Peress li l-gvern preċedenti Laburista kien beda pjan ta' riabilitazzjoni tal-widien ħalli tikber il-ħażna ta' l-ilma ġiri bil-għan li l-prodotti agrikoli lokali jissaqqew b'ilma ġiri flok bl-ilma ta' l-irrigazzjoni, jista' l-Ministru jinfurmana liema huma dawk il-proġetti li saru matul l-1999 u 2000 sabiex jitkompla dan il-pjan?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li fil-files tal-Ministeru jew tad-Dipartiment tal-Biedja ma jirriżultax li kien hemm xi pjan ta' riabilitazzjoni tal-Widien ħalli tikber il-ħażna ta' l-ilma. Kien hemm proġett wieħed ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa u dan tlesta sa fejn kien ippjanat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Ministeru rabat l-esportazzjoni ta' l-2000 tunnellata Sante' ma' perijodu ta' erba' ġimgħat? X'jiġri jekk il-bdiewa ma tibqalhomx patata f'dan il-perijodu u min se jagħmel tajjeb għat-telf li jista' jkun kawżat?
Kemm minn din il-patata trid tinġarr fuq reefer trailer biex tasal fil-perijodu miftiehem u min se jagħmel tajjeb għad-differenza fil-prezz li tvarja l-esportazzjoni bikrija ta' l-Alpha li tinġarr b'container reefer?
Response (ZAMMIT, NINU)
Minħabba li s-Sante' tilħaq qabel l-Alpha, inħolqu żewġ swieq separati għal dawn iż-żewġ varjetajiet u sabiex dawn ma jfixklux in-negozju ta' xulxin fl-Olanda ikun hemm intervall ta' ġimgħa bejn l-egħluq tas-Sante' u l-ftuħ tal-Alpha.
Dan sar mhux biss biex ikunu jistgħu jiġu esportati 7,000 minflok 6,000 tunellata, kif kien miftiehem oriġinalment, iżda fuq kollox biex jiżdiedu l-prezzijiet tal-patata ta' Malta għall-benefiċċju ta' min ikabbarha.
It-tip ta' ġarr li jintuża biex tinġarr il-patata jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-mument u jekk il-patata titgħabbiex fuq road trailers jew containers dan ma jaffettwax il-prezz tagħha. Infatti filwaqt li l-prezz tal-Alpha huwa marbut mat-tunellaġġ dak tas-Sante' jiddependi mid-data fuq il-Bill of Lading jew tas-CMR, jiġifieri meta ikun telaq minn Malta.
Jista' l-Ministru jinformani x'tip ta' siġar huma protetti bil-liġi u kemm fin-numru jitqiesu bħala masġar? Jista' jikkonferma wkoll jekk speċifikament is-siġra tal-prinjol tistax tiġi maqlugħa u mħawla f'post ieħor meta tikkonsidra li jkollha tant żmien u li ħafna esperimenti ta' dan it-tip ma arnexxewx?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Att Legali 12 ta' 2001 maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent bi ftehim mal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd jipproteġi siġar lokali li jikkonsistu fi 11 il-ġimnospermi u 45 il-anġjospermi fi skeda I u skeda II li tinkludi kemm siġar imħarrsa u kif ukoll dawk imħarrsin strettament. Din il-liġi "masġar" tfisser dawk l-inħawi fejn jikbru mhux anqas minn għoxrin siġra, sew jekk dwan jikbru b'mod naturali, sew jekk ikunu tħawlu, kemm fuq art pubblika kemm fuq art privata. It-trasferiment tas-siġar tal-prinjol ġeneralment jirnexxi l-iktar meta dawn ikunu għadhom żgħar kemm fl-eta' kif ukoll fid-daqs, biss jiddependi wkoll minn fatturi ta' tip ta' ħamrija li tinsab fiħ is-siġra, xi stress jew mard li tkun għaddiet minnu u l-kura li tingħata wara li terġa' tiġi mħawwla. M'hemm l-ebda regola ġenerali fuq is-suċċess li jista' jinkiseb minn dan l-eżerċizzju għax prattikament kull każ irid jiġi trattat skond il-meriti tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar pagament ta' l-overtime tal-biċċiera fil-biċċerija? Kemm jammonta f'ċifra ta' flus l-overtime dovut lil dawn il-ħaddiema? Meta se jsiru l-pagamenti dovuti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi:
i. l-aħħar pagament ta' l-
overtime
tal-biċċiera li jaħdmu l-
Beef Intervention Scheme
kien f'Marzu 2000;
ii. l-ammont ta' pagamenti tal-overtime b'lura huma Lm17,357.95;
iii. qegħdin isiru l-arranġamenti biex il-pagamenti tal-overtime isiru fl-iqsar żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas diġa' overtime lill-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-flus ivvotati fl-estimi ta' din is-sena? Kemm minnhom tħallsu f'arretrati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-overtime li tħallas lill-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd, mill-flus ivvotati fl-estimi ta' din is-sena, jammonta għal Lm5,085.15. Minnhom Lm1,812.83,0 kienu f'arretrati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-kwantita' ta' ċanga ta' 30 xahar, 24 u 18-il xahar li ġiet importata wara li l-gvern ħareġ ir-regoli ta' kontroll fuq l-importazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, lokalment, qatt ma ġie ffissat il-limitu ta’ eta' ta’ tletin xahar bħala l-eta' tal-qatla taċ-ċanga impurtata.
L-ewwel limitazzjoni, jiġifieri fl-14 ta’ Novembru 2000, kienet dik fuq ċanga impurtata minn Franza, li permezz tagħha ma kienetx titħalla tidħol ċanga f'pajjiżna minn dan il-pajjiż, li jkollha iktar minn 24 xahar meta nqatlet. Ġew importati 19,932 kilogramma maqtula taħt l-24 xahar.
Fil-15 ta’ Jannar 2001, ġiet illimitata l-importazzjoni kollha taċ-ċanga f’pajjiżna għal eta ta’ qatla maqtula taħt it-18-il xahar. Skond l-aħħar informazzjoni li għaddewli mid-Dipartiment tas-Servizzi Veternarji, ġew importati 51,666kgs ċanga maqtula taħt it-18-il xahar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-kwantita' taċ-ċanga ta' fuq minn 30 xahar żmien li ġiet importata lokalment qabel ma nħarġu r-regoli ta' kontroll fuq l-importazzjoni? X'kontrolli qed isiru biex ikun assigurat li din iċ-ċanga mhux se toħroġ għall-bejgħ? X'kumpens se jagħti l-gvern lill-importaturi lokali li nnoċentement inqabdu f'din il-problema li ġabet magħha l-marda tal-BSE fil-gżejjer tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi sa meta ġew introdotti l-kontrolli fuq l'eta tal-qatla tal-laħam impurtata, kemm f'Malta kif ukoll f'pajjiżi oħra, ma kienx ikun hemm distinzjoni ta' l-eta fuq laħam ħlief fil-każ tal-vitella. Nfakkar li r-riskju fil-każ ta' laħam impurtat (jiġifieri l-muskoli) huwa limitat ħafna u negliġibli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li sarilhom is-survey agriekoloġiku bejn l-1999 u 2000? X'ġara mill-informazzjoni ta' madwar 300 bidwi li kienet inġabret mill-amministrazzjoni preċedenti sabiex isirilhom dan il-proċess? Kemm minn dawn il-bdiewa tlestitilhom din l-analizi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-survey agri-ekoloġiku li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien biss pilot project li sar bil-ħsieb li l-bdiewa nvoluti f'dan il-proġett ikollhom informazzjoni dwar il-proprjetajiet tal-ħamrija fir-raba tagħhom.
Dawk il-bdiewa kollha li jixtiequ jkollhom informazzjoni bħal din jistgħu jagħmlu użu mis-servizz ta' analiżi tal-ħamrija li jingħata mill-laboratorju tad-Dipartiment tal-Biedja.
Fil-fatt fl-1999 u fl-2000 ġew analizati l-fuq minn 1500 kampjun ta' ħamrija.
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ħsieb jew ħtieġa li jsir xi survey agri-ekologiku speċifikament għal dawk il-bdiewa li jesportaw il-patata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa li ġew intervistati sabiex isir l-ewwel rapport tas-survey agriekoloġiku bejn l-1999 u sena 2000?
Kemm minn dawn il-bdiewa jkabbru patata għall-esportazzjoni? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema responsabbli minn dawn l-ntervisti u testijiet xjentifikiċi li saru lill-bdiewa bejn l-1999 u 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23827.
Jista' l-Ministru jinfurmana meta sar l-aħħar pagament tal-Beef Intervention Scheme (BIS) lir-raħħala Maltin u Għawdxin? Kemm jammonta l-pagament b'lura li għandhom jieħdu r-raħħala Maltin?
Kemm jammontaw il-pagamenti b'lura tal-BIS li għandhom jieħdu r-raħħala Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li talab hija kif ġej:
1. L-aħħar pagament sar f'Marzu 2000
2. Il-pagamenti b'lura jammontaw għal Lm400,424.59
3. Ir-raħħala Għawdxin qegħdin pagamenti b'lura ta' Lm9460.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qatla taċ-ċanga lokali, f'irjus u tunnellaġġ, għax-xahar ta' Diċembru u Jannar ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess xahar għas-sena preċedenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li talab tinstab fit-tabella hawn taħt:
Heads kgs
Dicembru 2000 311 87049
Jannar 2001 386 99392
Dicembru 1999 442 123118
Jannar 2000 633 171856
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtrat ċanga lokali bl-iskema tal-Beef Intervention Scheme għax-xhur ta' Diċembru u Jannar ta' din is-sena? Kemm minnha nbiegħet u kemm minnha tinsab maħżuna fil-cold rooms tal-biċċerija?
Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-istess xhur preċedenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li talab tinstab fit-tabella hawn taħt:
XIRI
Dicembru 1999 26944 kgs Dicembru 2000 25200 kgs
Jannar 2000 57585 kgs Jannar 2001 49045 kgs
BEJGĦ
Dicembru 1999 34879 kgs Dicembru 2000 11247 kgs
Jannar 2000 11247 kgs Jannar 2001 6519 kgs
Jista' l-Ministru jgħid kemm għoliet is-soya bean matul is-sena 2000? X'kumpens ta l-gvern sabiex jissusidja l-prezz għoli tas-soya bean?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant diġa tajta lilu stess fir-risposta għal-Mistoqsija Parlamentari Numru 22932 fil-31 ta' Jannar, jiġifieri ġimgħatejn u nofs ilu. Ġentilment nitlob l-Onor. Interpellant biex jaqra r-risposti tad-domandi li jkun għamel hu stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' apprendisti biċċiera li daħlu fil-biċċerija? Min huwa l-uffiċjal inkarigat mit-taħriġ ta' dawn l-apprendisti? Minn liema lokalita' ta' Malta u Għawdex jiġu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' apprendisti biċċiera huma ta' 12. It-taħriġ tagħhom hu f'idejn l-ETC b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju.
Il-lokalita huma minn fejn ġejjin: Għargħur, Marsa, Qrendi, Żurrieq u Victoria (Gozo).
Infakkar lill-Onor. Interpellant illi l-ħruġ ta' l-applikazzjonijiet kienet għal kulħadd u kull min applika ġie aċċettat għall-apprendistat.
Mill 1994 'l hawn kemm intefqu flus mill-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu f'xogħlijiet u f'liema lokalitajiet saru u meta saru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23699 fejn spjegajtlu li fis-sistema preżenti m'hemmx records ta' informazzjoni speċifika dwar infieq ta' flus f'lokalitajiet differenti.
Fid-dawl ta' l-ilmenti li qed jasluli li ħafna mill-karozzi self-drive tal-Ministeru qed jintużaw fil-weekend, jista' l-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni?
Jista' jinfurmani fil-fatt kemm huwa n-numru ta' karozzi self-drive fil-mument li għadhom mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti?
Jista' jagħti breakdown kemm kienet in-nefqa għal-fuel ta' dawn il-karozzi matul is-sena li għaddiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta’ karozzi self-drive li fil-mument għandu mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu huma 23. Dawn huma mqassma kif ġej bl-ispiża tal-fuel għas-sena 2000 fejn kull karozza.
Ministeru (Segretarjat)
Sewwieq
Spiż
a totali għ
as-sena 2000
diversi
Lm569
diversi
Lm570.33
Anthony Mifsud - Ass. Private Secretary
Lm427
Ministeru (Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti)
Sewwieq
Spiż
a totali għ
as-sena 2000
diversi
Lm286.14
Dipartiment tal-Policy and Planning
Sewwieq
Spiż
a totali għ
as-sena 2000
Dr Nicholas Bonanno (Direttur)
Lm243.10
Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura
Sewwieq
Spiż
a totali għ
as-sena 2000
diversi
Lm608.74
Konsulent
Lm500.58
Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji
Sewwieq
Spiż
a totali għ
as-sena 2000
diversi
Lm441.32
diversi
Lm92.00
Sezzjoni (Poultry)
Din bdiet tinkera mill-25/1/01
Dipartiment ta’ l-Agrikoltura
Sewwieq
Spiż
a totali għ
as-sena 2000
George Carbone (Officer in Grade 4)
Lm1063.81
Sezzjoni Animal Husbandry
Lm237.49
Sezzjoni Animal Husbandry
Lm266.58
Sezzjoni Urban & Rural Landscaping
Lm460.30
Sezzjoni Urban & Rural Landscaping
Lm685.92
Sezzjoni Urban & Rural Landscaping
Lm830.37
Sezzjoni Maintenance
Lm478.62
Sezzjoni Maintenance
Lm443.11
Sezzjoni Maintenance
Lm571.06
Sezzjoni Land & Water -G.I.S. Agricultural Survey
Lm375.87
Sezzjoni Plant Health (PBC)
Lm345.58
Sezzjoni Plant Health (Lab.)
Lm93.13
Sezzjoni Potato Export
Lm275.33
Il-karozzi li huma allokati fis-sezzjonijiet jintużaw fil-weekends skond il-ħtiġijiet tas-servizz li jistgħu jinqalgħu. Fil-każijiet fejn l-uffiċjali kkonċernati għandhom id-dritt għall-użu tal-karozza anke fil-ħin personali tagħhom, din qed tiġi nkluża bħala fringe benefit.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-arranġamenti li saru bejn il-Gvern Malti u l-EU dwar min se jħallas l-ispejjeż tal-biċċerriji lokali kif rapportati fil-ġurnal The Times of Malta, il-Ħames 15 ta' Frar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku li jimmarka dak il-paragrafu fejn qiegħed jallega dak li ddikjara f'din il-mistoqsija.
Jirriżultalu l-Ministru li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, filwaqt li titħallas transport allowance , għandha karozza self-drive u tieħu l-petrol minn flus tad-dipartiment konċernat? Jekk huwa l-każ, kemm kien il-ħlas tat-transport allowance u kemm kien f'ċifra il-petrol li ntuża abbużivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Le ma jirrizultalix hekk. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant huma konformi ma’ l-informazzjoni li diġa tajt fir-risposta parlamentari numru 11536, skond id-dokument “Engagement of Staff for Private Secretaries”.
Il-karozza li jagħti d-dettalji tagħha l-Onorevoli Interpellant hija waħda minn żewġ karozzi li mikrija għall-użu ġenerali tas-segretarjat tiegħi, dejjem skond il-proviżjonijiet tad-dokument imsemmi hawn fuq.
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari nru. 23583 peress li l-impjant ta' Sant Antnin ilu wieqaf għall-aktar minn 20 ġurnata b'detriment għall-bdiewa ta' Ħaż-Żabbar u Żejtun li qed ibatu l-konsegwenzi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m'għandi xejn xi nżid mar-risposta li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23583 fis-seduta tas-16 ta' Frar 2001.