Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Helsien ta' taxxa doppja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ma' liema pajjiżi hemm trattati għall-ħelsien ta' taxxa doppja u kemm hemm li magħhom qed jiġu negozjati bħalissa? F'liema stadju jinsabu dawk li qed ikunu negozjati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ pajjiżi li magħhom daħal fis-seħħ trattat għall-ħelsien minn taxxa doppja hija din: Afrika ta’ Isfel, Albanija, Awstralja, Awstrija, Barbados, Belġju, Bulgarija, Ċina, Ċipru, Danimarka, Eġittu, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja, Kanada, Kroazja, Indja, Italja, Iżlanda, Kuwait, Latvja, Lebanon, Libja, Litwanja, Lussemburgu, Malasja, Norveġja, Olanda, Pakistan, Polonja, Portugal, Repubblika Ċeka, Repubblika tal-Korea, Romania, San Marino, Sirja, Slovakja, Slovenja, Spanja, Svezja, Tuneżija, Renju Unit, Ungerija. Hemm trattati wkoll ma’ l-Iżvizzera u l-Istati Uniti iżda dawn huma limitati għall-ħelsien minn taxxa doppja rigward profitti miksuba minn tħaddim ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali. It-trattati ma’ l-Emirati Għarab Magħquda, il-Greċja, il-Marokk, ir-Russja u Singapore huma iffirmati u qed jistennew li jiġu ratifikati qabel jidħlu fis-seħħ waqt it-trattati mal-Ġordan, l-Irlanda, it-Tajlandja u l-Ukrraina kienu ġew konklużi f’livell tekniku imma għadhom ma ġewx iffirmati. Bħalissa għaddejin negozjati mat-Turkija u l-Iżvizzera rigward il-konklużjoni ta’ negozjati dwar trattat għall-ħelsien minn taxxa doppja kif ukoll infetħu taħdidiet ma’ l-Istati Uniti f’dan ir-rigward.

MTA — Xogħol tal-portal

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'permess ingħata minn xi struttura li taqa' taħtu biex il-ministeru tat-turiżmu/awtorita' Maltija tat-turiżmu ħarġu x-xogħol tal-portal tal-MTA b'direct order? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tali permess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-benefiċċju ta’ l-Onorevoli Interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relevanti in konnessjoni mal-permessi li ħarġu mill-Ministeru tat-Finanzi li jkopru lill-Ministeru tat-Turiżmu u lill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu fir-rigward tas-servizz msemmija.

Portal turistiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex id-dipartiment tal-kuntratti ta l-permessi meħtieġa biex il-portal turistiku li ġie jiswa Lm30,000 ngħata l-permess li biex isir, jitħaddmu proċeduri li huma 'l barra mit-tendering process pubblika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li qed tingħata għall-Mistoqsija Numru 23502 f’din l-istess seduta billi jirriżulta li, f’dan il-każ, fit-termini u kif ukoll hu permess bis-saħħa tar-Regolamenti tal-Kuntratti Pubbliċi (AL Nru 177 ta’ 2005), ma kienx involut id-Dipartiment tal-Kuntratti.

OPM — Direct Orders

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mid-dekasteru tiegħu din is-sena? Lil min ingħataw, kemm kien il-valur u għaliex? Minn liema dipartiment ħarġu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar kemm ħarġu Direct Orders fis-sena 2006 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament.

Unjoni Ewropea — Dokumenti ta' programmazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħidli meta huwa mistenni li jiġu approvati d-dokumenti ta' programmazzjoni għall-perijodu 2007-2013 tal-UE? Meta hu mistenni li jibda l-proċess ta' l-għażla tal-proġetti? Fiex se jkun jikkonsisti l-proċess ta' l-għażla skond il-proċeduri stabbiliti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’seduta oħra.

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Użu ta' vettura

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellantli l-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku li huma ntitolati għall-karozza huma dawk li jaqgħu fil-Kategorija taċ-Ċirkolari MFC 5/98. Dwar it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni relatata.

Servizz Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu mal-gvern illum? Jista' jagħti breakdown tal-gradi tagħhom u kemm hemm nisa u kemm irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi hawn 29,256 persuna mas-Servizz Pubbliku llum – 11,223 huma nisa filwaqt li 18,033 huma rġiel. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ skedi, waħda għan-nisa u oħra għall-irġiel, li juru n-numru ta’ impjegati f’kull grad.

Għawdex — Depożiti u self mill-banek

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' Diċembru 2005 u fl-aħħar ta' Diċembru 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ l-OPM u l-enti li jaqgħu taħtu, matul l-2006, l-Awtorità tax-Xandir għamlet żewġ pagamenti bħala sponsorships lill-: Ammont Imħallas (Lm) 1. Istitut tal-Ġurnalisti Maltin 1,750 2. Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb 1,000 Fir-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Clubs tal-Football — Għotjiet Finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-clubs tal-football li bbenefikaw minn għotjiet finanzjarji tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienu l-ammonti ta' dawn l-għotjiet u minn liema fond finanzjarju ngħataw? Jista' f'kull każ jgħid għal liema skop speċifiku ngħataw dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23076.

Każini tal-Banda — Għotjiet finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-każini tal-banda li bbenefikaw minn għotjiet finanzjarji tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienu l-ammonti ta' dawn l-għotjiet u minn liema fond finanzjarju ngħataw? Jista' f'kull każ jgħid għal liema skop speċifiku ngħataw dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numri 23078.

AFM — Immigranti llegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-armata s-sena l-oħra fuq żamma ta' immigranti llegali? Kif intnefqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li nnefqa li l-Forzi Armati ta’ Malta għamlu tul l-2006 fuq l-immigranti rregolari kienet ta’ Lm2,259,426 kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

OPM — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Industrija tal-manifattura

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22750 u cioe': B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22343 dwar dħul medju tal-ħaddiema fl-industrija tal-manifattura, fejn qalli li d-data li tlabtu ma teżistix, jista' jagħtini l-informazzjoni għas-settur tal-manifattura in ġenerali għal Malta u Għawdex rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22750.

Servizz tal-Ħelikopter

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħtini risposta għall-mistoqsija parlamentari 22747 dwar VAT imħallsa mill-kumpannija Spanjola li kienet tħaddem is-servizz tal-ħelikopter bejn Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22747.

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22999 u 23077 u jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-uffiċċju tiegħu, il-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Helsien ta' taxxa doppja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ma' liema pajjiżi hemm trattati għall-ħelsien ta' taxxa doppja u kemm hemm li magħhom qed jiġu negozjati bħalissa? F'liema stadju jinsabu dawk li qed ikunu negozjati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

NSO — Statistika dwar it-turiżmu

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-aħħar xahar sarux xi bidliet/aġġustamenti fl-istatistika dwar it-turiżmu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika? X'bidliet saru? Għaliex saru dawn il-bidliet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f’Diċembru 2006, l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika, ma għamel l-ebda tibdil la mill-aspett ta’ metodoloġija u lanqas bħala reviżjoni ta’ ċifri pubblikati dwar it-turisti li jżuru Malta. Ċifri fin-News Release 288/2006 tas-27 ta’ Diċembru 2006 dwar turisti li vvjaġġaw lejn Malta bil-baħar għall-perjodu Jannar sa Novembru 2005, ma kienux jaqblu ma’ dawk pubblikati oriġinarjament għax ġew minflok murija ċifri għall-istess perijodu ta’ l-2004. Dan l-iżball ġie korrett minnufih. B’hekk, ma kienx hemm reviżjoni ta’ dawn iċ-ċifri.