guidance u l-għalliema tal-PSCD skont kif ġie mitlub mill-iskejjel. L-Anti-Substance Abuse Service flimkien mad-Drama Unit u l- EOs tal-PSCD organizza prevenzjoni permezz ta’ drama u diskussjoni għall-istudenti tat-tielet sena Sekondarja. Barra minn hekk saru wkoll sessjonijiet ta’ prevenzjoni b’kollaborazzjoni mal-iskwadra tal-pulizija ta’ kontra l-vizzji għall-istudenti tal-ħames sena Sekondarja. Programm ta’ prevenzjoni b’kollaborazzjoni mad-Drama Unit u l-EOs tal-PSCD Dan il-programm ġie mwettaq mill-għalliema-atturi li jaħdmu fi ħdan id-Drama Unit b’kollaborazzjoni mal-Anti-Substance Abuse Service u l-EOs tal-PSCD. Il-programm ġie mtella’ kemm f’Malta, fit-teatru tad-Drama Unit, kif ukoll f’Għawdex. B’hekk intlaħqu 1842 student li jattendu kemm l-iskejjel tal-istat, kif ukoll l-iskejjel tal-knisja u indipendenti. L-istudenti ngħataw l-opportunità li jipparteċipaw f’diskussjoni dwar dak li kienu għadhom kemm raw. Ix-xogħol tkompla wkoll fl-iskejjel permezz ta’ lezzjonijiet ta’ tisħiħ immexxija mill-għalliema tal-PSCD. Programm ta’ prevenzjoni b’kollaborazzjoni mal-pulizija, speċifikament mal-iskwadra ta’ kontra l-vizzji L-Anti-substance Abuse Service b’kollaborazzjoni mal-iskwadra ta’ kontra l-vizzji organizza laqgħat għall-istudenti tal-ħames sena Sekondarja fil-Kulleġġi kollha tal-istat kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. F’dawn il-laqgħat il-pulizija tat tagħrif dwar l-aspett legali relatat mal-abbuż tad-drogi kif ukoll qasmet esperjenzi attwali li tiltaqa’ magħhom fil-ħidma tagħha. Programm ta’ prevenzjoni mal-ġenituri L-Anti-Substance Abuse Service jorganizza wkoll laqgħat ta’ informazzjoni u prevenzjoni mal-ġenituri, skont kif mitlub mill-iskejjel. Fis-sena skolastika 2014-2015 saru numru ta’ laqgħat minn dawn fl-skejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu u San Ġorġ Preca. Minbarra dan, is-servizz joffri taħditiet f’diversi ċentri tal-komunità skont kif mitlub. Laqgħat, seminars u media Fis-sena skolastika li għaliha qed issir referenza hawnhekk, l-Anti-Substance Abuse Service ġie mistieden biex jippreżenta wkoll laqgħat ta’ informazzjoni lill-għalliema u l-amministrazzjoni tal-iskejjel, waqt is-sessjonijiet tal-SDP. Matul dawn il-laqgħat ngħatat informazzjoni relevanti għall-għalliema fuq l-abbuż tas-sustanzi illegali, kif ukoll spjegazzjoni dwar it-tħaddim tal-Policy fl-iskejjel (Tackling Substance Abuse). L-għalliema fi ħdan l-Anti-Substance Abuse Service jattendu wkoll programmi tat-televiżjoni u r-radju sabiex isaħħu l-għarfien fuq l-abbuż tad-drogi fost iż-żgħażagħ. Programm ta’ prevenzjoni b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard Matul l-istess sena skolastika l-Anti-Substance Abuse Service organizza programm ta’ kontra t-tipjip b’kollaborazzjoni mad-direttorat għall-promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard. Dan sar ġewwa l-ALP ta’ Raħal Ġdid. In-service Course F’Lulju ta’ din is-sena skolastika għall-ewwel darba sar ukoll in-service course fuq bażi volontarja għall-għalliema. F’dan il-kors ġew indirizzati diversi aspetti b’rabta mal-abbuż tas-sustanzi b’mod partikulari fost iż-żgħażagħ. Ingħatat ukoll stampa dwar ix-xogħol li jsir mal-istudenti fl-iskejjel b’rabta ma’ dan il-qasam. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ Sezzjoni 3.22 – Health and Well Being, l-Aġenzija Żgħażagħ hija fid-dover li taħdem id f`id mad-Dipartiment tas-Saħħa. Għalhekk parti mill-ħidma tal-youth workers waqt li jsir outreach fl-iskejjel hi li jitqassam materjal dwar ħidmet is-Sedqa sabiex ikompli jikber l-għarfien fost iż-żgħażagħ. Il-youth information one stop shop ukoll jagħti l-informazzjoni neċessarja u jagħmel enfasi wkoll sabiex jintuża s-servizz ta` Kellimni.com fejn żgħażagħ bi problemi fosthom ta` droga jkunu jistgħu jingħataw gwida.

Reġistru tax-xogħol — programmi/inizzjattivi/proġetti/skemi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ programmi/inizjattivi/proġetti/skemi li twettqu (jew qed jitwettqu) mill-Ministeru tiegħu mill-2013 ‘l hawn sabiex persuni li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol jinqatgħu mir-Reġistru permezz ta’ ingaġġ fi skema partikolari (jiġifieri eskluż dawk li jsibu impjieg indipendentament minn programmi/inizjattivi/proġetti/skemi msemmija? Għal kull wieħed mill-programmi/inizjattivi/proġetti/skemi, jista’ jgħid kemm sewa u kemm inqatgħu persuni mir-Reġistru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. It-tabelli jikkonċernaw il-programmi/inizjattivi/skemi ta' Youth Guarantee, Work Exposure, Traineeship u Community Work Scheme.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – użu ta’ karozza uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21693 u jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru responsabbli minn dan il-qasam bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta' Jannar 2008 u sat-22 ta’ Lulju 2010, il-karozza uffiċjali tal-Ministru kienet tat-tip BMW. Din il-karozza kienet proprjetà tal-Gvern u kienet ġiet trasferita lil dan il-Ministeru mill-Ministeru tal-Familja u Politika Soċjali. Infurmat li ma nstabu l-ebda spejjeż ta’ ħsarat u tiswijiet relatati ma’ din il-karozza għall-perjodu indikat fil-mistoqsija parlamentari. Matul l-istess perjodu ntefqet is-somma ta’ €5,561.75 fi fjuwil, ekwivalenti għal 4,974.04 litru. Mit-23 ta’ Lulju 2010 sas-7 ta’ Marzu 2013 kienet tinkera karozza tat-tip Mercedes E-Class Classic. Din kienet tinkera għall-prezz ta’ €34.52 kuljum (VAT inkluż), għas-somma totali ta’ €33,864.12 (VAT inkluża). Matul l-istess perjodu ntefqet is-somma ta’ €4,215.09 fi fjuwil, ekwivalenti għal 3,215.85 litru.

Għalliema – sabbatical – applikazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17209, jista’ l-Ministru jgħid kemm intgħażlu għalliema mill-21 li applikaw għall-paid study leave u jgħid min huma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-wieħed u għoxrin (21) għalliem li applikaw għall-paid study leave intagħżlu erbatax (14). Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li erbgħa (4) minnhom irrinunzjaw. B’hekk għaxar (10) għalliema finalment ibbenefikaw mill-iskema. Dispost li ngħaddi l-ismijiet lill-Onor. Interpellant privatament u b’mod kunfidenzjali.

Club tal-football – għajnuna/assistenza/finanzjament

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-għajnuna/assistenza/finanzjament li ngħata kull club tal-football f’Malta u Għawdex fis-snin 2013, 2014 u 2015? Għal kull każ, jista’ jgħid: a) x’kienet l-għajnuna/assistenza/finanzjament; u b) meta ngħatat l-għajnuna/assistenza/finanzjament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għajnuna/assistenza/finanzjament li ngħataw klabbs tal-futbol f’Malta u Għawdex fis-snin 2013, 2014 u 2015 hija kif ġej: 2013 MFA -Doping Assistance – tests - € 20,000.00 MFA - Facility Improvement Scheme - football facilities - € 35,000.00 MFA - Equipment Assistance - laptops -portable couches-radio system- defibrillator - € 3,500.00 MFA – IPLA - Personnel for events during 2013 - € 3,000.00 MFA - Assigned Personnel - Secondment of personnel - € 88,012.00 YFA - Professional Services - Seminars part 1 - foreign speakers - € 15,000.00 YFA - Facility Improvement Scheme - € 58,000.00 YFA - Equipment Assistance - Office equipment - € 1,000.00 MAFA - Venue Assistance - Use of St Margherita College –Verdala - € 4,892.00 Cottonera UTD Nursery - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 12,776.00 Marsa FC - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 11,700.00 Msida St Joseph - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 19,890.00 Naxxar Lions FC - Venue Assistance - Use of KMS Facilities (Schools) - € 24,570.00 St George's FC - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 17,035.00 Malta Futsal Association - Equipment Assistance - office/Sports equipment - € 2,500.00 Paola Hiberians Football Nursery – School Annual Conferences and competitions Bed nights - € 24,000.00 Hamrun Spartans FC - Tony Bajada Memorial Tournament Bed nights - € 4,375.00 2014 MFA – various works at football grounds situated in Malta - €750,000.00 GFA – various works at football grounds situated in Gozo - €140,000.00 MFA – Doping - €6750 MFA – Venue for use of referee tests- subsidy - €450.00 MFA - Personnel Scheme - €31000.00 (personnel assigned with MFA through SportMalta) Marsaxlokk YN - International Participation - €5000.00 Senglea Gunnners AFC – Facility Maintenance - €10000.00 St George’s FC - Facility Maintenance - €10000.00 Cottonera UTD Nursery - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 12,776.00 Marsa FC - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 5000.00 Msida St Joseph - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 19,890.00 St Venera FC - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 6700.00 Naxxar Lions FC - Venue Assistance - Use of KMS Facilities (Schools) - € 24,570.00 St George's FC - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 17,035.00 Hamrun Spartans FC - Tony Bajada Tournament Bed nights - € 4,375.00 Malta Football Association - Tournaments yearly Bed nights - €48,550.00 Fgura United - Training Camp - € 615.00 2015 MFA – various works at football grounds situated in Malta - €750,000.00 GFA – various works at football grounds situated in Gozo - €140,000.00 Hamrun Spartans FN – Flood lights - €1246 Marsa FN – assistance to cover pitch maintenance Cottonera UTD Nursery - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 12,776.00 Msida St Joseph - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 19,890.00 St Venera FC - Venue Assistance - Use of JL Ħamrun - € 11,700.00 Naxxar Lions FC - Venue Assistance - Use of KMS Facilities (Schools) - € 24,570.00 St George's FC - Venue Assistance - Use of St Margherita - € 17,035.00 Fil-preżent għaddejjin xogħlijiet fuq il-bini ta’ grawnd tal-futbol f’Birżebbuġa, liema grawnd ser jintuża min-nursery u t-tim tal-kbar ta’ Birżebbuġa.

ETC – work permits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu work permits mill-ETC fl-2013, 2014 u fl-2015, sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna li ngħata l-permess?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tliet tabelli li juru kemm inħarġu liċenzji ta‘ xogħol skont in-nazzjonalità tal-persuna mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig fl-2013, fl-2014 u fl-2015. Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-21 ta' Lulju 2014, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ m'għadhiex l-unika entità Governattiva li toħroġ il-liċenzji biex persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi jaħdmu f’Malta. Għalhekk l-istatistika murija fit-tabelli tirreferi biss għal-liċenzji tax-xogħol maħruġa mill-Korporazzjoni.

Studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti minn dawk li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC li qagħdu għall-eżamijiet ta' Settembru 2015? Kemm minn dawn l-istudenti għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom, suġġett b’suġġett ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li minn 1085 student li applikaw biex isegwu l-klassijiet ta’ reviżjoni b’xejn għaddew: Malti: 133 minn 476 Ingliż: 207 minn 566 Matematika: 156 minn 490 Fiżika: 63 minn 489

Skema tal-Breakfast Club – tfal li qed jagħmlu użu mill-iskema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid s’issa u matul din is-sena skolastika kemm kien l-investiment fl-iskema tal-Breakfast Club u kemm huwa n-numru ta’ tfal li qed jagħmlu użu minn din l-iskema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-nefqa finanzjarja mill-bidu tas-sena skolastika, Settembru 2015 sa issa kienet ta’ €122,885.24. Din in-nefqa kienet tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Club Coordinators, ħlasijiet lill-istaff li jieħdu ħsieb it-tfal waqt il-perjodu tas-servizz tal-Breakfast u xiri tal-affarijiet għall-Breakfast Club. Skont statistika miġbura mill-iskejjel, minn Settembru sa Diċembru 2015 attendew 1,567 student kuljum.

Skema taċ-Childcare — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid s’issa u matul dis-sena skolastika, kemm kien l-investiment fl-iskema taċ-childcare u kemm huma l-operaturi li qed jieħdu sehem fiha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fl-iskema taċ-childcare kienet: - €5.2 Miljun għal perjodu minn April 2014 sa Diċembru 2014; - €10.01 Miljun għal perjodu Jannar 2015 sa Diċembru 2015; - €0.25 Miljun għaċ- Childcare Information System ġdida. Fl-ewwel ta’ Jannar 2016 l-operaturi fl-iskema kienu 92 (April 2014: 69).