Legislature:
Category:
Reset
Active:

Permess tar-residenza revokat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil kemm persuni se jiġi revokat lilhom il-permess tar-residenza tagħhom tul din is-sena? Jista’ jgħid jekk dan jiġix indikat skont in-nazzjonalità u jekk hu possibli jindika wkoll id-data ta’ meta l-permess oriġinali nħareġ għal kull persuna, persuna persuna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Identity Malta tirrevoka permessi ta’ residenza fuq ba¿i regolari minħabba li l-kundizzjonijiet li fuqhom jinħareġ permess ta’ residenza ma jibqgħux aktar fis-seħħ, eżempju każi fejn persuna barranija ma tibqax fl-impjieg jew fl-istudju tagħha ġewwa Malta. Dan huwa eżerċizzju kontinwu. Bejn Jannar u l-aħħar ta’ Novembru 2015, Identity Malta rrevokat 112 -il permess ta’ residenza. Ma stabet l-ebda statistika dwar permessi li ġew irrevokati fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.

Birkirkara – Decelis Lane u Triq il-Kbira – hit and runs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti ta’ hit and run bejn Decelis Lane u Triq il-Kbira f’Birkirkara fl-2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ilment ta' persuna — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' persuna?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi aktar informazzjoni fuq xiex inhu l-każ.

Għassa tas-Swieqi magħluqa

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma r-rapporti li dehru fil-Malta Independent tal-Ħamis 12 ta’ Novembru, li meta r-residenti marru l-Għassa tas-Swieqi biex jirrapurtaw break-in f’11:45pm sabuha magħluqa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kuntrarju għal dan li kien hemm irrapurtat fil-Malta Independent tal-Ħamis 12 ta’ Novembru, fejn ġie allegat li meta r-residenti marru l-Għassa tas-Swieqi biex jirrapurtaw break-in f’11.45pm sabuha magħluqa, l’għassa in kwistjoni kienet miftuha fil-ħin indikat. Fil-fatt l-uffiċċjal li kienet fl-għassa dak il-ħin kienet hi stess li ħadet ir-rapport mingħand il-koppja li rrapurtat l-incident.

Vetturi tal-Pulizija — VRT

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19948, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT fuq il-vetturi ta’ kull sezzjoni tal-Korp tal-Pulizija mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014 u mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid għand min saru dawn it-testijiet tal-VRT? Jista’ jgħid kemm ħallas il-Korp tal-Pulizija għal dawn it-testijiet? Jista’ jgħid saritx sejħa għal dawn it-testijiet jew jekk ingħatatx b’direct order? Jista’ jgħid kemm, f’kull perjodu hawn indikat kemm kien hemm vetturi li weħlu mit-test tal-VRT u kemm għaddew?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 20442.

Identity Malta – extra duty mill-korp tal-pulizija

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20758, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u jekk il-Pulizija in kwistjoni tħallsux tal-extra duty li ħadmu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kwistjoni tal-extra duty relatata mat-tweġiba tal-mistoqsija 20758, kienet solvuta u dak dovut ser jitħallas mas-salarju ta’ Jannar 2016.

Capping fuq l-extra duty tal-pulizija

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20514, jista’ l-Ministru jgħid jekk bil-miżura li ddaħħlet fil-Budget 2016 it-tnaqqis minn 25% għall-15% fuq l-extra duty għandhiex capping? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-miżura tapplikax għal kwalunkwe extra duty hu x’inhu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li il-miżura li ddaħħlet fil-Budget 2016 it-tnaqqis minn 25% għall-15% fuq l-extra duty għandha capping ta’ Euros 10,000 skond Legislazzjoni Sussidjarja 123.39 ta’ 1 ta’ Jannar 1996 dwar Regoli ta’ Mpjieg Part Time . Din il-miżura tapplika għal kull extra duty li tinħadem.

RIU – makkinarju u apparat

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20786, jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset kull kumpanija għall-apparat li nxtara mingħandha?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Patrol boat — upgrading

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 20441 u 20759, jista’ l-Ministru jgħid min kien l-aġent involut mal-kumpanija u kemm tħallas għas-servizzi tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aġent involut mal-kumpanija kien James Scott & Co Ltd u dan tħallas € 13, 446.72.

Għases tal-Pulizija – rapporti ta’ serqiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20953, jista' l-Ministru jgħid kemm mir-rapporti li saru rigward pick-pocketing f'kull lokalità msemmija, spiċċaw il-Qorti? Jista' jgħid ukoll jekk mill-persuni li ttelgħu fuq pick-pocketing, kemm instabu ħatja, lokalità lokalità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Għases tal-Pulizija – rapporti ta’ serqiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20953, jirriżulta illi filwaqt li fl-2014 kien hemm 113 każ ta’ pick-pocketing fil-Belt Valletta, din is-sena sal-lum kien hemm 219 każ, żieda ta' 106 każ. Jista' jgħid x'qiegħed jagħmel biex irażżan il-pickpocketing? Jista' jgħid x'miżuri ħa, qiegħed jieħu u ser ikompli jieħu biex jara illi dawn ir-reati jitrażżnu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ċittadini Libjani – permess ta’ residenza revokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ta’ residenza ta’ ċittadini Libjani ġiet revokata jew mitmuma fl-2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Inkjesta Maġisterjali — pubblikazzjoni

Question

B’referenza għall-istqarrija tal-Ministru fis-seduta tas-16 ta’ Novembru 2015 meta qal li l-Inkjesta Maġisterjali se tkun pubblikata immedjatament u bla ebda dewmien, u li l-Inkjesta se tkun pubblikata biex kulħadd ikollu aċċess għaliha, jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel ma għamel din l-istqarrija u dan l-impenn għall-pubblikazzjoni, tkellimx mal-Avukat Ġenerali u jekk iva, jista’ jgħid jekk l-Avukat Ġenerali tax il-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni ta’ Inkjesta Maġisterjali qabel il-konklużjoni ta’ tali Inkjesta?

Response (ABELA, CARMELO)

L-attenzjoni tal-Onorevoli Membru qiegħda tiġi attirata għall-kontenut tat-tweġiba għall-interpellanza 21063 fejn il-kontenut sostantiv ta’ din l-interpellanza diġa tqajjem u twieġeb b’mod estensiv.

Breathalyser Units

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-breathalyser units kollha li għandu l-Korp tal-Pulizija huma bil-ħsara? Għaliex illum bdew jinġabru mill-għases?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Land Registry – użu ta’ pjanti aġġornati tal-MEPA

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20208 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se jkun possibli li r-Reġistru tal-Artijiet jibda juża l-pjanti aġġornati li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li din kienet waħda mis-sistemi li tħallew f’telqa assolut mill-gvern preċedenti fil-Lands & Public Registry. Il-pjanti tal-artijiet f’waħda mis-sistemi ta’ dan id-dipartiment ilhom ma jiġu aġġornati għal dawn l-aħħar 8 snin. Filfatt, ħafna ismijiet tat-toroq fil-pjanti li jinħarġu bħalissa mid-dipartiment ma jaqblux ma dawk preżenti. Wara li qed isir l-upgrade neċessarju fis-software flimkien ma diskussjonijiet mal-MEPA, jekk kollox imur kif pjanat, sal-aħħar ta’ din is-sena se jkollna l-pjanti aġġornati u b’hekk il-pubbliku se jkun jista’ jixtri l-pjanti bl-ismijiet tat-toroq kif fattwalment huma.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Pulizija tat-traffiku — taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija, b’mod speċjali dawk li mhumiex pulizija tat-traffiku, hux qed jingħataw xi taħriġ speċifiku qabel ma jintbagħtu jikkontrollaw it-traffiku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-taħriġ li jingħataw ir-rekluti fl-akkademja jinkludi appuntu l-kontroll tat-traffiku. Ninfurmah ukoll li perjodikament jingħa wkoll taħriġ aġġornat lil membri l-oħra tal-korp.

Ċitazzjonijiet għal ksur tar-regolamenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta’ ċitazzjonijiet li ħarġu għall-ksur ta’ regolamenti tat-traffiku matul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena, il-Pulizija ħarġet 2,352 il-ċitazzjoni fuq reati kontra l-liġijiet tat-traffiku kif ukoll u 54,265 traffic offence ticket fid-diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex.

San Pawl il-Baħar – Triq tax-Xtut – tneħħija ta’ karozza abbandunata

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex titneħħa karozza li hemm abbandunata fi Triq tax-Xtut, il-Qawra, San Pawl il-Baħar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-vettura msemmija tneħħiet minn triq tax-xtut, il-Qawra.