Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' estensjoni ta' drenaġġ fi Triq ta' Lanza, Żabbar? Japprezza l-Ministru li meta jgħaddi s-sajf se jkun diffiċli li jsir ix-xogħol minħabba li l-bdiewa jaħdmu r-raba'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' estensjoni ta' drenaġġ fi Triq ta' Lanza, Żabbar ġa beda u mistenni li jkun lesta qabel jispiċċa s-sajf.
Jista' il-Ministru jgħid lil min ingħata l-kuntratt għall-proġett fir-riċiklaġġ tad-drenaġġ? Se jintużaw l-istess sistemi tal-proċess ta' riċiklaġġ ta' drenaġġ f'kull parti ta' Malta u Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt għall-impjant f'Għawdex ingħata lill-joint venture Degremont S.p.A/C&F Building Contractors Ltd. filwaqt li l-kuntratt għall-impjant fit-Tramuntana ta' Malta ingħata lil joint venture IBI Idrobioimpianti/ Polidano Group.
L-istess sistemi ta' proċess ta' riċiklaġġ intużaw fl-impjanti fuq imsemmija. Il-proċess tat-trattament għall-impjant fin-Nofsinhar ta' Malta għadu mhux iddeterminat.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li minħabba s-sħana tremenda li tagħmel fil-pajjiż matul ix-xhur tas-sajf, jingħata skont lil dawk l-għaqdiet sportivi li jorganizzaw attivitajiet sportivi filgħaxijiet taħt id-dawl artifiċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tariffi tal-konsum tad-dawl ma jsirux mill-Enemalta iżda mill-Malta Resources Authority.
Jista' il-Ministru jgħid kif inhu maħsub li l-Gozo Channel tagħmel tajjeb għal kera ta' Lm400,000 li se jkollha tħallas taħt il-Harbour Agreement li se tagħmel ma' l-awtorita' marittima dwar l-użu tat-terminals u l-parkeġġi ta' l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa? Jista' jgħid jekk il-ftehim imsemmi sarx? Jekk le, meta hu mistenni li jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Ftehim għadu ma sarx.
Il-kera kontemplata taħt il-Harbour Agreement u dovuta lill-Awtorita' Marittima titħallas mid-dħul li l-Kumpanija Gozo Channel qed tagħmel.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20008 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta u għaliex tneħħew il-full-timers li kienu assenjati sabiex inaddfu l-area ta' Ta' Qali Crafts Village?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni tal-Villaġġ ta' l-Artiġġjanat ta' Ta' Qali kienet trassferita lura lid-Dipartiment ta' l-Art b'effett mill-1 ta' Jannar 2004.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20012 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta nbnew it-toilets pubbliċi fil-crafts village f'Ta' Qali? Meta bdew jintużaw jekk qatt intużaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-amministrazzjoni tal-Villaġ ta' l-Artiġġjanat ta' Ta' Qali kienet trasferita lura lid-Dipartiment ta' l-Art b'effett mill-1 ta' Jannar 2004.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Gozo Channel irtiraw matul din is-sena? Jista' jgħid jekk matul din is-sena ġewx impejgati ħaddiema/crew mal-Gozo Channel u jekk fl-affermattiv, jgħid meta sar l-ingaġġ u f'liema mansjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li rtiraw din is-sena minn mal-Kumpanija Gozo Channel kien ta' tnax (12)-il persuna.
Tlitt (3) persuni ġew impjegati bħala 2nd Engineers fi Frar, wieħed (1) fil-grad ta' Chief Officer f'Ġunju', l-erbgħa fuq bażi ta' 'full time', u Tlettax (13) oħra bħala Casual Workers fi Frar.
Jista' il-Ministru jara kif il-prezz tad-diesel għall-boats li jaħdmu fil-qasam tat-trasport intern f'Malta kien qed jinbiegħ sa l-24 ta' Mejju, 2006 bir-rata ta' 2000 litru għall-prezz ta' Lm958.08, liema prezz huwa maħruġ mis-soċjeta' Falzon Services Station Limited, inħoss li huwa serq sfaċċat? Jista' jara x'investigazzjonijiet qed isiru biex il-prezz tad-diesel ikun wieħed stabbli u ġust u mhux jogħla, allavolja ma jkunx hemm awment fis-suq internazzjonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li s-supply tad-diesel għal 'boats' jaqa' bħala 'bunkering activity' li ilu liberaliżżat għal numru ta' snin. Għaldaqstant il-Korporazzjoni Enemalta m'għandha l-ebda kompitenza f'dan il-qasam u mhix f'pożizzjoni li tikkummenta jew tinvestiga dan l-operat għaliex ir-Regolatur ta' dan is-settur jaqa' taħt ir-responsabbilita' ta' Ministeru ieħor.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jsiru x-xogħlijiet neċessarji u opportuni sabiex id-drenaġġ ma jibqax ifur fid-djar ta' Triq ir-Rizza f'Birżebbuġa, meta hu fatt magħruf li l-ħsara hija konċentrata fuq il-main tal-gvern fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol li irrefera għaliħ l-Onor Interpellant issa tlesta.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li l-patrijiet li joqogħdu l-kunvent ma jħallsux rati ta' dawl u ilma b'rati kummerċjali iżda b'rati domestiċi bħalma jagħmlu qassisin djoċesani, ie kif jidher fil-korrispondenza li qed tintbagħat separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda ma' l-Air Malta din is-sena u s-sena l-oħra? Xi grad għandhom? Kemm impjegati ta' l-Air Malta ħadu l-early retirement kif offrut mill-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nies ġodda li ġew impjegati ma l-Air Malta matul l-2005 u l-2006 huwa ta’ wieħed u disgħin (91) u tlieta u ħamsin (53) rispettivament, fil-gradi segwenti:
Maltin
2005 2006 (Gunju)
4 Kadetti (trainee pilots) 4 Kadetti (trainee pilots)
2 Avukati 1 Chief Officer
1 Chief Officer
5 General Managers
2 Operation Research Analysts
36 Business Support Assistants
Ta’ min jgħid li s-36 Business Support Assistants kellhom l-impjieg tagħhom mibdul minn wieħed b’kuntratt definint għal impjieg permanenti.
Stazzjonati Barra (UK)
2005 2006 (Gunju)
25 Cabin Crew (10 Maltin) 34 Cabin Crew (2 Maltin)
16-il Pilota 14-il Pilota
L-ammont ta’ mpjegati li ħadu l-early retirement kif offrut mill-kumpanija huwa ta’ għaxra (10).
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali kull sena mill-1992 'il hawn biex tħaddem is-servizz tal-merkanzija bejn l-Imġarr u Sa Maison? X'kienu l-komponenti ta' l-ispiża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija diġa ingħatat bħala risposta għall-Mistoqsija Nru 19304.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20008 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta u għaliex tneħħew il-full-timers li kienu assenjati sabiex inaddfu l-area ta' Ta' Qali Crafts Village?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20012 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta nbnew it-toilets pubbliċi fil-crafts village f'Ta' Qali? Meta bdew jintużaw jekk qatt intużaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Cyberspace Solutions Ltd
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir- risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u min huma l-impjegati barranin li jaħdmu fil-grad ta' executives mal-Malta Shipyards Ltd.? X'pagi għandhom? Xi fringe benefits għandhom? Jista' jgħid min ħa t-tender tal-ħaddiema barranin tal-Malta Shipyards Ltd.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20096, u jgħid x'kienet ir-reazzjoni tad-data protection commissioner meta l-Gvern Malti rċieva ilment mill-aġenzija - PI-Privacy International li lmentaw li l-Gvern Malti seta' għadda lill-awtoritajiet Amerikani dettalji dwar transazzjonijiet finanzjarji mill-istituzzjonijiet finanzjarji permezz tas-swift centre fil-Belġju bħala parti ta' l-hekk imsejħa ġlieda kontra t-terroriżmu? Jikkonferma l-Ministru li dan sar bi ksur tal-liġi tad-data protection? Wara li din il-kwestjoni kienet ġiet żvelata għall-ewwel darba fi New York Times u l-Los Angeles Times tal-Ġimgħa 23/06/06, x'garanzija għandu l-Gvern Malti li tagħrif simili ma jistax jiġi wżat għal attivitajiet mhux direttament relatati bħal ngħidu aħna spjunaġġ ekonomiku, eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien nfurmat li l-Gvern Malti ma rċieva l-ebda ilment u konsegwentament ma' nistax nirrispondi l-bqija tal-Mistoqsija.
Wara l-esperjenza ta' bejgħ ta' ċilindri tal-gass minn fixed points, jista' il-Ministru jgħid jekk inżammitx statistika ta' kemm inbiegħu ċilindri tal-gass minn dawn il-fixed points kemm ilhom li ġew introdotti? Tul ix-xitwa li għaddiet, kif jikkompara l-konsum tal-gass ma' snin ta' qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma zzomx statistika dwar kemm inbiegħu ċilindri tal-gass mill-postijiet fissi. Dan għaliex waqt it-tagħbija tat-trakkijiet ma ssirx distinzjoni bejn ċilindri mogħbija biex jitqassmu jew jinbiegħu minn postijiet fissi. Madanakollu l-Korporazzjoni għandha informazzjoni illi fix-Xitwa madwar tmien trakkijiet kuljum (800 ċilindru) kienu jinbiegħu bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa u madwar tnax – il trakk (1200 ċilindru) kull nhar ta’ Sibt. L-iktar postijiet popolari jkunu St.Andrews u Burmarrad.
Numru ta’ tunellaġġ ta’ gass mibjugħ
2004 2005 2006
Jannar 2285232 2149470 2378595
Frar 1906614 2353409 2570291
Marzu 1682062 1930950 2164851
April 1415913 1223913 1326023
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20111, u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra site plan li turi fejn se jiġi rilokat l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ għan-naħa t'isfel ta' Malta peress li s-sit magħżul issa jaqa' fil-konfini tas-sit ta' SmartCity?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tagħmel studju sabiex issib sit alternattiv għall-impjant għat-trattament tad-drenaġġ għan-naħa t'isfel ta' Malta.
L-informazzjoni dwar is-sit ġdid tingħata mata dan l-istudju ikun lest u jkun approvat mill-Kabinett.