Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista aġġornata tal-persons of trust
Question
Tista’ l-Ministru tressaq lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu is-servizz tagħhom lid-dekasteru tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
National Centre for Quality and Scientific Affairs
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6058, tista’ l-Ministru tgħid xi progress sar fit-twaqqif tan-National Centre for Quality and Scientific Affairs (NCQSA) minn dakinhar sal-lum.
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol preparatorju biex jitwettaq dan il-proġett għadu għaddej.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru kawżi a tenur tal-Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi (Kap. 520 tal-Liġijiet ta’ Malta) mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-lum? Tista’ tgħid ukoll minn dawn kemm ġew deċiżi u kemm minnhom kienu jittrattaw xi allegat ksur ta’ liġi relatata mal-ħarsien tal-konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm kawża waħda a tenur tal-Att dwar il-Proċeduri Kollettivi mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-lum. S’issa l-kawża ma ġietx deċiża u titratta allegat ksur ta’ liġi relatata mal-ħarsien tal-konsumatur.
Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi –liġijiet koperti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-Kap. 520 tal-Liġijiet ta’ Malta (Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi) baqa’ ristrett biss għal ċertu liġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-konsumatur u mal-kompetitzzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iskop oriġinali tal-Kap 520 tal-Liġijiet ta’ Malta (Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi) kien li jipprovdi rimedju kollettiv għall-ksur tal-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE, tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u tal-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti. Il-Kap 520, però jagħti lok fl-artiklu 24(a) għall-possibilità li l-Prim Ministru jestendi l-applikazzjoni tiegħu għal-liġijiet oħra permezz ta’ regolamenti.
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu s’issa mill-Gvern biex tiġi implimentata d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea numru 2014/17UE, l-hekk imsejha Mortgage Directive?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li beda x-xogħol biex jiġu identifikati x’emendi għandhom isiru fir-Regolamenti dwar ‘Self Għal Dar’ (home loan) sabiex dawn jirriflettu l-artikli tad-Direttiva dwar kuntratti ta’ kreditu għall-Konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali.
Tikkunsidra l-Ministru li toħloq speċi ta’ consumer helpline fejn dan ikun focal point biex jieħdu ħsieb kull xorta ta’ lment li għandu x’jaqsam mal-ħarsien tal-konsumatur irrespettivament ta’ jekk l-ilmenti għandux x’jaqsam ma’ xi liġi amministrata mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) jew minn xi awtorità oħra pubblika, biex b’hekk tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-konsumatur jista’ jiġi riferut minn awtorità għall-oħra sakemm jinqeda?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Gvern qed jaħdem sabiex iwaqqaf one-stop-shop fejn il-konsumatur ikun jista’ jressaq l-ilment tiegħu.
MCCAA – Expertise fil-consumer credit u home loans
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hemm xi nies professjonali li għandhom expertise fil-qasam tal-consumer credit u tal-home loans li allura qed jieħdu ħsieb il-liġijiet amministrati mill-istess uffiċċju dwar dawn l-oqsma?
Response (DALLI, HELENA)
Il-leġiżlazzjoni fuq il-consumer credit u ta’ self fuq djar ġiet fis-seħħ f’Ottubru 2010 u Jannar 2012, rispettivament. Ma kienu ddaħlu l-ebda esperti meta l-legiżlazzjonijiet ġew fis-seħħ. Għaddej proċess biex insaħhu din l-Awtorità sabiex nindirizzaw anke din il-materja.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ttieħdu passi mid-Direttur Ġenerali tal-Konsumatur fi ħdan fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir rigward tal-allegat ksur ta’ L.S. 378.10 (ir-regolament dwar self għal djar) mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-lum? Kemm minnhom ġew konklużi u b’liema riżultat?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju ma rċieva ebda lment, u s’issa ma ttieħdu l-ebda passi mid-Direttur Ġenerali tal-Konsumatur, taħt l-Att imsemmi.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9834, kif kelli opportunità ngħidlek anke verbalment, jien qed insaqsi għall-Health & Safety Officers li kumpaniji privati jkunu nnominaw bħala Health & Safety Officers tagħhom, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawn l-Health & Safety Officers li ġew notifikati lill-OHSA
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-leġiżlazzjoni dwar saħħa u sigurtà ma tobbligax lil dawk li jħaddmu li jinnominaw jew jappuntaw Health and Safety Officers. L-obbligu legali ta’ dawk li jħaddmu hu, fost obbligi oħrajn, li jidentifikaw il-perikli u li jevalwaw ir-riskji permezz tal-eżerċizzju ta’ risk assessment. Skont il-leġiżlazzjoni, dan l-obbligu jista jitwettaq minn dak li jħaddem innifsu (jekk ikun kompetenti biex jagħmel hekk), iżda jista' wkoll jinkariga lil xi ħadd, kemm impjegat tal-kumpanija tiegħu, jew minn barra mill-kumpanija biex jgħinu fil-miżuri li għandhom jittieħdu.
It-terminu “
Health and Safety Officer
” huwa terminu speċifiku li jirreferi għal grad partikolari, u dik il-persuna li titqabbad minn min iħaddem biex jgħin fil-miżuri li jkunu jridu jittieħdu, mhux bil-fors tingħata dan il-grad ta’ mpieg.
Fl-ebda ħin ma jeżisti obbligu fuq
employers
li jinnofikaw lill-Awtorità bl-ismijiet kemm ta’ dawk imqabbdin mill-
employer
biex jgħinu fil-miżuri li jkunu jridu jittieħdu, jew li jingħataw il-grad ta’
Health and Safety Officer
.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10250, tista’ l-Ministru tippreċiża kif il-prezz ta’ żjara ta’ ġurnata u l-prezz ta’ żjarat ta’ tlitt ijiem u iżjed kienu l-istess u ċjoè ta’ €706? Tista’ tgħid minn meta beda jingħata refund għall-attendenza ta’ laqgħat li mhumiex organizzati mill-Unjoni Ewropea, bħal laqgħat ta’ ISO Eurament CEN u CENELEC? Tista’ tgħid jekk kienx hemm uffiċjali li użaw titjiriet business/club class għal dawn il-laqgħat?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-lista pprovduta tat il-medja tal-ispejjeż kif ukoll refunds involuti għas-safar kollu li sar minn uffiċċjali tal-MCCAA. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma jingħatawx refunds għall-attendenza ta’ laqgħat li mhumiex organizzati mill-Unjoni Ewropea, bħal laqgħat ta’ ISO Eurament CEN u CENELEC imsemmija fil-mistoqsija. Ninformha wkoll li ma siefer ebda uffiċċjal tal-MCCAA fuq business/club class, minkejja li ċerti uffiċċjali huma intitolati għal dan.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il konsulent jew person of trust ġie ingaġġat mal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) mill-10 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014, inkluż dawk kollha mogħtija contract of service? Tista’ tgħid min huma, tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom, u tgħid kemm għandhom paga u perkaċċi oħra?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kienu impjegati tliet persuni fil-kategorija li għalihom qed issir l-interpellanza.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4337 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilha u tgħid għala t-Tribunal tal-Appell minn deċiżjonijiet tal-Kummissjaru għall-Protezzjoni tad-Data, għadu mhux kostitwit fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza? Tista’ tgħid kemm, sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza, ikun dam mhux kostitwit tali Tribunal tal-Appell minn Marzu 2013 ’l hawn meta l-membri tiegħu ġew mitluba jagħtu r-riżenja tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nistieden lill-Onor. Interpellant jara t-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 7307 u 8701. Ninformah ukoll li r-riżenja tal-membri tat-Tribunal kienet ġiet aċċettata minn dan il-Ministeru f’Ottubru 2013 u it-Tribunal kien ġie rikostitwit fi żmien 3 xhur.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ rapport annwali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) għas-sena 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rapport imsemmi tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hawn taħt għall-viżti li saru barra minn Malta minn Uffiċjali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) matul il-perijodu Jannar 2014 – Ġunju 2014: L-uffiċjal/i li pparteċipaw fil-viżta u l-kariga tagħhom, id-data u l-pajjiż fejn saret il-viżta, it-tema tal-viżta li attendew, kemm qamet kull viżta u liema kienu dawk il-viżti fejn lis-spejjeż in konnessjoni ma kienux akkarigu tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitulba fuq il-Mejda tal-Kamra.
MCCAA – pensjonanti li qed jaħdmu full-time/part-time
Question
Tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni dwar kemm hemm uffiċjali full-time u part-time fl-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li huma pensjonanti? Tista’ tgħid x’kariga għandhom u x’inhu l-ħlas annwali ta’ kull wieħed minn dawn il-pensjonanti li qed jaħdmu full-time u/jew part-time?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji dwar jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ingħatax xi fondi diretti mill-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2000 u l-31 ta’ Diċembru 2012? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid għaliex kien jingħata dan il-ħlas?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor.i Interpellant li f’Jannar 2000, fil-BICC kien ġie deċiż li jiġi impjegat Communications Co-ordinator fuq bażi ta’ Retainer. Kien ġie ppublikat reklam fuq il-gazzetti li għalih ġew sottomessi disa' (9) applikazzjonijiet. Il-persuna magħżula kien l-istess individwu li għalih qiegħda ssir referenza fil-mistoqsija parlamentari.
Il-ftehim kien li dan l-individwu msemmi fil-mistoqsija parlamentari jingħata
Retainer
ta’ Lm 120 (€280) fix-xahar u ġie ingaġġat minn Frar 2000.
Minn Lulju 2001 il-ħlas mftiehem ġie miżjud għal Lm150 (€350) fix-xahar. Mir-rekords li għandha l-BICC jidher li dan l-istess l-individwu baqa’ jagħti s-servizz sa' Ġunju 2004, għalkemm ma nstabux rekords ta’ ħidma li wettaq matul dan il-perjodu.