Jista' l-Ministru jintervjeni u jara li jsir dak kollu possibbli sabiex jinqered il-wirdien li ħiereġ miċ-ċimiterju ta' Bubaqra, Żurrieq, u li qiegħed jaffettwa l-area kollha tal-madwar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilita` taċ-Ċimiterju ta` San Leone f'Bubaqra, limiti taż-Żurrieq hija tal-Knisja. Għalhekk l-Arċipriet tal-lokal kien infurmat b'dan l-ilment, sabiex jieħu l-passi meħtieġa.
Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment għamlu spezzjonijiet kemm ġewwa u kemm barra l-istess Ċimiterju. Nixtieq inżid ukoll li l-'Pest Control Unit' għamel trattament kontra l-wirdien fl-inħawi tal-madwar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru konsultazzjonijiet regolari ma' l-MUMN li jirrappreżentaw l-maġġoranza assoluta ta' nurses u midwives dwar l-Isptar il-Ġdid?
Jaħsibx il-Ministru li d-diviżjoni tas-Saħħa u l-FMS għandhom jikkonsultaw b'mod regolari mal-MUMN għax anki din il-Union għandha kontribut siewi x'tagħti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fil-passat kien hemm konsultazzjonijiet ma` l-MUMN meta kien hemm il-bżonn. Huwa maħsub li laqgħat regolari jibdew fil-futur qrib.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li isimha jidher under separate cover għamel żmien b'uffiċju f'Gattard House, fejn kellha l-kwartieri tagħha l-FMSS? Meta kien dan? U għaliex ingħata uffiċju? Meta evakwa l-uffiċju?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-persuna msemmija kellha uffiċju f'Gattard House meta kienet ingaġġata bħala 'Professional Support and Advisory Services' ma` l-istess Fondazzjoni.
Huwa evakwa l-uffiċju meta ġie tterminat il-kuntratt f'Ottubru 1996.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament kellu uffiċju fil-bini li kienet tokkupa l-FMSS f'Gattard House wara Diċembru 1994? Għaliex kellu dan l-uffiċju? X'ħidma kien jagħmel minn dan l-uffiċju? Kif ingħata dan l-uffiċju meta kien hemm oggezzjoni biex jinħatar konsulent mill-ġdid?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija kienet tagħti s-servizz tagħha mill-uffiċju ta` l-FMS f'Gattard House. Il-persuna kellha dan l-uffiċju għaliex kienet ingaġġata bħala 'Professional Support and Advisory Services'. Il-fondazzjoni ma hix informata li kien hemm xi oġġezzjoni biex din il-persuna tinħatar konsulent mill-ġdid u miż-żminijiet imsemmija ħadd ma ġie ngaġġat bħala konsulent għal Professional Support and Advisory Services.'
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hemm fl-ispiżeriji ta' dawn ċ-ċentri tas-saħħa: Raħal Ġdid, Furjana, Qormi, Rabat, Gzira u Mosta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-pilloli li kienu 'Out of Stock' fid-29 t'Awissu 2001 fl-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa ta` Raħal Ġdid, Furjana, Qormi, Gżira u Mosta huma ndikati hawn taħt:
MEDIĊ
INA
RAĠ
UNI
Labetalol 100mg tablets
Contractor cancelled tender
Propranolol 40 mg tablets
Contractor cancelled tender
Levodopa and Bensarizide 125mg tablets
Awaiting delivery
Pyridostigmine 60mg tablets
Problem with CPP
Chlorpromazine 25mg tablets
Awaiting delivery
Haloperidol 0.5mg capsules
Awaiting delivery
Levodopa and Bensarizide 62.5mg tablets
Awaiting delivery
Propantheline bromide tablets
Awaiting delivery
Spironolactone 25mg tablets
Awaiting delivery
Clomipramine 10mg tablets
Awaiting delivery
Acetazolamide 250mg tablets
Awaiting delivery
Vitamin A & D tablets
Awaiting release
Calciferol 0.25mg tablets
No source of supply
- Specs changed through DTC
Pyridoxime 10mg tablets
No source of supply
- Specs changed through DTC
Ferrous sulphate tablets
Tenders cancelled
- Specs had to be updated
Tetrabenazine 25mg tablets
Financially authority granted
for a limited quantity only
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat ma hemmx spiżerija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni infettati bl-HIV matul l-2000 u l-2001 u x'kienet l-eta' tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-HIV mhix marda notifikabbli bil-liġi. Madanakollu, in-numru ta` testijiet pożittivi għall-HIV matul is-sena 2000 kien ta` 14 filwaqt li bejn Jannar u Ġunju 2001, kien hemm 10 testijiet pożittivi għall-HIV.
Dawn il-figuri ma jeskludux testijiet li saru aktar minn darba minħabba li t-testijiet ma jirrekjedux li tkun magħrufa l-identita` tal-pazjent.
Minħabba raġunijiet ta` kunfidenzjalita u biex nipproteġu l-individwi, informazzjoni fuq l-eta` u s-sess ma tingħatax.
Jista' l-Ministru jinvestiga kif ċertu individwu li l-ID no qed jintbagħat separatament tħalla bejn il-5 ta' Lulju u s-6 ta' Lulju tas-sena korrenti maqful fis-short stay tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex sempliċiment għaliex ma kienx hemm psikjatra biex jeżaminaħ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jaf il-Ministru li dan l-aħħar fil-Health Centre ta' Ħal Qormi, propju fl-ispiżerija bdiet tintuża speċi ta' lqugħ tal-plastic mal-parti tal-counter fejn jiġu servuti n-nies, bil-għan li tkun ta' deterrent kontra dak li impjeġata qalet lin-nies kontra l-mikrobi? Jista' allura bħala deterrent issir xi tip ieħor ta' faċilita' aktar addattata flok plastic peress li għal ċerti klijenti qed tkun ta' problema biex jisimgħu x'ikunu qed jgħidulhom minn wara l-counter?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fl-ispiżerija taċ-Centru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi twaħħlet biċċa plastik mal-parti tal-counter fejn jiġu servuti n-nies, mill-istaff ta' l-ispiżerija, mingħajr il-permess tad-Dipartiment. L-ispiżerija ġiet ordnata tneħħi dan il-plastik immedjatament u hekk sar. L-istaff ġie avżat ukoll illi jittieħdu passi dixxiplinari jekk kemm il-darba huma jagħmlu xi bidliet fl-ispiżerija mingħajr il-permess tad-Dipartiment. L-istaff ġie avżat sabiex jagħmel it-talba tiegħu għall-bidliet li hemm bżonn fil-counter sabiex tiġi solvuta l-problema. Dan sar u t-talba qed tiġi proċessata sabiex isir dak li huwa bżonn mingħajr ma jfixkel il-kommunikazzjoni mal-klijenti.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar kollu li sar matul is-snin 1998, 1999, 2000 u 2001 minn impjegati tal-government pharmaceutical services? Minn min sar dan is-safar u għal liema skop? Minn liema sorsi ġew il-flus għal dawn iż-żjarat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jindaga għaliex Skanska għadha ma ħaditx passi biex twaqqaf l-overflow tad-drenaġġ li qed imur fl-irżieżet viċini u jikkontaminawlhom l-ilma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jirriżulta li l-problema msemmija illum hija riżolta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'medical equipment gżall-użu tad-Dipartiment tas-Saħħa bejn Jannar u l-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa ta` flus li tħallset mid-dipartiment fuq xiri ta` 'medical equipment' għall-użu tad-Dipartiment tas-Saħħa bejn Jannar u l-aħħar ta` Ġunju ta` din is-sena kienet ta` LM2,691,986.
Jista' l-Ministru jara li tingħata attenzjoni lill-problema ta' ġrieden f'St Patrick Str, Valletta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu f'St.Patrick Street, Valletta, fis-26 ta` Lulju. Ninforma li matul din is-sena ma` ġie rreġistrat l-ebda rapport simili minn l-istess triq.
Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollata.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'tip ta' każijiet ta' infezzjonijiet ġew rapportati lid-Dipartiment tas-Saħħa kawża tat-tniġġiż l-rriżulta fix-xtut tagħna dan is-sajf?
Sar xi kuntatt mat-tobba li jaħdmu fil-privat sabiex il-Gvern jkollu aktar kontroll tas-sitwazzjoni? Jekk iva, x'kienu r-riżultati? Jekk le, jista' jara li jsir dan it-tip ta' stħarriġ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirrepeti u nikkonferma dak kollu li għidt fil-ħin tat-Tweġibiet Orali, jiġifieri li t-Taqsima Tħaris tal-Mard tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, sa llum ma rċeviet ebda notifika ta' mard ikkaġunat minn xi bajja mniġġsa. It-tobba huma obbligati biss li jinnotifikaw dak il-mard li huma speċifikati fl-Ordinanza dwar it-Tħaris tal-Mard, Kapitlu 36.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 27580, fl-interess pubbliku, jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa s-suppliment dwar l-awtonomija fl-isptarijiet li deher fis-Sunday Times lokali tal-15 ta' Lulju 2001, suppliment li jekk tagħsru ma ssibx xejn konkret dwar l-awtonomija fl-isptarijiet? Billi l-pubbliku hu fl-interess tiegħu li jkun jaf il-breakdown tal-infieq li jagħmel il-Gvern, jista' jagħti l-breakdown tal-ħlassijiet biex ġie kkumpilat u ppublikat dan is-suppliment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 27580.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru tiegħu, jew xi kumpanija, agenzija jew entita oħra li taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: X'inhu t-tip ta' xogħol? Kif saret l-għażla tal-kumpanija? Jekk saritx sejħa għall-offerti jew inkella ingħatax b'direct order? Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija? Xi ħlas sar lil din il-kumpanija min mindu din ingħatat ix-xogħol? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija fit-12 il-xahar li ġejjien? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija sat-terminu tal-kuntratt, fejn huwa l-każ? Xi inhuwa it-terminu tal-kuntratt fejn huwa l-każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-Kumpanija Proximus mhiex tagħmel xogħol ta` relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex il-vannijiet (lift vans) li jintużaw għat-trasport tal-pazjenti mid-djar tagħhom għall-isptar San Luqa, m'għandhomx ventilazzjoni adekwata minkejja li din is-sitwazzjoni ilha tiġi diskussa għal dawn l-aħħar tliet snin u qegħda tkun ta' detriment għas-saħħa tal-pazjenti, speċjalment fix-xhur sħan tas-sajf, meta l-maġġoranza tagħhom huma anzjani w morda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li diġa ittieħdu l-passi neċessarji sabiex dawn ikollhom it-twieqi jinfetħu. Ħarġet tender u x-xogħol ġie mogħti lill-kuntrattur sabiex dan jagħmel ix-xogħol neċessarju.
Jista' l-Ministru jindaga għaliex Skanska għadha ma ħaditx passi biex twaqqaf l-overflow tad-drenaġġ li qed imur fl-irżieżet viċini u jikkontaminawlhom l-ilma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.