Legislature:
Category:
Reset
Active:

Zurrieq — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni u jordna t-tfassil u l-bini ta' Triq Zakkarija Ronkari u Fra Luca Zurki fiz-Zurrieq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' jsir skond il-prijoritajiet li jkunu jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #33737 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Xgħajra — Triq Karlu Vella

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitkompla l-retaining wall fi Triq Karlu Vella bħal ma sar fi Triq l-Awrat Xgħajra fejn dawn it-tnejn iħarsu fuq green area, wieħed fuq ground u l-ieħor fuq playing field?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-retaining wall fi Triq Karlu Vella li rrifera għaliha l-Onor. Interpellant ġia sar u qed jittieħdu l-passi biex ir-retaining wall ta' Triq Awrat isir ukoll.

Rabat — Triq George Borġ Olivier

Question

Jarax il-Ministru li wara li ġiet pruvata s-sistema tal-one way fi Triq George Borg Olivier fir-Rabat minn Triq Santa Maria, Rabat, s'issa wieħed jista' jikkonkludi li din ma kinietx suċċess u li qed toħloq skomdu kbir għar-residenti tar-Rabat u li għalhekk għandha terġa' tigi lura mill-ġdid kif kienet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma wasalx fl-istess konklużjonijiet li għandu l-Onor. Interpellant. Għalkemm is-sistema preżenti tista' tkun aħjar billi t-traffiku li ġej min-naħa ta' Ħad- Dingli juża Vjal il-Ħaddiem u b'hekk jonqos il-volum tat-traffiku fi Triq Santa Marija, id-Direttorat ma jaqbilx li s-sistema tat-traffiku għandha terġa' tiġi lura kif kienet.

Għargħur — Triq Fidel Zarb

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'użu hemm tal-makkinarju goff, trakkijiet u ingenji oħra kbar fi Triq Fidel Zarb, Għargħur u li jekk it-tħaffir f'postijiet hemhekk humiex koperti kollha bil-permessi meħtiega ta' l-awtoritajiet kompetenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Enemalta ingħatat permess mid-Direttorat għat-Toroq sabiex jagħmlu trinek fi Triq Fidel Żarb il-Għargħur. Hija responsabbilta' ta' l-Enemalta illi tassigura li l-mod li bih ikun qed isir ix-xogħol u li l-inġenji li jintużaw ikunu dawk adattati għaċ-ċirkostanzi tal-lokal. Għalhekk tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jara kif dan ix-xogħol qiegħed jitlesta biex jekk hemm bżonn jittieħdu l-passi neċessarji ħalli ma jkunx hemm ħsara jew inkonvenjent.

Mosta — Triq il-Vjal il-Qalbiena Mostin

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat mill-aktar fis ix-xogħol ħażin li sar fi Triq Vjal il-Qalbiena Mostin, Mosta fejn il-bankina li saret hemm spiċċat parti minnha ġo nofs id-drive in tad-dar residenzjali li jismha Kawala, propjeta' tal-familja Portelli fl-istess Triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li nvestiga l-każ id-Direttorat għat-Toroq, irriżultalu li meta saru x-xogħlijiet quddiem ir-residenza msemmija, ma deherx li kienu qed jidħlu vetturi f'din id-drive in u għalhekk ma sarux droper curbs. Il-kuntrattur qed jieħu l-passi biex jirrimedja s-sitwazjoni.

Pieta` — Triq Mimosa/Triq San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa wara l-press release tat-22 ta' Marzu 2002 li ħareġ is-sindku tal-Pieta` fejn talab li Triq Mimosa u Triq San Luqa jidħlu fi programm ta' rikostruzzjoni ta' toroq li qed jagħmel il-gvern ċentrali? Peress li dawn it-toroq li jagħtu għall-Isptar San Luqa jintużaw minn kulħadd u jinsabu fi stat ħażin ħafna u peress li l-ispiża biex jiġu rranġati dawn iż-żewġ toroq teċċedi l-budget annwali li jirċievi l-kunsill mill-gvern, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jitranġaw dawn it-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Pieta' ddiskuta dawn il-bżonnijiet mad-Direttur għad-Direttorat għat-Toroq u ninsab infurmat ukoll li d-Direttorat qiegħed jara x-xogħol li hemm bżonn li jsir.

Mobile Phone Base Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol ta' l-awtorita` tal-komunikazzjoni biex tawditja l-livell ta' radjazzjoni elettro-manjetika tal-mobile phone base station fuq il-bjut f'Malta u Għawdex? Kemm ġew adwitjati minn dawn l-istazzjonijiet? X'irriżulta minn dan l-awditjar? F'liema lokaitajiet? X'hemm ippjanat li jsir sa l-aħħar tas-sena 2002?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li parti mportanti tal-proċess ta' l-awditjar jikkonsisti fil-ġbir ta' informazzjoni ta' l-operating parameters ta' kull mobile phone base station li hawn Malta u Għawdex. Dan il-proċess tlesta u l-informazzjoni qed tiġi inputted f'database għal ta' l-apposta. Bħalissa, qedgħin fil-fażi li ntgħażlu l-ewwel ħamsin sit li ser ikunu awditjati din is-sena. Sa l-aħħar ta' din is-sena hemm il-ħsieb li jkollna f'idejna on site readings ta' dawn il-ħamsin sit kif ukoll software models ta' l-antennae kollha fil-gżejjer Maltin.

Rabat — Triq Konti Ruġġieru

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti tar-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru r-Rabat dwar is-sitwazjoni tat-traffiku f'din it-Triq, minħabba li żdied il-volum tat-traffiku f'din it-Triq fejn illum hemm ħafna residenti anzjani? Peress li dawn l-anzjani qed jiffaċċjaw diversi problema fosthom dawk ta' l-istorbju u nkonvenjenti oħra, jista' l-Ministru jara li s-sitwazzjoni terġa tiġi għan-normal?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-direttorat kkonċernat qed jinvestiga lmenti li rċieva mingħand residenti f'dawn it-toroq.

Areas Residenzjali — Trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk trakkijiet kbar jistgħu jiġu ipparkjati f'areas residenzjali anke matul il-lejl?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li l-informazzjoni mitluba hija relatata ma' l-infurzar tal-liġi nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Toroq — Xgħajra - Sejħa għall-Offerti

Question

Jista' l-Ministru b'riferenza għad-domandi parlamentari nru. 22717 u 30471 jinforma lill-Kamra f'liema stadju waslet s-sejħa għall-offerti sabiex it-toroq Carmelo Richie u Carmelo Penza fix-Xgħajra jinbdew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-diskussjonijiet ma' l-utilities dwar il-ħtiġijiet tagħhom għat-tqegħid ta' sevizzi f'dawn it-toroq tlesta u d-Direttorat għat-Toroq wasal biex jippublika s-sejħa għall-offerti.

Gudja — Tax-Xlejli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-taħdidiet li saru bejn il-kunsill lokali u l-ministeru tat-trasport u komunikazzjoni dwar l-asfalt tat-toroq f'Tax-Xlejli ġewwa l-Gudja? Meta se jibda x-xogħol ta' asfalt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali u d-Direttorat għat-Toroq fil-preżent qegħdin jiddiskutu l-programm ta' xogħol meħtieġ fil-lokalita' u x-xogħol ikun jista' jitwettaq meta dawn it-taħdidiet jiġu ffinalizzati.

Toroq — Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jsir ex-xogħol ta' asfaltar fit-toroq ta' ħdejn l-ismash radio ġewwa Raħal Ġdid wara li dan ix-xogħol ilu imwiegħed minn ħafna ministri?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 33507, imwieġba f'Seduta 738.

Malta Air Traffic Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-kumpannija Malta Air Traffic Services (MATS) minn fejn iddaħħal il-finanzi tagħha? X'kapital finanzjarju għandha? Jista' jgħid ukoll kemm ilha mwaqqfa din il-kumpanija rċevietx xi pagamenti mill-Eurocontrol Route Charges tas-servizzi mogħtija fl-ispazju ta' l-ajru Malti? Jekk iva, kemm kien dan l-ammont? X'garanziji bankarji għandha din il-kumpanija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Toroq — Ħal Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Ħal Tarxien li mhux asfaltati u li jaqgħu taħt il-Gvern Ċentrali? Meta ser jibda x-xogħol? X'negozjati saru bejn il-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien u l-Gvern Ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-lokalita' hemm 10 toroq li fihom qed isir żvilupp u li għadhom mhux asfaltati. Minn dawn, parti minn Triq San Anard hija żviluppata għal kollox filwaqt li l-oħrajn għadu għaddej l-iżvilupp fihom u partijiet minnhom għadhom ma nfetħux kollha. Ix-xogħol fi Triq San Anard isir skond il-prijoritajiet ta' asfaltar ta' toroq li d-Direttorat għandu quddiemu fil-lokalitajiet kollha.

Manikata — Triq il-Mejjiesa

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal tabella fi Triq il-Mejjiesa l-Manikata, liema triq ma tinfitx peress li jidħlu regolarment il-karozzi u jispiċċaw jiffaċjaw dan l-inkonvenjent?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li diġa hemm tabella li turi li t-triq imsemmija ma tinfidtx.

St Luċia — Triq il-Prinjol

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru arranġament addizjonali fix-xogħlijiet ta' Triq il-Prinjol, St Luċia sabiex l-ilma tax-xita li minn din it-triq jinżel f'Wied Garnaw jkun hemm ilquħ għalieh bil-għan li l-karatteristika ta' dan il-wied ma tintilifx anzi jiġi krejat l-iżvilupp sostenibbli meħtieġa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jaqa' fl-ambitu ta' titjieb ta' toroq rurali.

Traffic Control Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic control board approvax li Triq l-Irmiġġ, Wied il-Għajn issir one way? Jekk iva, meta saret it-talba u minn min saret?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kienet saret talba mill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala fl-24 ta' Ottubru 2001 biex Triq l-Irmiġġ issir one way. Id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku għamel survey neċessarju u approva din it-talba fil-5 ta' Diċembru 2001.

Triq J. Quintinos — Buġibba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ta’ l-ordni biex titwessa t-triq viċin għal Triq J.Quintinos, Buġibba meta ftit qabel l-elezzjonijiet lokali tal-kunsilli lokali ġiet meħuda parti minn għalqa 20 pied wiesgħa w ukoll tul l-għalqa kollha fejn ġew ukoll distrutti ma 56 dwieli f’din l-għalqa, mingħajr ma gie konsultat il-biedwi u wkoll hux vera li wara li sar il-ħajt tat-triq, dan rega’ inqala, ġie replaced b’ieħor u ddaħħal fil-propjeta’ ta’ terzi mingħajr ma kienet għada ħarġet l-espropriazzjoni ta’ din l-propjeta’? Jista’ l-Minsitru jgħid kemm swit din l-ispiza, jekk tħallasx il-biedwi tad-dwieli distrutti u ta’ l-għalqa li ttieħdet, u jekk ġiex infurmat il-sid ta’ l-għalqa dwar dan it-twessiegħ tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi Triq Annetto Caruana li bi ftehim mas-sidien ta' l-art infetħet għall-wisa' kollha sabiex ikun faċilitat il-passaġġ ta' vetturi miż-żona. Il-bidwi kien ukoll infurmat b'dawn ix-xogħolijiet u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura spezzjona l-għalqa msemmija u stabilixxa l-ammont ta' kumpens li dan il-bidwi għandu jibgħat. Jien infurmat ukoll illi wara li ntlaħaq dan il-ftehim il-parti tal-ħajt li kienet inbniet, tneħħiet biex it-triq b'hekk setgħet tinfetaħ mal-linja propja. F'dan il-każ m'hemmx lok ta' esproprijazzjoni. Ix-xogħol f'din it-triq sewa Lm23,377.51. Dan ma jinkludiex il-valur tal-kumpens li jrid jingħata lill-bidwi peress li d-Direttorat għadu ma rċeviex il-kont mill-Agrikoltura.

Triq l-10 ta' Settemrbu 1456 — Ħal Qormi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija nru. 32604 dwar Triq l-10 ta' Settembru 1456 f'Ħal Qormi peress li ma nħossx li fit-tweġiba l-Ministru indirizza l-problema tal-bini tat-triq, li issa li din it-triq hija kollha mibnija ma jaħsibx li għandha tingħata l-prijorita' fix-xogħol tad-dipartiment li tiegħu huwa responsabbli biex ta' lanqas ir-residenti jegħlbu waħda mill-problemi li jiffaċċjaw ta' kuljum minħabba t-tħarbit li jgħixu fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 32604.

Parking — Dar ta' l-Anzjani - Msida

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ li sar quddiem id-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida sarx għall-użu esklussiv tar-residenti, impjegati u l-viżitaturi ta' din l-istituzzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ispazju mmarkat reserved quddiem id-dar ta' l-anzjani tal-gvern huwa għal użu esklusiv ta' din id-dar.