Sptar Ġenerali t'Għawdex -Renal Unit — Magni tad-Dialysis
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tiżdied magna oħra tad-dialysis fir-Renal Unit tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex peress li l-użu ta' din il-unit kompla jiżdied sew?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli illi t-tender gie aggudikat u l-abbozz tal-kuntratt huwa lest.
Jista' l-Ministru jara li jkun hemm aktar indafa u jinqata' t-trab mir-Renal Unit tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex u li ħaddiema li qed jaħdmu fuq kostruzzjoni fil-qrib tal-Renal Unit ma jgħaddux minn qalb il-pazjenti waqt li jkunu jieħdu t-treatment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-indafa kontinwa f`zoni klinikali hi procedura ta l-operat ta l-Isptar Generali t’ Ghawdex u ghalhekk qed jitiehud il-mizuri mehtiega biex jinzam dan il-livell ukoll fir- Renal Unit. L-amministrazzjoni tal-isptar m`hiex informata illi hemm xi haddiem tal-kostruzzjoni li qed jghdu min qalb il-pazjenti waqt li jkun hemm t-trattament.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ ksur ta’ liġi ta’ Trade Licensing fejn fil-bajja tal-Armier, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ta l-permess biex l-Enemalta tissupplixxi l-elettriku, kuntrarju għal dak stipulat fil-liġi tat-Trade Licensing lil żewġ hawkers li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta plc tagħti s-servizz ta’ provvista tal-elettriku temporanja lil dawk l-applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha speċifikati b’mod ċar fil-formola tal-applikazzjoni għall-dan is-servizz.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – użu ta’ credit cards pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma jekk hu jew xi membri fis-Segretarjat tiegħu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi li nħarġu f’ismu jew f’isem xi ħadd fis-Segretarjat tiegħu? Jekk fl-affermattiv min huma dawk awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards għal kull credit card minn Marzu 2013 u jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – entitajiet — użu ta’ credit cards pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jinforma jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi? Jekk fl-affermattiv min huma dawk l-entitajiet li huma awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards pubbliċi għal kull entità minn Marzu 2013 u jista’ jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża heavy fuel oil mill-BWSC fl-2013 (mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013), fl-2014 (mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014), u fl-2015 (mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari), kull sena b’mod separat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Enemalta Corporation u Enemalta plc – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħataw mill-Enemalta Corporation u minn Enemalta plc separatament mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, u ċjoè t-13 ta’ Lulju 2015, kif ukoll il-valur ta’ kull direct order li ngħatat, u lil min ingħatat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jaħdem fi ħdan waħda mill-istrutturi tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika jew jekk ġiex impjegat bħala position of trust? Jista’ jgħid meta ġie impjegat l-individwu (data preċiża) u f’liema skala taċ-ċivil hu impjegat? Jista’ jgħid x’inhi n-nomenklatura li għandu bħalissa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna msemmija jokkupa l-kariga ta’ Security Manager fl-Isptar Mater Dei. Il-persuna nvoluta bdiet tahdem fil-11 ta’ Mejju 2015 u l-paga tieghu hija ekwivalenti ghal dik ta’ skala 7.
Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – tindif ta’ kamra fit-tarf tat-triq
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17805, peress li dawn ir-rapporti ilhom isiru b’mod konsistenti għal iktar minn sentejn u nofs u peress li dan il-ħmieġ qiegħed jikkawża diversi mard kif indikat fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jara li din l-azzjoni tittieħed mill-aktar fis possibbli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru diversi spezzjonijiet minn ufficcjali tad-Direttorat ghas-Sahha Ambjentali biex tigi rizolta din is-sitwazzjoni, l-ahhar kuntatt mas-sid sar il-gimgha l-ohra fejn intlahaq qbil li l-ispezzjoni necessarja tal-fond ser issir din il-gimgha.
Foundation for Medical Services – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15622 u 14369, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-remunerazzjoni tal-Kap Eżekuttiv preżenti tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, inkluż il-valur tal-perkaċċi kollha li jikkwalifika għalihom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kap Eżekuttiv preżenti tal-FMS għandu salarju ta’ €57,000 filwaqt li l-Kap Eżekuttiv ta’ qablu fil-kuntratt oriġinali kellu €58,234 li eventwalment żdiedu b’10% għal €64,057.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Ħaddiema ingaġġati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar.
Ir-Rabat — sistema tad-drenaġġ - hamlet tal-Landrijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17610 u ċjoè: Issa li qiegħed issir id-drenaġġ mill-Baħrija sar-Rabat, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li s-sistema tad-drenaġġ titwassal ukoll fil-hamlet tal-Landrijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-parti li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant mhix parti mill-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, iżda qed tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat każ minn naħa tal-Enemalta ta' individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward meter tad-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — managers u supervisors
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġew appuntati managers u supervisors fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mill-1 ta' April 2013 sal-lum? Xi grad kellhom qabel ma ġew hekk appuntati? Kemm minnhom kienu storekeepersu saru managers jew supervisors?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn informazzjoni li għaddietli l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jirriżulta li fil-perjodu msemmi laħqu 4 managers ġodda. Kollha kemm huma kienu fi gradi ta’ Professional jew aktar, u ħadd minnhom ma kien storekeeper.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15891, jista’ l-Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari u ċjoè:
(a) Kemm kienet iż-żieda fil-pagi u salarji frott dawn iż-żidiet ta’ impjegati fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma; u
(b) Kemm minn dawn l-impjiegi ġodda saru wara sejħa pubblika u kemm le?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn is-sentejn taħt din l-amministrazzjoni kien hemm titjib sostanzjali fl-operazzjoni tal-Korpoarazzjoni għas-servizzi tal-ilma fejn minn waħda ta’ deficit li kien jammonta għal madwar 3 miljun Ewro fl-2012, u telf previst ta’ 5.8 miljun ewro fl-2013, dawwarna din is-sitwazzjoni u b’hekk il-finanzi ta’ din il-Korporazzjoni huma aktar sostenibbli.
F’dan il-perjodu wkoll, id-dejn tal-istess Korporazzjoni naqas bi 8 miljun ewro, fl-istess waqt li t-tariffi tal-ilma kemm għall-familji u n-negozji naqsu b’5%.
Fost it-titjib li sar mill-Korporazzjoni kien hemm it-tnaqqis tal-Infrastructure Leakage Index li huwa l-inqas wieħed f’dawn l-aħħar 20 sena. Dan juri kemm il-Korporazzjoni tejbet l-operat tagħha biex anke din ir-riżorsa tant important għal pajjiżna tkun użata b’mod għaqli.
Il-proġett biex jinbew polishing plants li permezz tagħhom nipproduċu dak li hu msejjaħ new water, ilma li jkun diġa użat, biex dan jerġa jintuża mill-industrija u l-agrikoltura, jinsab għaddej u l-Korporazzjoni qed taħdem ukoll fuq proġetti permezz ta’ fondi Ewropej, fosthom biex tnaqqas il-carbon footprint tal-impjant tar-reverse osmosis ta’ Pembroke.
Iżda apparati mill-proġetti lokali, il-Korporazzjoni qed tipparteċipa fi proġetti tal-Bank Dinji fejn qed tipprovdi servizzi ta’ konsulenza lill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq, proġetti li huma abbinati u mmexxija mill-Bank Dinji.
Il-Korporazzjoni qed taħdem ukoll ma’ istituzzjonijiet barranin fejn qed tesplora teknooġiji ġodda biex titjieb il-kwalità tal-ilma u d-distribuzzjoni.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għall-estimi tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-ilma li ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-impjegati tal-Engineering Resources Ltd li huma assenjati ma’:
(a) l-Enemalta plc;
(b) il-Ministeri/Dipartimenti tal-Gvern (u jelenka kemm hemm impjegati ma’ kull Ministeru/dipartiment partikolari;
(c) l-entitajiet oħra (u jelenka kemm hemm impjegati ma’ kull entità oħra)
(għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija parlamentari wieħed għandu jieħu d-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari.)
Jista’ jgħid kemm mill-impjegati li ġew assenjati mal-Ministeri/dipartimenti jew entitajiet oħra talbu huma biex jitilqu mill-Enemalta u kemm minnhom ġew mibgħuta direttament mill-management?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – nefqa ta’ petrol u diesel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17085 u jgħid kemm kienet in-nefqa f’petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu (kemm fil-qasam tal-enerġija kif ukoll fil-qasam tas-saħħa), inkluż id-dipartiment, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti breakdown skont il-pompi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li jinqdew mill-Berġa ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm drabi jkun hemm tabib li jattendi f'din il-berġa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mil-1 ta’ Jannar sa’ 31 ta’ Mejju ta’ 2015 inqdew 1,102 persuna mil-Berga ta’ San Pawl il-Bahar. Is-servizz ta’ tabib flimkien ma’ nurse jinghata, kull nhar ta’ Tnejn mid-9:30 sal-10:30 u kull nhar ta’ Gimgha mis- 7:30 sal-11:00.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm vandaliżmu fuq il-Monument tar-Repubblika ġewwa l-Marsa? Jekk iva, x kien il-vandaliżmu? Jista’ jikkonferma jekk id dawl tal-istess monument huwiex bil-ħsara? Jekk iva meta ser jiġi rranġat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-manutenzjoni tad-dwal indikati mhijiex responsabilta’ tal-Enemalta plc. Nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.