Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37251 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq s'issa matul din is-sena fuq fuel użat fil-pixxina nazzjonali? Min hu d-distributur li jissupplixxi dan il-fuel? Jista' jgħid jekk joħorġux offerti minn żmien għal żmien? Jekk le, għaliex? Kemm tħallas s'issa minn dan il-kont?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa matul din is-sena n-nefqa fuq fuel għall-Pixxina Nazzjonali hija Lm48,320. S'issa minn dan il-kont tħallsu Lm17,241. Id-distributur huwa Mark Cassar li kien intgħażel wara li ħarġet sejħa għall-offerti.
Leg 9 PQ #37253 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Attrezzar kontra n-nirien

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskejjel f'Malta u Għawdex humiex attrezzati biex jaffrontaw nirien? Hemm obbligu fil-liġi li jkun hemm tagħmir biex jiġu miġġieleda nirien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel huma attrezzati b'tagħmir tat-tifi tan-nar skond kif jitolbu r-Regolamenti ta' l-2002, dwar Ħtiġijiet Minimi ta' Saħħa u Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol.
Leg 9 PQ #37255 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Struzzjonijiet f'każ ta' Nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għalliema u l-istudenti jingħatawx struzzjonijiet dwar kif għandhom jaġixxu fil-każ li jiżviluppa nar f'xi skola? Isiru fire drills regolari biex kulħadd ikun ippreparat jekk Allaħares qatt ikun hemm xi bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema u l-istudenti kollha jingħataw struzzjonijiet dwar kif għandhom jaġixxu fil-każ li jiżviluppa nar fi skola. Sa l-aħħar ta' Diċembru 2002 ikun sar "fire drill" f'kull skola statali ta' Malta u Għawdex. Huwa ppjanat li dawn ikomplu jsiru regolarment.
Leg 9 PQ #37262 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm hemm talbiet pendenti (jiġifieri mhux milqugħa s'issa) għal facilitators fl-iskejjel prmarji ta' 1) Ħaż-Żabbar 2) Żejtun 3) Wied il-Għajn

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' talbiet pendenti għal facilitators fl-iskejjel primarji imsemmija huma kif ġej: Ħaż-Żabbar - 13 Żejtun - 5 wied il-Għajn - 7
Leg 9 PQ #37299 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru taż l-Edukazzjoni — Karozzi Ġodda

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37136?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-Dekasteru ta' l-Edukazzjoni inxtraw dawn il-karozzi matul l-aħħar sena u nofs: Dipartiment/Entita` Marka Minn min qed tintuża Kemm swiet Ministeru Renault Megane Direttur (Office of Review) Lm5,524 Dipt. Żgħażagħ u Sport Volkswagen Bora Direttur Lm5,300 Diviżjoni ta' l- Honda Civic Dir. Ippjanar u Infrastruttura Lm5,522 Edukazzjoni Toyota Yaris Direttur Operat Lm5,139 Renault Megane Dir. Servizzi għall-Istudenti Lm5,715 u Relazzjonijiet Internazzjonali Renault Megane Direttur Teknoloġija Lm4,470 Ford Focus Direttur Finanzi u Lm4,970 Amministrazzjoni Universita` ta' Malta Ranault Kangoo Institute of Health Care Lm6,050 1.9 Diesel (użu ġenerali) Renault Kangoo Junior College Lm6,688 1.9 Diesel (użu ġenerali) MCAST Ford Focus } President ta' l-MCAST, Lm7023 Citroen Xsara } Prinċipal, Lm6,430 Citroen Xsara } Konsulent Eżekuttiv Lm7,465 Alfa Romeo } DiretturAmminstrattiv Lm9,900
Leg 9 PQ #37326 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kordin — Ground/Senglea Athletics

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra xi spejjeż saru u minn min fuq l-ground ''C'' ġewwa Kordin fejn imorru jipprattikaw s-Senglea Athletics?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-area ta' madwar il-ground 'C' ġewwa Kordin ġiet imnaddfa mill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika tal-Ministeru ta' l-Infrastruttura u Riżorsi fuq talba mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Ix-xogħol li qiegħed isir jinkludi tibdil ta' arbli u wire netting tal-ground u tal-gates. Għalissa ma jistgħux jingħataw dettalji dwar l-ispejjeż involuti minħabba li xi kontijiet għadhom qegħdin jinġabru filwaqt li ħafna mix-xogħol qiegħed isir mill-Impjegati tal-Gvern.
Leg 9 PQ #37328 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Promozzjonijiet — Head of School

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba Instructors III b'permanent warrant fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni humiex f'pożizzjoni li jkunu eliġibbli għal-promozzjoni bħala Head of School jew Assistent Head jew graded postijiet oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-promozzjonijiet fil-pożizzjoni ta' Head of School u Assistant Head of School hija regolata mill-ftehim għar-riorganizzazzjoni tal-Gradi ta' l-Għalliema milħuq bejn il-Gvern u l-MUT fil-25 ta' Awissu 1994. Skond dan il-ftehim il-postijiet ta' Head jew Assistant Head huma miftuħa biss għal min għandu appointment ta' għalliem. Instructor III b'Permanent Warrant jista' jkun graded fil-post a' Counsellor jew Ko-Ordinatur ta' suġġett ta' sengħa fi skola tas-Snajja', u fil-post ta' Uffiċjal Edukattiv.
Leg 9 PQ #36524 Sitting 821 2002-11-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Konkatidral ta' San Ġwann

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-kustodji part-time fil-konkatidral ta' San Ġwann? Kif intgħażlu dawk magħżula u sarx xi forma ta' eżami u/jew interview?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni Konkatidral ta' San Ġwann ma taqax taħt id-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Leg 9 PQ #36986 Sitting 821 2002-11-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Ħlasijiet pendenti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentaru numru 36682?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma nħossxi li hija etika li jingħataw id-dettalji mitluba mill-Onor. Membru. Kif jidher fl-aħħar parti tar-risposta tiegħi għad-domanda numru 36141, il-Kumitat tat-Tmexxija jimxi bi prudenza u taħt direzzjoni meqjusa fid-deċiżjonijiet tiegħu f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #36987 Sitting 821 2002-11-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Klassifikazzjoni taż-żwiemel

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36683?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat tat-Tmexxija tal-Malta Racing Club jimxi bi strateġija li tħalli lok għal inizjattivi krejattivi u dinamiċi filwaqt li tirrispetta l-kwadru wiesgħa ta' l-amministrazzjoni ġenerali. Dan speċjalment meta l-inizjattivi jkunu mmirati biex it-tiġrijiet taż-żwiemel joħolqu spettaklu. Il-Kumitat tat-Tmexxija kemm il-darba għamilha ċara u pubblika illi m'għandux ħsieb li jkun riġidu fid-deċiżjonijiet li jieħu ġaladarba jinstab li dawn ma jkunux qed iħallu r-riżultat mistenni.
Leg 9 PQ #35976 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bullying

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' bullying fl-iskejjel din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena skolastika, s'issa waslu 3 rapporti għand id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, iżda wieħed kien fuq "bullying" li sar is-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #36550 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Vaganzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ġranet ta' skola għal din is-sena skolastika? X'inhuma d-dati għall-vaganzi tal-Milied, tal-Għid u tas-Sajf? Meta huma l-mid-terms?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' ġranet ta' skola għal din is-sena skolastika huwa ta' mija u ħamsa u sebgħin ġurnata (175). Id-dati għall-vaganzi tal-Milied huma mit-23 ta' Diċembru 2002 sas-6 ta' Jannar 2003. Id-dati għall-vaganzi ta' l-Għid huma mis-16 ta' April 2003 sat-23 ta' April 2003. Iżda: 14 ta' April ingħatat Holiday i/l/o 21/09/2002 15 ta' April ingħatat Holiday i/l/o 02/11/2002 24 ta' April ingħatat Holiday i/l/o 08/12/2002 25 ta' April ingħatat Holiday i/l/o 07/06/2003 Id-dati għall-vaganzi tas-Sajf huma mill-4 ta' Lulju u jispiċċaw fit-tielet ġimgħa tax-xahar ta' Settembru 2003. Il-mid term kien fl-1 ta' Novembru 2002.
Leg 9 PQ #36551 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ġranet ta' l-Iskola

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iskejjel indipendenti u tal-knisja jibgħatux lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni n-numru ta' ġranet ta' skola f'kull sena skolastika biex ikun żgurat li jkunu viċin dawk ta' l-istat? Jekk le, ma jaħsibx li tkun ħaġa tajba li dan jibda isir? Jekk fl-affermattiv jista' jgħidli kemm huma l-ġranet ta' skola f'dawn l-iskejjel għal din is-sena skolastika: 1 Il-kulleġġ San Alwiġi 2 Il-kulleġġ De La Salle 3 Il-kulleġġ St. Edwards 4 Il-kulleġġ St. Martins 5 L-iskola tad-Dorotej 6 L-iskola tas-Sacred Heart?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull sena d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tibgħat lil kull skola tal-Knisja jew Indipendenti n-numru minimu ta' siegħat u tagħlim li jrid isir f'dik is-sena partikolari. Dawn is-siegħat iridu jsiru minn kull skola irrispettivament minn xi "Holidays" partikulari ta' skejjel individwali. Dawn is-siegħat jiġu kkalkulati kull sena biex ikunu viċin ħafna dawk ta' l-iskejjel ta' l-Istat. Barra minn hekk, l-għalliema tal-knisja jridu jaħdmu 7.5 siegħata addizzjonali fil-bidu tas-sena skolastika biex ikunu bħall-għalliema ta' l-Istat. Għalkemm dawn is-siegħat, 920.50 għas-sena skolastika 2002-2003, huma komuni għall-iskejjel kollha, in-numru ta' siegħat f'jum ta' tagħlim ivarja minn skola għal oħra. Il-ġranet ta' skola f'dawn l-iskejjel għas-sena skolastika 2002-2003 huwa hekk: Kulleġġ San Alwiġi - 172 Kulleġġ De La Salle - 166 Kulleġġ St Edwards - 166 Kulleġġ St Martins - 167 L-iskola tad-Dorotej - 169 L-iskola tas-Sacred Heart - 167 In-numru ta' ġranet ta' skola fl-iskejjel ta' l-istat huwa 175.
Leg 9 PQ #36552 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li kien hemm xi każi fejn il-ġimgħa li għaddiet studenti ġew infurmati mill-MATSEC board li minħabba żball klerikali ingħataw marka ħażina u fejn qabel kienu weħlu ġew mgħarrfa li issa għaddew? F'kemm il-każ ġara dan u f'liema suġġetti? Dan ġara wara r-resits fis-SEC biss? Jaf li ħaġa bħal din tista' ttellef lil istudenti milli jagħżlu l-iskola li jridu huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mit-tlieta u sittin talba fl-eżami tas-Sec u mill-mija u tmien talbiet fl-eżami Avvanzat u Intermedjarju għar-reviżjoni tal-karti ta' l-eżami tal-MATSEC ta' Settembru, każ wieħed biss ta' żball klerikali ġie rrapurtat mill-eżaminaturi. Dan kien fil-każ tal-Malti tas-SEC fejn ir-riżultat inbidel minn grad 6 għal grad 5. Il-Bord tal-MATSEC informa minnufih lill-istudent konċernat kif ukoll lill-Prinċipal tal-Junior College fejn seta' jattendi l-istudent.
Leg 9 PQ #36975 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumpless tal-Marsa — Taħriġ għal logħob tal-pajjiżi ż-żgħar

Question

Peress li atleti Maltin li ser jieħdu sehem fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar ikunu jridu jitħarrġu sew fuq it-track il-ġdid li ser jitqiegħed fil-kumpless tal-Marsa, jista' l-Ministru jgħid meta dan ix-xogħol ser jibda' u meta ser jitlesta? Jaf li hemm atleti li huma mħassba li mhux ser ikollhom biżżejjed żmien biex ikunu ppreparati sewwa minħabba dan id-dewmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol tat-tqegħid tal-wiċċ ġdid tat-track ta' l-atletika mistenni jieħu 4 ġimgħat biex jitlesta minn meta d-Dipartiment joħroġ l-ordni biex jinbeda x-xogħol. Minħabba li l-materjal irid jinġieb minn barra hu mistenni li x-xogħol jibda fil-bidu ta' Jannar u jitlesta sa' l-aħħar ta' Jannar. Jidhrilna li ż-żmien meta t-track mhux ser tkun tintuża huwa l-iqsar żmien possibbli u dan għandu jiżgura li l-atleti jkollhom żmien biżżejjed sabiex jippreparaw għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Il-perjodu meta ser isir ix-xogħol jaħbat ma' dak il-perjodu fejn normalment ikun hemm l-anqas meetings ta' l-atletika fit-track tal-Marsa.
Leg 9 PQ #36976 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumpless tal-Marsa — Track ta' l-atletika

Question

Jista' il-Ministru jgħid il-kuntratti għax-xogħol ta' tqegħid ġdid tat-track tal-atletika ngħatawx kollha? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti dettalji dwar dawk il-kumpanniji li applikaw għax-xogħol? Kemm kienet kull offerta u min intgħażel biex jagħmel dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntratt għax-xogħol tat-tqegħid ta' wiċċ ġdid tat-track ta' l-atletika ingħata. B'kollox intefgħu 8 offerti minn 7 kuntratturi. Id-dettalji tagħhom huma kif ġej: THREE EIGHT NINE LTD - Lm109,140 John G. Cassar Ltd - Lm 99,413 A.X. Construction - Lm163,405 CEIS Construzioni E.I.S. S.p.A. - Lm 97,597.50 Mizzi Group - Lm 94,750 M. Quip Ltd o.b.o. Syntek, UK - Lm 84,974 - Lm 89,205.10 HAFFA A.G. - Lm105,619.50 Intgħażlet l-ewwel offerta ta' M.Quip li kienet l-aktar waħda vantaġġjuża.
Leg 9 PQ #36977 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumpless sportiv Marsa — Tindif tal-Kanal

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir tindif regolari tal-kanal li hemm fil-kumpless sportiv tal-Marsa peress li reġa' mtela bil-ħmieġ u affarijiet oħra fil-maltempata tal-ġimgħa li għaddiet li jista' jwaqqaf l-ilma milli jgħaddi f'xita qalila oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li hemm xi materjal miġbur fil-kanal li hemm fil-kumpless sportiv tal-Marsa. Madankollu għalkemm ix-xogħol tat-tindif tal-kanali jaqa' taħt ir-responsabbilta` tal-Unit għall-Ambjent Nadif, il-ħaddiema tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport xorta waħda jieħdu ħsieb inaddfu fuq bażi regolari dik il-parti tal-kanal li hemm fiz-zona li taqa' direttament taħt id-Dipartiment. Prova ta' kemm il-kanal qiegħed jinżamm nadif ingħatat fil-maltempata tal-bidu ta' Novembru, fejn minkejja l-intensita` qawwija tax-xita qatt ma kien hemm periklu ta' għargħar.
Leg 9 PQ #36983 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Xogħlijiet fuq il-korsa

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36680?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa' għidt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36137 il-proġetti ta' natura rikorrenti jinkludu xogħlijiet li jsiru regolarment. Madankollu l-ikbar spiża dejjem tkun it-tibdil tal-wiċċ tar-ramel tal-korsa li din is-sena se tlaħħaq madwar Lm15,000. Fil-fatt in-nefqa rikorrenti totali għas-sena li għalqet f'Ġunju 2001 kienet ta' Lm15,700. Din is-somma hija l-medja ta' l-infiq rikorrenti tal-Malta Racing Club Committee. Ix-xogħol tat-tibdil tal-wiċċ tal-korsa qed isir mill-kuntrattur Philip Agius bl-għajnuna ta' l-impjegati tal-Malta Racing Club. Ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' kuljum jew ġenerali isiru mill-impjegati tal-Malta Racing Club.
Leg 9 PQ #36984 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Xogħlijiet fuq il-korsa

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 36681?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36137 fejn telenka numru ta' proġetti kapitali li saru u qegħdin isiru fil-korsa taż-żwiemel fil-Marsa. Dan minnu nnifsu huwa proċess ta' żvilupp ta' l-istess korsa. Wieħed ma jistax ma jinnotax it-tibdila ġenerali li saret f'dawn l-aħħar sentejn. Aktar ma jgħaddi żmien aktar l-iżvilupp konsistenti tal-korsa għandu jkompli jissodisfa lid-dilettanti ta' dan l-isport kif ukoll oħrajn li mistennija jiżdiedu.
Leg 9 PQ #37167 Sitting 820 2002-11-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Inventory Officer

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post vakanti ta' Inventory Officer fl-MCAST li għalih kien hemm sejħa pubblika f' Awissu li għadda ġietx mimlija jew le? Jekk fl-affermattiv, minn min u xi kwalifiki għandu/ha l-persuna li ġiet ingaġġata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-intervisti biex jintgħażel l-Inventory Officer fl-MCAST saru u l-post dalwaqt jimtela minn min ġie magħżul skond il-kwalifiki u l-kriterji tas-Sejħa konċernata.