Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32018 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li negozjant żgħir jikri parti minn maħżen fil-kumpless tal-Freeport, ġaladarba ma jkollux bżonn ta' maħżen sħiħ? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura biex issir din it-tip ta' kirja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-imħażen fil-Port Ħieles fil-preżent jinsabu mikrija kollha.
Leg 9 PQ #32019 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Borehol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi s-salinita ta' kull borehole f'Malta u Għawdex attwalment?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s-salinita' tal-boreholes f'Malta u f'Għawdex li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tuża' għall-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32036 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li qrib Flat Block 3, Door B, Triq tal-Mitħna, Gudja, ssir bozza peress li residenti ilhom żmien jagħmlu din it-talba?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #31753 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-management tal-Freeport jikkunsidrax jibdel id-dawl high mast fil-Freeport għal dawl full-off, sabiex tonqos drastikament il-ħela ta' dawl u enerġija u jixxejjen l-impatt viżiv bil-lejl tal-Freeport fuq lokalita' ta' Birżebbuġa u l-inħawi ta' madwar, fosthom Għar Hasan li hu l-post ewlieni fejn tbejjet waħda mill-ikbar kolonji ta' Ċief? Jekk le, għalfejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li s-sistema tad-dawl fil-Port Ħieles kif inhi llum tiżgura li x-xogħol isir fil-kuntest tas-saħħa u s-sigurta' fuq it-Terminal. Madanakollu, il-Port Ħieles ma jeskludix li jiġu kkunsidrati sistemi aktar moderni u li jissodisfaw is-saħħa u s-sigurta' fuq it-Terminal.
Leg 9 PQ #31754 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tikkunsidrax li wara s-1.00 am jintefa d-dawl ta' fuq il-koppli tal-knejjes fil-villaġġi (jew parti minnu) sabiex tonqos il-ħela ta' enerġija elettrika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt diġa hemm arranġamenti biex dwal bħal dak imsemmi fil-mistoqsija jintfew f'nofs il-lejl.
Leg 9 PQ #31795 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Foreign Direct Investment

Question

Matul is-snin 1999, 2000 u 2001 kemm ġie FDI (Foreign Direct Investment) fil-Pajjiż? Minn liema pajjiż ġie? Kemm kien jikkonċerna kumpaniji u intrapriżi kummerċjali? Kemm minnhom kienu marbutin ma' proġetti ġodda u kemm minnhom kienu jikkonċernaw proġetti ta' espansjoni? Dan l-investiment kemm wassal għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda sena b'sena u settur b'settur?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jippublika ċifri li juru l-investiment globali barrani f'Malta. Fl-1999 dan kien jammonta għal Lm 327,949,000 u fis-sena 2000 għal Lm 284,506,000. L-informazzjoni għas-sena 2001 għada qed tinġabar. Dawn iċ-ċifri jinkludu kemm investiment minn barra għal faċilitajiet ta' produzzjoni ġodda u addizzjonali iżda ukoll investiment minn barra fil-każ ta' xiri ta' kumpaniji f'Malta minn kumpaniji barranin (inkluż fil-każ ta' privatiżazzjoni) Għal iktar informazzjoni dwar l-investiment dirett barrani, wieħed irid iħares ukoll lejn ċifri oħra hekk kif ġej: (a) Għal dak li għandu x'jaqsam ma invetiment minn kumpaniji eżistenti fis-settur tal-manifattura, jinstabu ċifri ippubblikati regolarment fl-Economic Survey. Għall-ewwel disa' xhur ta' 1999, dan l-investiment kien jammonta għal Lm25,000,000. Fl-istess perjodu fl-2000 kien ta' Lm60,000,000 u fl-2001 ta' Lm30,000,000. Fl-appendiċi ta' l-istess pubblikazzjoni, f'tabella 4.1, wieħed jista' jsib din l-istess informazzjoni maqsuma skond is-setturi individwali konċernati. (b) Għal dak li għandu x'jaqsam ma' investimenti fi proġetti ġodda (fil-qasam tal-manifattura), wieħed irid idur fuq ċifri miżmuma mill-Malta Development Corporation. Fuq dawn l-aħħar tlett snin kellna dawn il-proġetti approvati. YEAR No. OF PROJECTS PROJECTED PROJECTED APPROVED CAPITAL EMPLOYMENT (Expansions and New) INVESTMENT 1999 55 13,832,375 1,245 2000 59 25,998,718 1,787 2001* 51 27,328,645 1,620 *Provisional
Leg 9 PQ #31823 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Supplies Company

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kien tneħħa minn GM tal-Air Supplies Company wara li kien għamel xi żmien jagixxi f'din il-kariga?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-persuna konċernata kienet ġiet sekondata mill-Air Malta għall-Air Supplies bħala General Manager ta' din il-kumpanija. Xi snin wara rritorna fil-grad li kellu fl-Air Malta.
Leg 9 PQ #31829 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista’ l-Ministru jghid meta ser jigi rrangat it-telephone pubbliku li jinsab fi Triq Ħal-Dwieli, Ħaż-Żebbug billi dan għandu l-ħsara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, wara li kienet spezzjonata minn tekniku tal-Maltacom, irriżulta li l-cardphone in kwistjoni ma għandha ebda ħsara.
Leg 9 PQ #31830 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista’ l-Ministru jghid meta ser tigi l-provvista tal-eletriku ghaż-żewg fanali li jinsabu quddiem l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju f’Misrah Ħal-Dwieli, Ħaz-Zebbug?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-finali msemmija ma jaqgħux fir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta iżda tal-Kunsill Lokali. Sabiex tingħata l-provvista ta' l-elettriku hemm bżonn li ssir applikazzjoni skond ir-regolamenti ta' l-elettriku.

MDC — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-MDC għandha applikazzjonijiet pendenti ta' tkabbir jew ta' industrija ġdida?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp qed tipproċessa erbatax-il applikazzjoni kemm għal proġetti ġodda kif ukoll għal dawk ta' tkabbir.

Medigrain — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-ħaddiema tal-Medigrain meta din tiġi pprivatizzata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-materja tal-privatizzazzjoni tal-kumpanija Medigrain għadha qed tiġi diskussa, ma jkunx prudenti li wieħed jikkummenta fuq din il-materja.

Ħażniet ta' Kimiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li jinżammu ħażniet ta' kimiċi eċċ f'imħażen f'areas semi-industrijali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-ħruġ ta' liċenzji mhuwiex fil-kompitu ta' xi azjenda, korporazzjoni jew dipartiment li jifforma parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #31877 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm periti jaħdmu full-time jew part-time mal-kumpanija Kalaxlokk? Min huwa dawn il-periti u meta bdew jaħdmu mall-kumpanija? X'inhu x-xogħol li qegħdin jagħmlu dawn l-periti? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom? Kemm tħallsu dawn il-periti s'issa, kull wieħed separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #31878 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti li qegħdin jaħdmu full-time, part-time jew jagħmlu xogħol ta' konsulenza mal-Freeport? Jista' jgħid meta ġew ingaġġati dawn il-periti? JIsta' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta ingaġġ tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mal-Korporazzjoni tal-Port Ħieles hemm jaħdem perit wieħed li fl-1997 ġie appuntat General Manager.
Leg 9 PQ #31889 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata s-servizz ta' l-elettriku f'70/1 Gafar Street, Sliema, peress li l-ħlas għas-servizz ilu li sar aktar minn xahrejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-servizz ta' l-elettriku li qed issir riferenza għalih fil-mistoqsija għandu jingħata flimkien ma' servizzi oħra simili.
Leg 9 PQ #31911 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni, peress milli jidher li t-tentattivi tar-residenti fallew, u jinvestiga dwar x'inhu r-raġuni li l-provista tad-dawl fi Triq l-Arzella, B'Buġia dejjem ikun baxx? Jista' jgħid x'provedimenti ser isiru sabiex din il-problema tingħeleb u meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-provvista tad-dawl fi Triq l-Arzella, Birżebbuġia ġiet investigata. It-tisħiħ tas-sistema ta' vultaġġ baxx għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #31924 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

BOV

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-clerks temporanji li qed jaħdmu fil-Head Office tal-BOV, Gzira jinqalbux full-time peress li l-kuntratt tagħhom ilu jiġġedded għall din l-aħħar sena, 3 xhur bi 3 xhur meta dawn anke diġa għandhom l-uniformi? Jekk hemm il-ħsieb li jidħlu permanenti, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-bank li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Membru huma kumpanija privata ikkwotata fil-Borża ta' Malta, il-materja in kwistjoni hija fil-kompitu esklussiv tal-Bord tad-Diretturi ta' l-istess bank.
Leg 9 PQ #31925 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir telephone box fl-akkwata tal-Ħofra taż-Żabbar peress li issa kiber ħafna n-numru tal-bini f'dik l-arja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Maltacom għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #31926 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitpoġġa letter box fl-akkwata tal-Ħofra Ħaż-Żabbar peress li issa kiber ħafna n-numru tal-bini f' din l-arja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta' talbiet għal kaxxi ġodda, il-Maltapost timxi fuq rakkomandazzjoni ta' l-Unjoni Postali Universali li jkun hemm kaxxa ta' l-ittri għal kull tlitt elef resident. Skond il-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta' April, 1996, Ħaż-Żabbar għandu popolazzjoni ta' 14,251. Dawn l-abitanti huma moqdija b'xejn anqas minn għaxar kaxxi ta' l-ittri, figura wisq ogħla minn dik rakkomandata mill-UPU. Għalhekk din it-talba ma tistax tintlaqa. Madanakollu l-Maltapost dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjoni tal-Kunsill Lokali biex isir ċaqlieq ta' xi kaxxa jew aktar minn dawk eżistenti b'mod li jitjieb is-servizz fil-lokalita' msemmija.
Leg 9 PQ #31935 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 31713, jista' l-Ministru jgħid minn huma l-kuntratturi magħżula li qegħdin jagħmlu x-xogħol fit-terminal? Min hu l-perit inkarigat min dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma narax li jkun fl-interess ta' l-istess azjenda li din issir pubblika.