Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24040 u jgħid min huma s-seba’ membri fil-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali skont kif stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali (Kap. 468)? Jista’ jgħid min minn dawn il-membri huma maħtura minnu, min huma ż-żewġ membri li huma nominati mill-assoċjazzjonijiet reġistrati mal-Bord u min huwa l-ħaddiem soċjali nominat minn u minn fost l-istaff akkademiku permanenti responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tax-xogħol soċjali u l-politika soċjali fl-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jokkupaw din il-kariga kull membru ta’ dan il-bord?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema servizzi jridu jħallsu l-anzjani li qegħdin fid-djar privati taħt l-iskema tal-Public Private Partnership taħt ir-responsabiltà tad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità apparti li tinqatgħalhom 60% mill-pensjoni tagħhom? Jista' jgħid kemm huma dawn il-ħlasijiet u jekk ivarjawx minn dar tal-anzjani għal oħra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-anzjani jintalbu jħallsu għal servizzi li ma jkunux inklużi fl-iskema tal-Public Private Partnership.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – sezzjoni għall-anzjani Residenza Sant’Anna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, li l-pazjenti li hemm fis-sezzjoni għall-anzjani Residenza Sant’Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, humiex se jiġu trasferiti għal xi post ieħor? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid x’inhi r-raġuni wara dan it-trasferiment? Jista’ jgħid fejn se jiġu trasferiti? Jista’ jgħid għal min se tkun qed tintuża s-sezzjoni Sant' Anna wara li jiġu trasferiti dawn il-pazjenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanbt sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – anzjana li tħalliet waħedha
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17019 u jikkonferma li nhar is-27 ta’ Mejju 2015, anzjana tħalliet waħedha fil-ward fir-Residenza San Vinċenz de Paul wara li l-istaff u l-pazjenti marru ħarġa? Jikkonferma li din l-anzjana kellha problemi ta’ saħħa u li n-nuqqas ta’ preżenza ta’ professjonisti mediċi kienu ta’ periklu għaliha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21488.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex isir progress fir-rigward ta’ Pensjoni tal-Invalidità tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta u Għawdex bħalissa li qegħdin jieħdu l-benefiċċju tal-assistenza medika magħrufa bħala SKA? Jista’ jaqsam dawn iċ-ċifri skont il-fergħa tad-dipartiment minn fejn toħroġ u l-irħula, bliet jew villaġġi li tkopri? Jista’ jgħid il-massimu u l-minimu tal-ammont ta’ dan il-benefiċċju li jista’ jingħata għal persuna kull xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, in-numru ta’ persuni li qed jieħdu l-għajnuna għal mard magħrufa bħala l-SKA, jammonta għal 11,938 persuna. Dan l-ammont huwa maqsum skont l-ibliet jew villaġġi kif qiegħed jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rata ta’dan il-benefiċċju hija waħda fissa. Persuna waħedħa jew fejn waħda mill-konjugi ikun/tkun eleġibbli għal benefiċċju tal-mard, tirċievi €25.28 fil-ġimgħa, filwaqt li koppja miżżewġa li jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju, it-tnejn li huma, huwa ta’ €45.42 fil-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma s-seba’ membri fil-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali skont kif stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali (Kap. 468)? Jista’ jgħid min minn dawn il-membri huma maħtura minnu, min huma ż-żewġ membri li huma nominati mill-assoċjazzjonijiet reġistrati mal-Bord u min huwa l-ħaddiem soċjali nominat minn u minn fost l-istaff akkademiku permanenti responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tax-xogħol soċjali u l-politika soċjali fl-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jokkupaw din il-kariga kull membri ta’ dan il-bord?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skont ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23050, hawn 4,026 persuna li qed jirċievu Pensjoni għall-Invalidità, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-4,026 pensjonant kellhom żieda fil-pensjoni minima tagħhom mill-1 ta’ Jannar li għadda (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pensjonanti li qed jirċievu l-Pensjoni għal Invalidità, minbarra l-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, ħadu l-istess kif kienu jieħdu taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu trasferiment tal-valur tal-pensjoni tagħhom mis-sistema tas-sigurtà soċjali Maltija u għal dik tal-istituzzjonijiet Ewropej (Transfer In) u viċi-versa (Transfer Out) skont l-Avviżi Legali 17 u 120 tal-2012 u kemm minn dawn it-talbiet għadhom pendenti, sena b'sena sa mill-2012?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li talbu trasferiment tal-valur tal-pensjoni tagħhom mis-sistema tas-sigurtà soċjali Maltija għal dik tal-istituzzjonijiet Ewropej (tajjeb li niċċara li dan it-tip ta’ trasferiment jissejjaħ ‘transfer out’ u mhux ‘transfer in’ kif qed ikun indikat fil-mistoqsija), skont l-Avviż Legali 17 tal-2012, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
2012
2013
2014
2015
2016
Talbiet għal ‘transfer out’ skont AL17/2012
14
19
22
18
0
Talbiet għal ‘transfer in’
-
-
-
-
-
Talbiet pendenti
0
0
0
5
-
Tajjeb li niċċara wkoll li l-Avviż Legali 17 tal-2012, kif emendat minn Avviż Legali 61 tal-2013 ma jipprovdix għal ‘
transfer in
’, jiġifieri trasferiment mill-iskema tal-Unjoni Ewropea għal dik Maltija.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda talba għal trasferimenti taħt l-Avviż Legali 120 tal-2012.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – xogħol ta’ konsulenzi legali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23797 u jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu, sa fejn din kienet possibbli li tinġabar, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi qed jiġi rrapurtat li l-Gvern għażel numru ta’ siti li fuqhom se jibni appartamenti għall-kiri, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li ntgħażlu, kemm se jinbnew appartamenti f’kull każ, u f’liema każijiet diġà saru l-applikazzjonijiet mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? X’tenders ħarġu s’issa għal dan il-bini?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-siti li fuqhom se jkunu qed jinbnew appartamenti għall-kiri, li preżentament qegħdin fil-proċess li jiġu magħżula, se jkunu shortlisted għal 16; liema siti huma kollha koperti bil-permess tal-bini maħruġ mill-MEPA.
F’dan l-istadju, in-numru ta’ appartamenti għadu ma jistax ikun pubblikament żvelat peress li għadhom għaddejjin l-emendi fuq il-pjanti eżistenti u in-numru ta’ appartamenti jinbidel skont dawn l-emendi u l-għażla li finalement issir fuq is-siti. Ngħarraf lill-Onor. Interpallent li, sa issa, għadhom ma ħarġux
tenders
għal dan il-bini.
Jista’ l-Ministru jgħid liema pjanti ta’ appartamenti tal-Gvern li għalihom kienu diġà saru l-applikazzjonijiet, jew saħansitra ħarġu l-permessi, fil-fatt ġie deċiż li jinbidlu? X’kienu l-bidliet li saru f’kull każ? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn l-appartamenti, u f’kull każ meta ħarġu t-tenders?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-siti kollha li qegħdin jiġu kkunsidrati, kollha għandhom il-permess maħruġ mill-MEPA. Il-proċess ta’ tibdil fil-pjanti għadu għaddej u s’issa għadu ma nħareġ l-ebda tender. Madanakollu, il-mira hija li x-xogħlijiet jibdew din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża annwali biex iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità Intelletwali jopera? Hemm il-ħsieb li jinfetħu aktar Ċentri? Jekk iva, fejn sejrin jinfetħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors ta’ Parental Skills ġie organizzat is-sena l-oħra u fejn saru dawn il-korsijiet tant meħtieġa għall-ġenituri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sedqa organizzat 121 kors fuq parental skill, skont kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Burmarrad
1
Iż-Żurrieq
17
Il-Fgura
16
Il-Marsa
12
L-Imġarr
9
Santa Venera
18
Il-Ħamrun
14
Iż-Żejtun
10
Paola
1
Il-Qawra
8
B'Kara
5
Ir-Rabat
9
Floriana
1
Total
121
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Aġenzija Sedqa bdiet tħaddem ukoll programm, fuq bażi individwali, ma’ numru ristrett ta’ klijenti li huma wkoll klijenti tas-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal (Child Protection Service – CPS) tal-Aġenzija Appoġġ fejn hemm problemi ta’ abbuż minn sustanzi minn wieħed mill-ġenituri. Dan is-servizz huwa msejjaħ Your Parenting Journey, fejn sa issa bbenifikaw minnu 5 familji.
Ġie mniedi wkoll proġett pilota fil-Qawra, immirat lejn familji li kienu segwiti mis-CPS, bil-għan li dawn il-familji jiġu mgħejjuna jiksbu l-ħiliet (skills) meħtieġa biex irabbu lil uliedhom aħjar. Dan il-proġett pilota ġie msemmi Home Based Therapeutic Service (HBTS) u ħadu sehem fih 16-il familja, liema programm jingħata fuq ba¿i individwali, fejn it-terapija ngħatat fid-djar ta’ dawn il-familji. Issa li dan il-proġett pilota wasal biex jintemm, dawn il-familji se jibqgħu jiġu mgħejjuna permezz tal-Family Therapy Unit tal-Aġenzija Sedqa jew mill-Aġenzija Appoġġ, skont il-ħtieġa.
Finalment infakkar lill-Onor. Interpellant illi, il-ħaddiema soċjali fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, iwettqu xogħol siewi ta’ kuljum biex jgħinu u jsostnu lill-familji fid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fit-trobbija tal-ulied.
Problema fuq is-Servizzi Soċjali – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema fuq is-servizzi soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata fejn ġie spjegat lilu l-eleġibilità għall-benefiċċju soċjali li fuqu kellu problema l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jara li fuq il-website http://housingauthority.gov.mt/en/Pages/Schemes.aspx fejn fost oħrajn hemm applikazzjonijiet għall-persuni li jixtiequ japplikaw għall-iskema ta’ irranġar ta’ djar kif ukoll għall-Skemi għall-Persuni b’Diżabbilità jkollhom aċċess li jniżżlu l-applikazzjoni direttament kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż peress li hemm ilmenti li bħalissa hemm biss il-verżjoni tal-Ingliż?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn xahar ilu, minn fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar, wieħed seta' jibda jaċċessa l-applikazzjonijiet kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.