Legislature:
Category:
Reset
Active:

Manoel Island/Tigne' — Proġett

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk wara li jibdew joqogħdu r-residenti ġo Tigne' u Monoel Island, taħt liema kunsil lokali se jaqgħu u/jew jekk dawn humiex se jkollhom kunsill lokali separat b'fondi extra għalihom?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-lokalitajiet u l-konfini taghhom huma stabbiliti bil-Att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali hekk kif imsemmi fit-Tieni Skeda li tinsab ma` l-istess Att. Ma jidher li ghandu jkun hemm ebda raguni ghal xi tibdil f`dik l-iskeda minhabba l-prospetti li qed isemmi l-Onor. Interpellant.

Manoel Island — Gżira - Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna kemm-il darba illi jiġi deċiż illi Manoel Island taqa' taħt il-kunsill tal-Gżira, malli din tgħaddi għand il-MIDI u ma tibqax responsabbilta' tal-gvern, kemm se jiġu allokati flus extra l-kunsill tal-Gżira?

Response (GATT, AUSTIN)

F`kull kaz l-ammont ta` fondi allokati lil kull Kunsill Lokali jinħadem fuq il-bażi tal-formula stabbilita skond l-Ghaxar Skeda ta` l-Att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali, li, fost kriterji oħra, tieħu in konsiderazzjoni id-daqs tal-lokalita`.

Kunsilli lokali — Għawdex - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7523 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u cioe': Barra mis-segretarji, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati oħra jaħdmu part-time jew full-time mal-kunsilli lokali f'Għawdex? Min huma? Kif ġew ingaġġati u meta? X'inhu s-salarju tagħhom kull sena? X'inhu xogħolhom fil-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8387.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Ikliet fi sptarijiet Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali ntalabx mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biex jagħti parir dwar il-ħruġ ta' offerta mill-istess Fondazzjoni għall-proviżjon ta' ikliet fl-isptarijiet Maltin b'konnessjoni ma' offerta li fil-preżent hija ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Avukat Ġenerali nfurmani li l-informazzjoni rikjesta hi koperta bis-sigriet professjonali u ssuġġerixxa li l-mistoqsija tiġi rivolta lill-Ministeru responsabbli għall-Fondazzjoni.

Bord li jirregola l-Kera — Rikorsi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm rikorsi pendenti quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera u kemm ġew deċiżi? Kemm ġew introdotti ġodda fit-30 ta' Ġunju 1998, fl-1 ta' Jannar 1999 u fit-30 ta' Ġunju 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Ir-risposta tingħata f`seduta ohra, peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Qrati — Magni tal-fotokopji

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li tiġi kkonsidrata l-possibbilta' li jiżdiedu l-makni tal-fotokopji ġewwa l-qrati tagħna billi dawn jirdoppjaw għax ma jistgħux ilaħħqu max-xogħol li kull darba jiżdied?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi l-Amministrazzjoni tal-Qorti tinsab sodisfatta bis-servizz li qed tagħti tal-fotokopji lill-klijenti tagħna. Hija qatt ma kellha tgergir persistenti fuq dan is-suġġett ħlief f`każijiet partikulari meta għal xi perjodu limitat ħafna iż-żewġt `photocopying machine` kbar li jinsabu fir-Reġistru tal-Qorti Superjuri u fil-Qorti Inferjuri kellhom xi ħsara fl-istess ġranet. Pero`, bil-ftehim ta` manutenzjoni li l-Amministrazzjoni għandha ma` kumpanija privata, dawn dejjem ġew imsewwija fl-iqsar żmien possibbli u bl-inqas inkonvenjent għall-kemm il-klijenti tal-Qorti u kemm għall-personnel.

Raħal Ġdid — Ġnien Gaddafi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Ġnien Gaddafi f'Raħal Ġdid jiġi rranġat? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux diskussjonijiet mal-Gvern Libjan biex dan il-ġnien jiġi mibdul f'post b'kultura Libjana u faċilitajiet sportivi għan-nies ta' Raħal Ġdid u ta' madwar?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom. Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabiltajiet tal-Kunsilli. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninfurmak li minn naħa tal-Ministeru tiegħi ma saru l-ebda diskussjonijiet mal-Gvern Libjan fir-rigward ta` dan il-Ġnien.

Raħal Ġdid — Ġnien Pawlu Boffa

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed bis-serjeta' l-problema tal-Ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid u jinfetaħ mill-aktar fis possibbli wara li jsir aktar dawl fih, ikun hemm watchman fil-post, tinfetaħ il-latrina, jinfetaħ il-bar u jitnaddfu l-funtani?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jafl-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabiltajiet tal-Kunsilli.

Santa Venera — Palazz l-Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li kien qiegħed isir ta' tqattigħ ta' blat, bini ta' ġibjun, eċċ. fl-area tal-Palazz l-Aħmar Santa Venera, ilu issa wieqaf ix-xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom. Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabiltajiet tal-Kunsilli.

Santa Venera — Palazz l-Aħmar

Question

Jaf il-Ministru li fejn beda x-xogħol xhur ilu fl-area tal-Palazz l-Aħmar, Santa Venera, tkisser it-taraġ li r-residenti kienu jużaw bħala aċċess u sal-lum għadu ma sarx? Meta se jsir dan it-taraġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabiltajiet tal-Kunsilli.

Ministeru tal-Ġustizzja — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GATT, AUSTIN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Dwar safar ta` Ministri u Segretarji Parlamentari nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-Mistoqsija 8004.

Ministeru tal-Ġustizzja — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċini tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; 4) jekk inħarġitx sejħa għall-offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GATT, AUSTIN)

It-tindif kollu tal-uffiċini tal-Ministeru (Uffiċċju tal-Ministru u tal-Head Office) bejn il-5 ta` Settembru u l-21 ta` Gunju, 1999 sar minn impjegati tal-Gvern i.e.messaġġiera u cleaners.

Sparar ta' l-airguns

Question

Billi dan l-aħħar Malta bgħatet żewġ persuni biex jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-isparar ta' l-airguns, liema sport huwa illegali hawn Malta, jista' l-Ministru jinvestiga jekk din l-istramberija hijiex legali jew le u tistax tirrepeti ruħha jekk il-liġi tibqa' kif inhi?

Response (GATT, AUSTIN)

`Jien infurmat illi peress li l-kompetizzjoni ta` l-isparar tal-airguns fil-Loghob tal-Pajjiżi ż-Żgħar saret barra minnn Malta, il-Liġi Maltija mhix applikabbli`.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma d-differenzi u s-similaritajiet bejn is-sistemi ta' l-arbitraġġ u dik ta' medjazzjoni barra l-Qorti? X'se jkun il-modus operandi taż-żewġ sistemi?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-differenza bażika bejn Medjazzjoni u Arbitraġġ hu li fl-arbitraġġ, id-deċiżjoni ta` l-arbitru (jew arbitri)torbot lil partijiet u tista` tigi esegwita bil-Qorti mingħajr ħtieġa ta` kawża ohra separata.Il-medjazzjoni hu proċess fejn il-medjatur jipprova jwassal lil partijiet ghal ftehim fuq il-kwistjoni li jkollhom bejniethom. Dak il-ftehim (jekk jaslu għalih) biex jiġi esegwit, jekk ma jiġix esegwit volontarjament,tinhtieġ kawża biex jiġi enforzat. L-Att dwar l-Arbitraġġ jelenka b`mod ġenerali l-proċedura f`arbitraġġ u m`hemm l-ebda formalita` stabbilita fil-ligi dwar kif għandha ssir il-medjazzjoni.

Kunsilli Lokali — Elezzjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5835 dwar l-ispejjeż li ntnefqu biex setgħu jinżammu l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru s-Sibt 13 ta' Marzu, jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8012.
Leg 9 PQ #8878 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli lokali — Local wardens

Question

Wara li intemm il-kors ta' local wardens, jista' l-Ministru jgħid meta dawn se jiġu impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gwardjani Lokali m`humiex sejrin jigu mpjegati mill-Gvern jew mill-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #8879 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Isla — Arloġġ fil-venda

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8676 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, ċioe' minħabba l-użu li għandu arloġġ f'venda tal-karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jara li l-arloġġ li hemm fil-venda ta' l-Isla jissewwa għax ilu bil-ħsara għal ħafna xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant hi mitluba tindirizza d-domanda tagħha lill-Onor. Ministru responsabbli għat-tiswija tal-arloġġi fil-venda tal-karozzi tal-linja.

Kunsilli lokali — Segretarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jibdew xi kors għad-dħul tas-segretarji mal-kunsilli lokali u jekk iva, meta se jibdew?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed isiru diskussjonijiet ma` l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji tal-Kunsill Lokali sabiex il-kors li kien isir għad-dhul tas-Segretarji tal-Kunsilli Lokali, issa jibda jsir b`mod aktar professjonali. Għad m`hemm l-ebda data fissa meta se jibda dan il-kors.

Soċjeta' Din l-Art Ħelwa — Trust

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5915, jista' l-Ministru jgħid xi progress sar rigward it-twaqqif tat-Trust bejn "Din l-Art Ħelwa" u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ghalissa m`ghandi xejn x`inżid mat-tweġiba li ngħatat ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5915.

Kunsill Lokali — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata fondi l-Kunsill Lokali tal-Marsa għas-sena 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Din is-sena, jigifieri ghas-sena finanzjarja tal-Kunsilli Lokali li taghlaq fil-31 ta` Marzu 2000 il-Kunsill Lokali Marsa se jkun inghata dawn il-fondi: Fondi Ordinarji: Lm78,O38 Fondi Speċjali: Lm36,700