Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' regolamenti ġodda li l-UE se tintroduċi għall-ħarsien ta' saħħet il-ħaddiema tal-biċċeriji tal-pajjiżi membri, kawża tal-marda tal-BSE?
Jista' jara li dawn ir-regolamenti jiġu onorati wkoll f'pajjiżna għall-ġid tal-ħaddiema lokali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward is-saħħa tal-ħaddiema fil-biċċerija jiġi segwit protokol ta' protezzjoni skond ir-riskji li jista' jkun hemm. Għar-rigward il-marda tal-BSE għandha ssir laqgħa fi Brussels rigward l-azzjonijiet kollha li qegħdin jittieħdu. Din il-laqgħa sejra ssir fit-23 ta' Frar u Malta se tiġi rappreżentata.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 23384, ninformah li H.G.T. tfisser laħam taċ-ċanga mkabbar bi trattament tal-ormoni u hija kelma standard fid-dinja li tintuża għal dan it-tip ta' laħam?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju jikkontrolla laħam producut Malta waqt li l-importazzjoni ssir minn pajjiżi fejn ikollhom programme ta' kontrolli fuq il-hormones.
Jista' l-Ministru jgħid kemm, sena b'sena mill-1994 'il hawn, il-Ministeru tiegħu nefaq flus għal xogħlijiet lill-kunsilli lokali? X'kienu dawn ix-xogħlijiet u f'liema kunsilli lokali saru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sitwazzjoni mal-Kunsilli Lokali li għandhom kuntratt mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura hi li dawn iħallsu tas-servizzi pprovduti għall-manteniment tal-ġonna u tas-soft areas fil-lokalitajiet tagħhom. Ir-rata tas-spejjeż ta' dan ix-xogħol hija ssusidjata, biss ma tistgħax tinħadem individwalment għal kull kunsill, jew globalment, għax barra minn dan ix-xogħol l-istess gruppi ta' nies iwettqu xogħol għall-Gvern Ċentrali. Isir ukoll provediment ta' xitel, arbuxelli u siġar, fost affarijiet oħra, f'dawn il-lokalitajiet, biss il-meżżi preżenti ma jippermettux li jkun hemm informazzjoni speċifika, hekk kif mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam f'pajjiżna mid-ditta li tissemma fl-artiklu li qed nibgħat separatament, matul ix-xahar ta' Jannar li għadda?
X'tip ta' laħam għas-suq fil-fatt kien?
Jista' jinfurmani bl-istess informazzjoni għas-snin 1999 u 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul ix-xahar ta' Jannar 2001 ġew impurtati 3034 kilogrammi ta' burgers tal-majjal mill-kumpanija msemmija fl-artiklu mehmuż mal-mistoqsija. L-informazzjoni mitluba għall-ewwel xahar tas-sena 1999 u 2000 għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għal-mistoqsija parlamentari nru. 23385 ninfurmaħ l-H.G.T hija kelma standard li tintuża għall-laħam taċ-ċanga mkabbar b'sistemi ta' trattament ta' żieda fl-ormoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta timporta laħam minn dawk il-pajjiżi li jkollhom programme ta' kontrolli fuq il-hormones.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ġibjun l-abjad f'tal-Kotob, Żejtun ilu madwar tlett xhur b'valve bil-ħsara b'konsegwenza li l-bdiewa ma jistgħux jieħdu ilma?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal responsabbli minn dak id-distrett agrikolu illi l-valve bil-ħsara ser jiġi mibdul mill-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma.
Ghaldaqstant ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu wieqaf l-impjant Sant Antnin? X'ikkawza dan il-waqfien?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-impjant ta' Sant'Antnin ilu wieqaf madwar tmintax-il ġurnata, peress li r-rising main li jipprovdi d-drenaġġ għar-reċiklaġġ mill-pumping station tal-Marsa, żvilluppa ħsarat. Għad baqa ftit ġranet oħra sakemm l-ilma isir ta' kwalita' aċċettabli għat-tisqija minħabba l-proċess bioloġiku biex dan jissaffa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni mill-impjant ta' Sant Antnin matul l-1999 u 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-impjant ta' Sant'Antnin ipproduċa 1,660,000 metru kubu ta' ilma reċiklat għat-tisqija fl-1999 u 2,008,707 metru kubu fis-sena 2000.
Jista' l-Ministru jinfurmani fejn huma l-vantaġġi li qed jara fl-industrija lokali tat-trobbija tal-majjal meta din l-industrija wara sħubija ta' Malta fl-UE titlef kemm l-export refund fuq l-għalf impurtat mill-pajjiżi ta' l-UE u jiżdiedu levies ġodda magħrufa bħala TARIC fuq l-importazzjoni ta' l-għalf ġejja f'pajjiżna mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor Interpellant għandu japprezza li f`dan l-istadju dak li qed jgħid hu bbażat fuq argument spekulattiv. Dan għaliex il-Ministeru fil-preparazzjonijçt tçgħu hu sensibbli għall-kundizjonijçt u ħtiġijçt ta` kull settur, u qiegħed ifassal il-pożizzjoni tiegħu tan-negozzjar abbażi ta' dan.
Jista' l-Ministru jinfurmani fejn huwa l-vantaġġi li qed jara fl-industrija lokali tat-trobbija tat-tjur meta din l-industrija wara sħubija ta' Malta fl-UE titlef kemm l-export refund fuq l-għalf impurtat mill-pajjiżi ta' l-UE u jiżdiedu levies ġodda magħrufa bħala TARIC fuq l-importazzjoni tal-għalf ġejja f'pajjiżna mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirrefer l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23423.
Jista' l-Ministru jinfurmani fejn huwa l-vantaġġi li qed jara fl-industrija lokali tat-trobbija tal-baqar meta din l-industrija wara sħubija ta' Malta fl-UE titlef kemm l-export refund fuq l-għalf impurtat mill-pajjiżi ta' l-UE u jiżdiedu levies ġodda magħrufa bħala TARIC fuq l-importazzjoni tal-għalf ġejja f'pajjiżna mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirrefer l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23423.
Jista' l-Ministru jinfurmani fejn huwa l-vantaġġi li qed jara fl-industrija lokali tal-ħalib frisk meta din l-industrija wara sħubija ta' Malta fl-UE titlef kemm l-export refund fuq l-għalf impurtat mill-pajjiżi ta' l-UE u jiżdiedu levies ġodda magħrufa bħala TARIC fuq l-importazzjoni tal-għalf ġejja f'pajjiżna mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru matul l-1999 u 2000 dwar dan l-impatt?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirrefer l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23423.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummisjonati rapporti mad-dekasteru tiegħu marbuta mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea minn Ottubru 1998 sallum?
Jista' jgħid wkoll fuq liema suġġett kienu, min għamel dan ir-rapport u kemm tħallas ta' dan ir-rapport?
Jista' ġentilment ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar, u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ġew imħarrġa uffiċjali tekniċi tad-dipartiment dwar il-produzzjoni agrikola organika?
Fejn tħarġu u xi kwalifiki akkwistaw?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fid-Dipartiment hawn żewġ uffiċjali tekniċi li huma nkarigati li jiġbru u jagħtu tgħarif dwar biedja organika. Wieħed minnhom huwa wkoll membru fil-kumitat tal-Moviment Malti għall-Biedja Organika.
>
>Dawn l-uffiċjali minn barra l-kwalifiki tagħhom fil-biedja konvenzjonali attendew ukoll xi course jew konferenzi fil-biedja organika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga f'Malta minn pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE fix-xhur ta' Diċembru 2000 u Jannar 2001?
Mill-liema pajjiżi u xi kwantitajiet ġew importati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-corned beef mill-pajjiżi ta' l-UE matul Diċembru 2000 u f'Jannar 2001?
Mill-liema pajjiżi u f'kemm kwantita'?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-corned beef mill-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-UE fix-xahar ta' Diċembru 2000 u Jannar 2001?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' testijiet tal-MRLs li saru fuq il-laħam abjad li nipproduċu lokalment fil-laboratorju tal-biċċerija matul is-sena 2000?
X'riżultati nkisbu u x'rakkomadazzjonijiet addizzjonali saru? Kemm minn dawn il-testijiet kienu fuq il-laħam tal-fniek, tiġieġ, dundjan eċċ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet fuq ir-residues (mhux MRL) li saru fuq il-laħam tat-tjur huwa skond kif isegwi:
Laħam Abjad (Tjur)
Anticoccidials
15 il-kampjun: riżultati għadhom ma waslux*.
Sulfanamidi
5 kampjuni: riżultati għadhom ma waslux*
Quinolones
10 kampjuni: riżultati għadhom ma waslux*
Antibiotiċi
20 kampjun: riżultati kollha negattivi.
* Ir-riżultati ta' dawn it-testijiet ikunu magħrufa għal-ħabta ta' Marzu 2001.