Legislature:
Category:
Reset
Active:

Isla — Triq il-Ponta

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi neċessarji dwar rampa żgħira li hemm fi Triq il-Ponta, kantuniera ma' Triq San Franġisk, Isla, li tant hi perikoluża li minn meta saret kienu irrapporti bosta inċidenti ta' persuni li kisru saqajhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li triq msemmija hija responsabilta’ tal-Kunsill Lokali ta’ l-Isla.

Bormla — Triq Marjanu Gerada

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq Marjanu Gerada f'Bormla, liema triq tinsab f'kondizzjoni ħażina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ser issir spezzjoni fuq din it-triq biex ikun determinat l-istat tagħha u liema entita' hi responsabbli sabiex tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa.

Mġarr — Dawl tat-triq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22356 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn it-triq prinċipali li tagħti mill-Mosta għaż-Żebbiegħ fl-Imġarr qiegħda tkun ta' kuljum bla dawl f'dawn l-aħħar ġranet? Peress li din hija triq daqshekk importanti u arterjali, jista' il-Ministru jiżgura li din it-triq tiddawwal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Is-sistema ta' street lightning fi triq li mill-Mosta tagħti għaż-Żebbiegħ ġiet installata mill-kuntrattur li bena l-istess triq. Parti mill-kuntratt illi l-ADT għandha ma’ dan il-kuntrattur jispeċifika li dan tal-aħħar għandu garanzija ta’ ħames snin, f’liema ħames snin huwa obbligat illi jsewwi ħsarat illi jistgħu jinqalgħu. Bħalissa, il-kuntrattur qed jagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa biex din il-ħsara tissewwa. Minħabba l-fatt illi din il-ħsara ma nqalatx għall-ewwel darba minn meta nfetħet it-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant, l-ADT mhux qed teskludi tieħu l-passi dixxiplinari neċessarji jekk il-problema in kwistjoni tibqa' tinsisti.

Awtorita' dwar it-trasport pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22176, jista' il-Ministru jgħid x'salarju, allowances u perks oħra għandhom kull wieħed mill-uffiċjali msemmija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li għal raġunijiet ta’ privatezza ma nħossx li għandhom jingħataw id-dettalji mitluba skond l-individwu. Madankollu ninfurmah li s-salarji, inkluż l-allowances, tal-uffiċjali msemmija huma marbuta man-natura tad-Direttorat jew il-kariga li jokkupaw. Dawn is-salarji jvarjaw bejn Lm 14,117 u Lm 16,617. Il-perks jinkludu car allowance jew użu ta’ karozza tal-kumpanija, mobile telefon u telefon tad-dar / internet. Fuq is-salarju taċ- chief executive officer nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 12687.

ADT — Planning manager

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22175, jista' il-Ministru jgħid jekk il-Planning Manager fid-direttorat għat-trasport pubbliku għadux fl-impjieg ta' l-awtorita' dwar it-trasport? F'każ li m'għadux, jista' jgħid jekk dan irriżenjax jew intalab jitlaq? F'każ li rriżenja jew intalab jitlaq, jista' jgħid taħt liema kondizzjonijiet? Kemm-il sena kien fadallu biex jispiċċa bl-eta'? Jista' jgħid x'somma ta' flus ingħata dan l-uffiċjal u jekk hux minnu li tħalla jibqa' juża karozza tal-kiri minn ta' l-awtorita' u l-mobile imħallas mill-awtorita'? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kemm tul ta' żmien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Planning Manager fid-Direttorat għat-Trasport Pubbliku għadu mpjegat mall-Awtorita dwar it-Trasport sat-3 ta’ Jannar, 2007. Huwa kien talab lill-Kap Eżekuttiv biex jiġi kkunsidrat għal early retirement minħbba raġunijiet personali, liema talba ġiet milqugħa fuq deċiżjoni tal-Bord. Il-Planning Manager kien fadallu sa Ottubru 2007 biex jispicca bl-eta’. Wara li l-ADT ħadet inkonsiderazzjoni l-pendenzi kollha li kellu l-Planning Manager sad-data li jirtira, waslet għall-settlement ta' Lm10,000 ma' l-istess impjegat.

ADT — Vettura bin-nru. BBK 969

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-konsum ta' fuel, petrol jew diesel, tal-vettura bin-numru BBK 969 li qed isir użu minnha mill-awtorita' dwar it-trasport kull xahar mill-bidu tas-sena 'il hawn, kemm f'dak li hu konsum ta' fuel u spiża?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li din il-vetturi ilha f’idejn l-ADT mill-5 t’April ta' din is-sena. Il-konsum ta’ fuel kien kif muri hawn taħt: April Lm33.02 Mejju Lm20.60 Ġunju Lm22.60 Lulju Lm60.56 Awissu Lm67.82 Settembru Lm60.64 Ottubru Lm94.48 Total Lm359.72 Fir-rigward ta' spiżi oħra, l-uniku spiża marbuta ma’ l-imsemmija vettura kienet dik tal- leasing li ammontat għall-Lm1,207.50 (mill-5 t’April sa l-aħħar t’Ottubru bil-Lm 5.75 kuljum).

Trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ddaħħlet it-trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes bħala parti mix-xogħlijiet tat-toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan? Min iddeċieda li din it-trejqa għandha tinkesa bit-tarmac? Jista' jgħid kemm sewa dan ix-xogħol u kemm kien it-tul ta' tarmac li ngħata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-twegiba ghal din il-mistoqsija tinghata f'seduta ohra

Swatar — White Line

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22418, ir-riferenza qed issir għall-ewwel nofs tat-triq biswit il-kulleġġ.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta fi Triq Swatar minn k/m Triq Sant’ Andrija sa k/m Triq Indri Grima, liema sezzjoni tat-triq hija fl-ewwel nofs biswit il-kullegg, ma nstabu l-ebda linji bojod li jipprojbixxu parkegg. L-uniku linji bojod li nstabu huma li gej: · Dashed centre line abjad. · Dashed linji ta’ parkegg fil-genb tat-triq. Ritratti hawn annessi.

Imsida

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex ir-residenti ta' Trejqet Boxbox, Imsida jkunu jistgħu jaqsmu t-triq permezz ta' zebra crossing jew traffic lights kif ukoll fir-rigward tar-residenti ta' Triq Monsinjur Innoċenz Zammit, Imsida ħdejn Lautier, li jkunu jridu jaqsmu għall-universita', aktar u aktar biilli s-subway ftit li xejn tintuża minħabba l-istat li qiegħda fih u l-abbużi li ġieli jiġru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta irrizulta li mhux rakkomandabbli li ssir pedestrian crossing minn hdejn Trejqet Boxbox li taqsam il-bypass ghal dawn ir-ragunijiet: · Il- bypass tiehu ammont ta’ vetturi li jeccedi l-limitu ghall-installazzjoni ta’ pedestrian crossing . · Minhabba l- 85th Percentile Speed Limit tat-triq m’ hemmx tulijiet ta’ vizibilità bizzejjed specjalment ghal vetturi li hergin mill-mini ta’ l-Università fid-direzzjoni lejn il-Marsa. Ir-residenti ta’ Triq Mons Innocenz Zammit huma pprovduti bil- pedestrian underpass li hija l-aktar mod sikur ta’ kif persuni jistghu jaslu lejn l-Università.

Tas-Sliema — Reserved Parking

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22447, il-każ huwa ġo Triq Howard Tas-Sliema, l-uniku każ li ħa deċiżjoni dwaru l-ombudsman. L-ombudsman għandu dritt huwa stess jagħti reserved parking u f'każ fl-affermattiv, b'liema legal notice jew liġi jista' ikun hemm iżjed każi fejn l-ombudsman jordna li jsiru reserved parking?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-twegiba ghal din il-mistoqsija tinghata f'seduta ohra

Żejtun — Triq Anton Buttigieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ADT ma tridx tagħmel speed limit fi Triq Anton Buttigieg, fiż-Żejtun hekk kif kien intalab mill-kunsill lokali ta' l-istess lokalita'? Japprezzaw is-sinjuri ta' l-ADT li dan l-aħħar ġimgħat kien hemm numru ta' inċidenti f'din l-istess triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn spezzjoni li saret fi Triq Anton Buttigieg minn ufficjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta irrizulta li hemm speed limit road markings izda li ghandhom bzonn ta’ refreshing u li ghandhom bzonn ikunu kumplimentati minn road signs ta’ tali speed limit. Dan l-ahhar l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ghamlet studju ta’ l- 85th Percentile Speed Limit bhala parti mit-talba ghal speed camera f’tali triq li ntbaghtet mill-Kumitat Kongunt tal-Kunsilli Lokali tar-Regjun.

Valletta Bus Terminus

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22134 u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bus terminus tal-Belt Valletta? Kemm se jiġi jiswa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport, b'konsultazzjoni ma' l-ATP qegħda tipprepara pjanti sabiex jiġi organizzat aħjar it-terminus tal-Belt. Il-proposti ser jinkludu l-bini ta' shelters għall-passiġieri u faċilitajiet għax-xufiera. L-istima għal dawn ix-xogħlijiet tingħata hekk kif il-pjanti/proposti għal dawn ix-xogħlijiet jiġu approvati u finalizzati mill-MEPA. Ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett huwa ppjanat li jibdew u hekk kif jinħareġ il-permess tal-MEPA hu ppjanat li x-xogħol jitlesta fi ftit xhur.

Tarxien — Skola Maria Goretti

Question

Jista' il-Ministru jara li t-triq li twassal għall-iskola sekondarja Maria Goretti ġewwa Ħal Tarxien tiġi rranġata minħabba l-istat ħażin li tinsab fih u dan b'detriment għall-istess studenti li jattendu din l-iskola sekondarja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-toroq li jintużaw mill-privates ta’ l-iskola, Triq J Burlo, u Triq C Saliba ġew asfaltati mill-Gvern Ċentrali. Skond il-pjan lokali ta’ Nofsinhar ta’ Malta l-pjazza Agatha Barbara m’hiex skemata bħala triq.

ADT — Avviż Legali 155

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22176, jaf il-Ministru li l-Avviż Legali 155 ta' l-2006 ġab biss bidla fl-isem tad-direttorat tat-toroq fi ħdan l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta? Allura għaliex il-Ministru qed jgħid li d-direttur il-ġdid ta' dan id-direttorat inħatar skond dan l-avviż legali meta l-istess avviż legali ma jistabbilixxi l-ebda proċedura dwar l-ingaġġ ta' impjegati jew uffiċjali? Għaldaqstant jista' il-Ministru jinformana dwar xi proċedura ntużat biex kien ingaġġat dan l-uffiċjal u jgħid ukoll x'salarju, allowances u perks oħra għandu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Direttur tad-Direttorat għall-Infrastruttura tan-Network ġie maħtur skond Sezzjoni 5, Paragrafu 7 tal-Att dwar it-Trasport ta’ Malta. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 21139.

San Ġiljan — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22369 b'riferenza għal Triq M.A. Borg?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn spezzjoni li saret minn ufficjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta irrizulta li gej: · Hemm zebra crossing fi Triq M A Borg fejn tista’ taqsam tali triq bil-mixi minn bankina ghal ohra u li tali bankina twassal ghat-tarag li jghati lejn l-iskola. · Minhabba l- gradient ta’ Triq M A Borg u l-ammont ta’ vetturi, li jinkudu vetturi tal-garr ta’ merkanzija, li juzaw tali triq, mhux rakkommandat li jsiru traffic calming .

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22462 u jgħid l-ammont tan-nefqa għat-toroq u tabelli tat-toroq għas-sena 2005 u sa Ottubru 2006? Jista' jgħid kemm kien l-ammont tan-nefqa tal-Gvern f'Malta u Għawdex li għalihom ħarġet tender u għal dawk li ma ħarġet ebda tender imma ngħataw b'direct order?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Attard — Triq il-Mosta - Car Park

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li bħala parti mill-proġett governattiv li hemm il-ħsieb li jiġi fis-seħħ wara l-iskola primarja ta' H'Attard, jiġi inkluż car park għall-ġenituri li jkunu qegħdin iwasslu t-tfal biex tittaffa l-problema tat-traffiku fi Triq il-Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Twegiba ghal din il-mistaqsija tinghata f'seduta ohra