Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi reġistrati f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid dawn il-vetturi jekk humiex kummerċjali jew privati? Jista’ jgħid x’kapaċità għandhom li jġorru l-passiġġieri?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Diċembru 2015, f’Malta u Għawdex kien hawn 346,918 karozzi reġistrati. Dawn huma maqsumin hekk kif ġej:
Vehicle Category
2015
Agricultural
1,905
Coach and Private Bus
356
Minibus
1,191
Route Buses
408
Motorcycles
20,088
Passenger car
275,380
Commercial Vehicles
47,590
Fir-rigward ta’ kull vettura x’kapaċita’ għandha li ġġorr il-passiġġieri, dan jiddependi mill-għamla u l-mudell tal-vettura partikolari.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda kull sena f’Malta u Għawdex fl-2013, 2014 u fl-2015? Kemm jiġu importati karozzi second hand? Jista’ jgħid it-total tal-vetturi kollha li ġew importati bħala second hand fis-sena 2013, 2014 u 2015, maqsuma f’kategoriji skont il-kapaċità tal-magna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandhiex statistika l-ammont ta’ vetturi li ġew impurtati, izda għandha l-ammont ta’ vetturi li ġew irreġistrati ġodda jew użati sal-aħħar tal-2015, f’Malta u Għawdex, hekk kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Ġodda
U
ż
ati
2013
6,413
8,718
2014
7,026
10,845
2015
7,988
12,470
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn muturi reġistrati f’Malta fl-2014 u x’kapaċità ta’ ċilindraġġ kellhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li sa l-aħħar tas-sena 2014, f’Malta kien hawn 18,400 mutur rreġistrat li l-kapaċità ta’ ċilindraġġ tagħhom kienet skont din it-tabella:
Kapaċita' tal-Magna
Ammont
0 - 50
254
51 - 125
8,985
126 - 250
3,132
251 - 500
1,790
501 - 800
2,633
801 u iktar
1,606
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw muturi matul is-snin 2013, 2014 u 2015, bħala ġodda u kemm li ġew importati bħala second hand matul dan il-perjodu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta muturi li nxtraw matul is-snin 2013, 2014 u 2015 huma hekk kif ġej:
Sena
Ġodda
Second Hand
2013
873
565
2014
1,148
650
2015
1,385
791
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għaddew TEUs mill-Freeport ta’ Malta bejn l-2010 u l-2015 u jaqsam l-informazzjoni skont jekk dawn kenux għal transhipment jew għal-lokal?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ regolamentazzjoni/ċertifikazzjoni/liċenzji huma rikjesti sabiex operatur ekonomiku jopera kumpanija/aġenzija ta’ freight forwarding?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regoli li jirrigwardjaw id-dħul fil-professjoni u l-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija b’kiri jew b’kumpens (li jinkludi freight forwarding)
huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009; kif ukoll fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009.
Dawn ir-regoli japplikaw għal impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq tal-merkanzija b’kiri jew b’kumpens, permezz ta’ vetturi bil-mutur jew gruppi ta’ vetturi li l-massa awtorizzata tagħhom meta mgħobbija taqbeż it-3.5 tunnellati.
Skont dawn ir-regoli, impriżi ta’ dan it-tip iridu jiksbu Liċenzja Komunitarja li tinħareġ mill-awtorità kompetenti (Transport Malta fil-każ ta’ Malta) wara li jkunu issodisfaw il-kriterji li ġejjin:
a) ikollhom stabbiliment effettiv u stabbli f’Malta;
b) ikunu ta’ reputazzjoni tajba;
c) ikollhom pożizzjoni finanzjarja adatta; u
d) ikollhom il-kompetenza professjonali meħtieġa.
Sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ kompetenza professjonali, l-impriża trid taħtar tal-anqas persuna fiżika waħda, il-maniġer tat-trasport, li xogħolha jkun li tmexxi l-attivitajiet ta’ trasport tal-impriża b’mod effettiv u kontinwu. Din il-persuna trid tkun ta’ reputazzjoni tajba u tkun kisbet ċertifikat ta’ kompetenza professjonali li jinħareġ mill-Awtorità jew minn korp maħtur għal dan il-għan wara li dik il-persuna tkun attendiet kors adatt u għaddiet minn eżami obbligatorju.
Il-liċenza Komunitarja tinħareġ f’isem it-trasportatur u mhix trasferibbli. Kopja vera attestata tal-liċenza Komunitarja trid tinżamm f’kull vettura tat-trasportatur u għandha tiġi preżentata b’talba ta’ uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ siti li l-Environmental Landscapes Consortium Ltd (ELC) hija nkarigata li tieħu ħsieb u għal kull każ jgħid:
a. fejn hu s-sit;
b. x’daqs fih is-sit; u
c. fiex jikkonsisti (bħal
roundabout
, ġnien, masġar, eċċ.)
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas annwali li l-Gvern iħallas lill-Environmental Landscapes Consortium Ltd (ELC) u jagħti break down ta’ kif inhuma maqsuma l-ħlasijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget annwali jvarja minn sena għal sena. L-allokazzjoni għas-sena 2016 hija ta’ €9,050,000. Il-ħlasijiet dovuti jitħallsu wara ċertifikazzjoni mill-MELP f’pagamenti mensili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi kummerċjali reġistrati f’Malta u jaqsam l-informazzjoni skont it-tip ta’ vettura?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li sa’ l-aħħar ta’ Marzu 2016, l-ammont ta’ vetturi kummerċjali rreġistrati f’Malta kien ta’ 47,697 li jinqasam hekk:
Goods Carrying Vehicles
Special Purpose Vehicles
Road Tractors
43,137
3,448
1,112
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ser tibda l-iskeda tas-sajf għal dak li hu trasport pubbliku? X'żidiet ser ikun hemm fis-servizz għall-Mellieħa, in-Naxxar, il-Mosta u San Pawl il-Baħar, b’riżultat ta’ dawn l-iskedi tas-sajf?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 25341 filwaqt li ninfurmah li l-iskeda tas-sajf hija mistennija tidħol fis-seħħ f’nofs Ġunju.
San Pawl il-Baħar – rakkomandazzjonijiet dwar titjib tat-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema rakkomandazzjonijiet saru mill-Ministeru għat-Turiżmu għal dak li jikkonċerna titjib fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar? Liema minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet li saru ser jitwettqu mill-Ministeru permezz ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura — bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2013, 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Transport Malta – San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar – garaxxijiet ta’ kiri ta’ karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' garaxxijiet li jagħtu servizz ta' kiri ta' karozzi, ta' kull tip, u li huma liċenzjati biex jikru l-karozza, fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, u kemm hu n-numru ta' vetturi ta' kull kategorija li huma hekk liċenzjati, skont il-kategoriji kif liċenzjati minn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ garaxxijiet li jagħtu servizz ta’ kiri ta’ karozzi ta’ kull tip, kif ukoll huma liċenzjati biex jikru l-karozzi, fil-lokalitajiet imsemmija, huma hekk kif ġej:
San Pawl il-Baħar – 90
Naxxar – 15
Mellieħa - 42
Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Marzu 2016, l-ammont ta’ vetturi għall-kiri kien hekk kif indikat:
Kategorija
Ammont
Karozzi
6,829
Kummerċjali
3,937
Muturi
380
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ proġetti ta’ ħolqien ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi ġodda li twettqu mill-Gvern mill-2013 ‘il hawn u għal kull każ jgħid:
a. fejn hu s-sit;
b. x’daqs fih is-sit;
c. kemm sewa l-
embellishment
; u
d. kif tħallas?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward proġetti ta’ ħolqien ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ proġetti ta’ embellishment ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi ġodda li twettqu mill-Gvern mill-2013 ‘il hawn u għal kull każ jgħid:
a. fejn hu s-sit;
b. x’daqs fih is-sit;
c. kemm sewa l-
embellishment
; u
d. kif tħallas?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward proġetti ta’ embellishment ta’ spazji miftuħa (open spaces) u pubbliċi mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ proġetti ta’ playgrounds pubbliċi li twettqu mill-Gvern mill-2013 ‘il hawn u għal kull każ jgħid:
a. fejn hu s-sit;
b. x’daqs fih is-sit;
c. kemm sewa l-
embellishment
; u
d. kif tħallas?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward proġetti ta’ playgrounds mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mġarr (Malta) — Triq il-Kbira - double yellow lines
Question
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li jsiru double yellow lines fi Triq il-Kbira Mġarr (Malta) il-parti kif taqbeż il-knisja fid-direzzjoni tal-Ġnejna, peress li din it-triq hi tant dejqa li bil-parkeġġ tal-vetturi fuq iż-żewġ naħat ma jkunux jistgħu jgħaddu vetturi fid-direzzjoni opposta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr rigward din il-problema. Madanakollu, l-Awtorita’ ser tikkonsulta mal-kunsill lokali dwar dan il-każ.