Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta' l-Emerġenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti li ddaħħlu għall-kura fid-dipartiment ta' l-emerġenza, sena b'sena, mill-1996 'il hawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Saħħa — Kartuna r-roża u kartuna s-safra

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tkun tista' tikkwalifika għal: a) karta r-roża u b) kartuna s-safra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex wieħed jikkwalifika għall-Kartuna s-Safra irid ikun qed ibati minn waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Iskeda V tal-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Għar-rigward ta' min jikkwalifika għall-Karta r-Roża, nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom? Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda? Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet pubbliċi, awtorijiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huma l-Medicines Authority u Sptar Żammit Clapp. Minn dawn, l-Isptar Żammit Clapp biss jagħmel outsourcing ta' xogħol legali tiegħu permess ta' l-FMS li taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru tal-Finanzi.

Importazzjoni ta' Te Masri Brand

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhux qed jitħalla jdaħħal it-te tal-marka Masri bil-labelling hekk kif propost minnu meta tali labelling huwa konformi mal-liġi u dan anke wara li l-istess persuna nhar l-14 ta' Jannar 2004 ġie informat mill-committee on labelling provisions li l-prodott tiegħu huwa konformi mal-liġi, u dan wara li l-Ministru konċernat naqas milli jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16320 għar-raġuni mogħtija minnu li ġie mressaq protest ġudizzjarju u liema protest ċertament li ma jikkostitwi l-ebda proċeduri sub judice u per konsegwenza m'hemm l-ebda impediment validu fil-liġi ħalli l-Ministru konċernat jagħti t-tweġiba tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma li kemm l-Onor. Interpellant kif ukoll il-persuna li d-dettalji ngħataw separatament, huma diġa' nformati bir-raġunijiet permess ta' korrispondenza datati 03/10/05 u 24/12/03.

Anzjani — Taxxa tad-dħul

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-anzjani li jinsabu fid-djar ta' l-anzjani humiex jiġu ntaxxati darbtejn: darba għall-ħlas għas-servizz fid-djar ta' l-anzjani u l-istess somma li titħallas għal hekk terġa' tiġi komputata biex jiġi stabilit kemm l-istess anzjan iħallas bħala taxxa tad-dħul?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull anzjan residenti f'xi Dar tal-Anzjani li għandu dħul inqas minn Lm3,100 fis-sena ma jħallas l-ebda taxxa. Kull ma jħallas hu 60% tad-dħul li jkollu u dan bħala kontribuzzjoni għas-servizz li jkun qed jirċievi fid-Dar tal-Anzjani. Dak l-anzjan li jkollu dħul ta' aktar minn Lm3,100 fis-sena, l-ewwel titnaqqaslu t-taxxa u wara tinqatagħlu 60% tal-ammont li jibqa'. F'kull każ pero jiġi żgurat illi kull resident jibqagħlu minimu ta' Lm600 fis-sena f'idejh.

Saħħa — Thyroid cancer

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' thyroid cancer fl-aħħar tliet snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tabella ta' hawn taħt turi n-numru ta' każijiet ta' thyroid cancer irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer, sena b'sena mill-2001 sal-2004. Sena Numru ta' każijiet 2001 24 2002 25 2003 28 2004 (proviżorja) 22

Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel fuq mobile phones matul is-sena 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippublika aktar tard fis-sena.

Kummissjoni għas-Saħħa Mentali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hix kostitwita l-kummissjoni għas-saħħa mentali? Fil-każ li iva, min huma l-membri u kemm iltaqgħet fis-sena 2005? Jekk mhix kostitwita, din il-kummissjoni meta se tkun kostitwita u b'liema terms of reference?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni għas-Saħħa Mentali bħalissa għadha mhiex kostitwita. Qegħda tiġi mistħarġa l-possibbilita' li din il-Kummissjoni terġa' tiġi kostitwita b'termini ta' rferenza xierqa u relevanti.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Enti pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'riferenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onor. Interpellant għar-Risposta li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.16424. Għat-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-Informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b'mod komplet fir-Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.16424.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsamhom skond il-grad?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Saħħa, Anzjani u l-Kura fil-Komunita' — Konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej hawn taħt: Dipartiment Numru ta' Konsulenti, part timer, casuals , jew b'xi kuntratt Ħlas/Remunerazzjoni Benefiċċji oħra Sptar San Luqa 1 Lm36,108 Xejn Sptar Zammit Clapp 3 minn Lm100 sa Lm1,503 Xejn

Sptar San Luqa — Bed state

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'kull sala ta' l-isptar San Luqa kemm suppost hu l-bed state normali? Kemm fil-fatt kien hemm pazjenti f'kull sala f'kull ħin li tiġi kkalkulata l-bed state ta' kull sala matul il-ġimgħa 9 ta' Jannar, 2006 u s-16 ta' Jannar 2006 biż-żewġ dati nklużi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejad tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mixtrija jew mikrija fid-dekasteru tiegħu li m'għandhomx "number plate" GM jew GVN jew li jindika li jappartjenu lid-dipartiment tas-saħħa? X'tip ta' karozzi huma? X'inhu n-number plate? Min qed jagħmel użu ta' dik il-vettura?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2005, Vot, Vot taħt id-dekasteru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' kemm kien id-dejn u l-valur ta' prodotti jew servizzi li tagħhom riċevuti kienu għadhom ma waslux fid-dipartiment konċernat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.

Sptar San Luqa/Mater Dei — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diversi persuni fit-tmexxija ta' l-isptar San Luqa/sptar Mater Dei irriżenjaw u/jew il-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded? Xi kwalifiki għandhom dawk li qed jokkupaw permanentarjament jew temporanjament il-pożizzjoni ta' dawk li rriżenjaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienet biss il-Kariga ta' CEO għall-Isptar Mater Dei/ San Luqa li ġiet vakanti u dan għaliex il-persuna konċernata tat ir-riżenja tagħha għal raġunijiet personali. Is-CEO l-ġdida ta' l-Isptar Mater Dei/San Luqa, Ms. Marion Rizzo hija gradwata fix-xjenza (BSc) u fil-Management tas-Servizz tas-Saħħa (postgraduate diploma u Masters). Għandha 20 sena esperjenza ta' tmexxija fil-laboratorji tal-Patoloġija ta' l-Isptar San Luqa mill-grad ta' analyst sal-grad ta' Manager, kif ukoll 5 snin esperjenza f'diversi rwoli ta' tmexxija fl-izvilupp ta' l-Isptar Mater Dei u fil-Ministeru tas-Saħħa.

Sptar San Luqa — Trapjanti tal-qalb

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru trapjanti tal-qalb fl-isptar San Luqa f'dawn l-aħħar erbgħa snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' trapjanti tal-qalb li saru fl-Isptar San Luqa f'dawn l-aħħar erba' snin huma kif ġej: 2001 1 2002 1 2003 0 2004 0 2005 1 (sa Ottubru 2005) It-trapjanti tal-qalb huma limitati minħabba li jiddependu minn donaturi ta' trapjanti li jridu jkunu jaqblu skond il-qies u tip ta' demm.

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Xiri ta' oqbra

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal xiri ta' oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total tat-talbiet pendenti għal xiri ta oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata huwa 2,665.