Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 sa 9 ta' Jannar 2014?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intraprizi Żgħar — skemi ta' rtirar kmieni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Segretarjat privat tiegħu, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ta’ Qali – Villaġġ tas-Snajja’ — bidliet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu l-bidliet li se jseħħu fil-villaġġ tas-snajja’ f’Ta’ Qali matul iż-żmien li ġej?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bidliet ikunu magħrufa ġaladarba jintemmu d-diskussjonijiet mat-tentants tal-Villaġġ u wara d-diskussjonijiet mal-MEPA.

12-il distrett Elettorali — Liċenzji kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ liċenzji kummerċjali li hemm reġistrati f’kull waħda mill-lokalitajiet tat-12-il distrett Elettorali? Jista’ jaqsam dan in-numru ta’ liċenzji skont il-ġeneru tan-negozju li hu liċenzjat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Freeport Corporation – kunflitt ta’ interess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li l-fatt li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġie maħtur direttur tal-Malta Freeport Corporation li hija l-entità regolatorja tal-attività li sseħħ ġewwa l-Port Ħieles, jistax joħloq kunflitt ta’ interess peress li l-individwu sa ftit taż-żmien ilu, kien konsulent tal-Malta Freeport Terminals Limited, li hija operatur tal-Port Ħieles, kif ukoll ta’ kuntrattur ewlieni li jaħdem ġewwa l-Port Ħieles f’xogħol marbut mal-port? Jista’ jgħid ukoll għalfejn l-istess individwu, minkejja li sa fejn ġie ppublikat, inħatar bħala direttur tal-bord u allura mhux f’pożizzjoni eżekuttiva, qiegħed jitlob għal u jara files personali tal-istaff tal-Malta Freeport Corporation?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

business licences

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema l-business licences hu mistenni li jitneħħew? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dan ifissirx li kull ħlas li jsir bħalissa għal dawn il-liċenzji se jitneħħa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Fil-preżent, id-Dipartiment tal-Kummerċ qiegħed jagħmel l-istudji neċessarji w jkun jista’ joħroġ l-informazzjoni mitluba aktar ‘il quddiem, jekk ikun il-każ.

Dipartiment tal-Liċenzji — ħlas ta' liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji li jitħallsu preżentement wara li nħarġu mid-Dipartiment tal-Liċenzji? Jista' jagħti tagħrif dwar kif inhuma mqassma lokalità lokalità dawn l-istess liċenzji? Minbarra dawn il-liċenzji, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx liċenzji oħra li jitħallsu għand dipartimenti governattivi jew awtoritajiet governattivi oħra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru tal-liċenzji kummerċjali li nħarġu għall-ħlas mid-Dipartiment tal-Kummerċ, u kemm minn dawn il-liċenzji tħallsu sa issa. Hemm entitiajiet oħra tal-gvern li għandhom l-obbligu li jilliċenzjaw u għalhekk, dawn għandhom jiġu mitluba jgħaddu l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħi ma għandhom l-ebda involviment dirett dwar il-Millenium Development Goals.

Pannelli fotovoltajiċi – stallazzjoni – għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-azjendi/kumpaniji/fabbriki li matul l-aħħar tmien snin gawdew mill-għajnuna finanzjarja biex stallaw pannelli fotovoltajiċi? F’kull każ kemm kien il-grant li ħa kull wieħed?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-Malta Enterprise tat assistenza matul l-aħħar tmien snin lil 139 azjenda/kumpanija biex stallaw pannelli fotovoltajiċi u ħallset somma totali ta' €8,153,217. L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħi hu uffiċjal fi skala 5. L-istess uffiċjal qed jingħata t-taħriġ neċessarju.

Servizz tal-Emerġenza 112 – sejħiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa telefonika kien hemm fuq is-servizz uniku Ewropew ta’ telefonati ta’ emerġenza fuq in-numru 112 bejn l-2011 sa Ġunju 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li bejn l-1 ta’ Jannar 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2013 kien hemm 1,346,480-il telefonata ta’ emerġenza fuq in-numru 112.

MCA – applikazzjonijiet għat-Trust-Mark u t-Trust-Online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-iskema trust-mark u l-iskema trust-online mal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni sabiex websites ikunu ċċertifikati li huma siguri għall-business online kif ukoll iservu ta’ serħan il-moħħ għall-konsumaturi li jagħmlu użu minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li bħallissa hemm 13-il sit elettroniku li għandu Trust-Mark eShop, li hi amministrata mill-Awtorita' ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni. L-Aworita' ma tamministra l-ebda skema bl-isem ta’ trust-online.

The Italy and Malta Oil and Gas 2013 Summit — delegazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża globali tal-membri kollha tad-delegazzjoni kollha li attendew u pparteċipaw f’The Italy and Malta Oil and Gas 2013 Summit li ttella’ bejn it-30 u l-31 ta’ Ottubru 2013, u fejn il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar kien wieħed mill-isponsors prinċipali? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż b’mod separat, ta’ akkomodazzjoni, flights, sponsorships, marketing u spejjeż oħra? Jista’ jgħid ukoll min kien kull persuna li tela’ għal din il-konferenza f’isem il-Ministeru tiegħu u l-Gvern Malti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5691.

Roaming Tariffs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm naqsu r-roaming tariffs f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jelenka jekk dan ir-roħs huwiex rifless fuq kull operatur li jopera ġewwa Malta? Xi pjanijiet hemm sabiex ir-roaming charges jorħsu aktar fil-futur qrib sabiex jibbenefika minnhom il-konsumatur?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Intrapriżi – inċentiv għal użu ta’ e-commerce

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inċentivi kien hemm bejn is-snin 2008 u 2012 għal dawk l-intrapriżi żgħar u kbar sabiex jinvestu u jwettqu e-commerce business jew bejgħ online? Kemm kien hemm individwi jew negozji li applikaw għal dan l-inċentiv? Jista’ jgħid jekk hux se jkun hemm pjan simili fejn jidħol l-e-commerce u tranżazzjonijiet online?

Response (CARDONA, CHRIS)

Skema - ERDF e-Business (3 Calls mill- 2009 – 2011) Applikanti totali- 224 Skema- Tax Credit (Electronic Commerce) Rules – Income Tax Act (Bdiet 2005 – skadiet 31/12/2008) Ċertifikati maħruġa- 378

Servizz tal-internet – klijenti abbonati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella ta’ kemm kiem hawn klijenti abbonati għal servizzi ta’ internet bejn l-2008 u Ġunju 2013? Jista’ jgħid jekk hemmx maħsub xi benefiċċju sabiex jgħin lil dawk il-familji li għandhom dħul baxx jagħmlu użu mill-internet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Servizz ta’ linji fissi – klijenti abbonati

Question

Jista’ l-Ministru kemm hawn klijenti abbonati fuq servizzi ta’ linji fissi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ż-żieda jew it-tnaqqis f’dan is-servizz mill-2008 sa Ġunju 2013? Jista’ jelenka wkoll kemm minnhom huma linji residenzjali kif ukoll għan-negozji?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Enterprise/Malta Industrial Parks – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6060 u jgħid x’inhi l-kariga tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fil-Malta Enterprise jew fil-Malta Industrial Parks? Jista’ l-Ministru jgħid kif din il-persuna ġiet ingaġġata, jekk hux b’għażla diretta, b’sejħa pubblika jew b’xi mod ieħor? Jista’ jagħti l-pakkett sħiħ ta’ ħlas u perkaċċi oħra li għandha din il-persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet maħtura bħala Deputy Chairman u CEO tal-Malta Industrial Parks. Din hija pożizzjoni ta’ fiduċja u għalhekk ma kienx hemm sejħa pubblika. Il-kuntratt ma jistax jiġi pprovdut għax huwa ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali