B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9076, tista’ l-Ministru tgħid jekk id-diskussjonijiet li bdew iktar min-sena ilu dwar l-amalgamazzjoni ta’ laboratorji ġewx konklużi u jekk fl-affermattiv tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan ir-rapport?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif informajtha fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija li qed tirreferi għaliha, aktar informazzjoni tingħata mill-Ministeru meta jkun il-waqt.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għall-liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tagħha? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għall-liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għall-liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.
MCCAA – trasferiment ta’ responsabilitajiet mingħand il-MEPA
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-responsabilitajiet li dan l-aħħar għaddew mingħand il-MEPA għall-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista’ tgħid jekk kienx hemm trasferiment ta’ uffiċjali mill-MEPA għal mal-MCCAA u jekk fl-affermattiv kemm kien in-numru ta’ dawn l-uffiċjali? Tista’ tgħid ukoll ma’ liema entità fl-MCCAA ngħaqdu?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-setturi li għaddew mingħand il-MEPA għall-MCCAA huma:
·
Regulation 850/2004 on Persistent Organic Pollutants;
·
Stockholm Convention on Persistent Organic Pollutants;
·
Regulation 842/2006 on certain fluorinated greenhouse gases and relevant implementing acts;
·
Regulation 689/2008 concerning the export and import of dangerous chemicals;
·
Rotterdam Convention on the Prior Informed Consent Procedure for Certain Hazardous Chemicals and Pesticides in International Trade and its amendments;
·
Regulation 1005/2009 on substances that deplete the ozone layer;
·
Montreal Protocol on Substances that Deplete the Ozone Layer and its amendments;
·
Shared Responsibility for the Minamata Convention on Merury;
·
Part of the Directive 2000/53 on End-of-Life of Vehicles;
·
Part of the Directive 94/62 on packaging and packaging waste;
Filwaqt li ma kien hemm ebda trasferiment ta’ uffiċċjali mill-MEPA, għaddej il-process ta’ ngaġġjar ta’ numru ta’ uffiċċjali għal mad-diviżjoni għar-regolamenti tekniċi.
MCCAA – trasferiment ta’ responsabilitajiet mingħand il-MEPA – tibdil fil-liġi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm bżonn ta’ emendi fil-liġi tal-MEPA u dik tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) meta għaddew responsabilitajiet mingħand il-MEPA għall-MCCAA? Tista’ tgħid jekk kienx hemm trasferiment ta’ fondi mill-baġit tal-MEPA għal dak tal-MCCAA meta seħħ dan it-trasferiment?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma kien hemm ebda bzonn ta’ emendi fl-Atti li jistabbilixxu lill-MEPA u lill-MCCAA sabiex jiġu trasferiti dawn ir-responsabilitajiet. L-Awtoritá ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur żdiedula l-fondi b’100,000 ewro sabiex tkun tista’ tassumi dawn ir-responsabilitajiet ġodda.
Uffiċċju taċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar ta’ Malta
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma li parti mill-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament issa qiegħda takkomoda wkoll liċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinnhar ta’ Malta? Tista’ tgħid min ħa din id-deċiżjoni u għal-liema perijodu ċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinnhar ta’ Malta se jkun qed jokkupa din il-binja? Tista’ tassigura lill-impjegati li l-Uffiċċju taċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinnhar ta’ Malta se jkun qed jintuża biss sabiex ikun jista’ jaqdi r-rwol tiegħu bħala chairman tal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinnhar ta’ Malta u għall-ebda skop ieħor? Tista’ tassigura lill-impjegati li jekk jirriżultalha bil-kontra hija għandha s-setgħa li tordna li din il-parti tal-binja terġa’ tirritorna għand l-Awtorità?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Kunsill Konsultattiv imsemmi se jimxi għal uffiċċini adekwati sakemm jitlesta il-post indikat minn fejn għandu jopera. Dan huwa arranġament temporanju u se nkunu qed nagħmlu użu minn spazju li qed inħallsu prezz ogħli għalih (skond il-kuntratt li għamel il-Gvern preċedenti) u li ma kienx qed jintuża.Nitlob lil Onor Interpellanta tgħid għal xhiex qed tallega meta tgħid “u għall-ebda skop ieħor”.
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni – Direttur Ġenerali u Direttur – riżenja mill-MCCAA
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma li l-persuni li kienu jokkupaw il-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali u Direttur fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni rriżenjaw minn mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jekk huwa l-każ, tista’ tgħid meta rriżenjaw mill-karigi rispettivi tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Il-persuna li kienet tokkupa il-post ta’ Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni nnotifikat lill-Awtoritá bir-riżenja tagħha fid-29 ta’ Lulju 2014 waqt li l-persuna li kienet tokkupa il-pożizzjoni ta’ Direttur fl-istess uffiċċju għamlet dan fl-1 ta’ Lulju 2014.
Tista’ l-Ministru tikkonferma li bħalissa qed isir eżerċizzju għall-emendi fil-liġi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista’ tikkonferma jekk dawn l-emendi humiex se joħorġu għall-konsultazzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor.Interpellanta li għaddejjin diskussjonijiet interni dwar tisħiħ fl-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Fejn ikun hemm bzonn ta’ emendi legali dawn jitpoġġew għall-konsultazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent x’tip ta’ għajnuna kemm finanzjarjament, materjalment jew mod ieħor qed tingħata mill-Gvern lill-għaqdiet tal-konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Għaqda tal-Konsumaturi – Malta qed tagħmel użu ta’ Uffiċċju, servizz ta’ l-internet u linja tat-telefon imħallsa mill-gvern. Filwaqt ukoll li l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur m’għandu l-ebda talba pendenti għall-għajnuna mingħand xi Assoċjazzjoni tal-Konsumaturi.
Fl-eventwalità li jseħħu xi casualties riżultat ta’ inċidenti tan-nar f’postijiet pubbliċi, tista’ l-Ministru tgħid min hi/huma l-entità/entitajiet responnsabbli li tipproċedi/jipproċedu kriminalment, ċivilment u anke minn perspettiva ta’ health and safety kontra l-persuna/organizzazzjoni responnsabbli?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li jekk l-inċident huwa dovut minn nuqqas ta’ konformitá ta’ prodott partikolari ma’ liġijiet ippubblikati skond l-Att għas-Sigurta tal-Prodotti, d-Diviżjoni għar-Regolamenti Tekniċi fi ħdan l-Awtoritá Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur hija responsabbli li tieħu azzjoni fuq il-prodott u fuq min poġġa dak il-prodott fis-suq. Kull azzjoni ġuridika li tittieħed issir taħt il-kodiċi kriminali.
Fl-eventwalità li jseħħu xi casualties riżultat ta’ inċidenti tan-nar f’post li support kellu fire protection system adegwata stallata (kemm jekk il-post huwa wieħed pubbliku u kemm jekk il-post huwa wieħed privat), tista’ l-Ministru tgħid min hi/huma l-entità/entitajiet responnsabbli li tipproċedi/jipproċedu kriminalment, ċivilment u anke minn perspettiva ta’ health and safety kontra l-persuna/organizzazzjoni responnsabbli?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li fil-futur qarib jsir xi tibdil fil-leġiżlazzjoni li hemm in vigore bħalissa bil-għan li s-settur tal-fire health and safety jiġi streamlined?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista’ tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li entitá waħda biss (Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza), li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi, għamlet użu mis-servizzi tal-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament. Ix-xogħol li ngħata kien provvista ta’ gender audit. Permezz ta’ din is-sejħa, il-kumpanija msemmija provdiet gender audit għal għadd ta’ kodiċi u atti u l-leġiżlazjoni sussidjarja tagħhom fl-isfond tal-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi (Gender Mainstreaming). Il-ħlas kien jammonta għall-€122,163.99 mingħajr it-taxxa fuq valur addizzjonali. Ix-xogħol ingħata wara sejħa għall-offerti CT2239/2006.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-MCCAA biex jiġi vverifikat li l-pompi tal-petrol qed jagħtu ammont ta' fuel li jkun ekwivalenti għall-ammont li jkun qed jitħallas? Kemm kien hemm każijiet, jekk kien hemm, li nstab li fil-fatt kien qed jingħata fuel inqas minn kemm kien qed iħallas għalih il-klijent? X'passi ttieħdu f'dawn iċ-ċirkostanzi, u kemm kien hemm persuni li nstabu ħatja, wara li ttieħdu dawn il-passi?
Response (DALLI, HELENA)
B’riferenza għad-domanda li saret mill-Onor Interpellant, jiena nfurmata li sar eżerċizzju sħiħ ta’verifika tal-pompi kollha tal-petrol bejn l-2012 u l-2013. Dan kien eżerċizzju primarjament sabiex jiġu nfurmati aħjar is-sidien tal- pompi fuq il-kwalitá tal-kejl. Dawk il-pompi kollha li nstabu li kienu qed jagħtu kejl nieqes ġew ikkorreġuti u ssiġillati mill-ġdid sabiex il-volum lill- klijenti ma jvarjax b’izjed minn 10ml għal kull 20 litru mgħoti. Ebda proċeduri legali ma kienu meħtieġa jew ittieħdu.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – disinn ta’ fire systems
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema unit fi ħdan l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà hi involuta fid-disinn ta’ fire systems (inkluz fire doors) li jkunu se jiġu stallati? Xi kwalifiki għandhom il-ħaddiema li qegħdin jagħmlu dan?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – monitoring tal-istallazzjonijiet tal-fire system
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema unit fi ħdan l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà hi involuta fil-monitoring tal-istallazzjonijiet tal-fire systems (inklu¿ fire doors)? Xi kwalifiki għandhom il-ħaddiema li qegħdin jagħmlu dan?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – commissioning ta’ fire systems
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema unit fi ħdan l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà tiġi involuta fil-commissioning ta’ fire systems (inkluż fire extinguishers) li jkunu ġew stallati? Xi kwalifiki għandhom il-ħaddiema li qegħdin jagħmlu dan?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.
Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà – regoli tal-Unjoni Ewropea dwar Fire systems
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ kontrolli hemm mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà sabiex tassigura li l-regoli tal-Unjoni Ewropeja dwar fire systems qegħdin jiġu osservati f’pajjiżna?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.