Enemalta Corporation — Health and Saftey Regulations
Question
Il-Ministru huwa konxju li fil-korporazzjoni enemalta qed isiru abbużi serji tal-health and safety regulations li qed jiġu aċċettati u difiżi kemm mill-management u l-GWU li qed jaqbżu għall-ħaddiema li jiksru dawn ir-regolamenti? Huwa l-każ li l-health and safety authority tiġi mgħarrfa b'dawn l-abbużi kostanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili aktar dettalji, anki b'mod kunfidenzjali jekk irid, biex inkun nista ngħaddi l-informazzjoni lill-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għall-investigazzjonijiet meħtieġa.
Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa in-numru ta' persuni li għandhom applikazzjoni pendenti għall-housing soċjali bħalissa u kemm inqdew din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 3194 applikazzjoni pendenti u ġew allokati 89 post din is-sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni b'diżabilita` li ngħataw xogħol/impjieg mas-settur privat u/jew il-gvern u l-korporazzjonijiet jew entitajiet oħra tiegħu matul dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu għomja u x'etajiet kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba, skond ir-rekords tal-Korporazzjoni għax-Xogħol uTaħriġ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol f'Malta u Għawdex separatament? Kemm mill-każi kienu rapportati mill-ħaddiema taċ-ċivil u kemm mis-settur privat? Kemm kienu nisa u kemm irġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol rappurtati bejn Jannar u Settembru 2002. Rigward il-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 34935 u 35257 f'Seduta Numru 738 u 790 rispettivament.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex il-pesuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sa ftit ilu kien jaħdem il-Libja, jibda proċeduri għall-boarding out?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħħa.
Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm-il unit għal bejgħ ħarġet l-awtorita` tad-djar f'din l-aħħar issue u kemm minnhom kienu diġa` ħarġu fl-issue ta' qabel? Kemm kien hemm minn dawn li kienu allokati? X'inhija r-raġuni li dawk li jkunu applikaw, iżda ma jiġux allokati housing unit għax-xiri, ma jiġux imsejħa f'ordni ta' priorita` meta jiġi rifjutat xi unit li jkun ġie allokat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, taħt Avviż Legali Numru 67, l-Awtorita' tad-Djar ħarġet total ta' 195 unit f'Malta u Għawdex. Minn dawn il-units 79 kienu ħarġu qabel taħt Avviż Legali Numru 66 u 48 minnhom kienu ġew rifjutati wara l-allokazzjoni.
Skond il-kondizzjonijiet elenkati fl-Avviż, l-Awtorita' iżżomm lista ta' riżerva għal perijodu ta' tlett xhur. F'dan il-perijodu l-Awtorita' tkompli talloka l-units skond l-ordni tal-punti miġjuba. Meta jiskadu dawn it-tlett xhur, tispiċċa l-validita' tal-lista ta' tiżerva u l-units li ma jkunux ġew allokati jinħarġu għall-bejgħ b'Avviż sussegwenti.
Allowance għal tfal ta' 16-il sena li għadhom l-iskola
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti li jagħmlu familja eliġibbli biex tfal ta' 16-il sena li għadhom l-iskola jieħdu l-allowance
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-Allowance tat-Tfal tibqa' titħallas fil-każ ta' dawk it-tfal bejn is-sittax u l-wieħed u għoxrin sena, jekk dawn ikunu jattendu l-iskola full-time u ma jirċevux l-ebda forma ta' remunerazzjoni. Din l-Allowance titħallas ukoll lill-persuni li qegħdin jireġistraw għall-ewwel darba fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru ta' l-Impiegi u qatt ma kienu ħadmu qabel.
F'dawn il-każi r-rata ta' l-Allowance tkun ta' 1.5% tad-differenza bejn id-dħul kollu tal-familja u l-ogħla dħul biex tikkwalifika għall-Allowance tat-Tfal, jiġifieri Lm10,270. Fejn id-dħul tal-familja tkun anqas minn Lm2,770, l-ammont li jitħallas jinħadem bl-istess persentaġġ daqs li kieku d-dħul tal-familja kien ta' Lm2,770. Fejn applikabbli kif imsemmi hawn fuq, l-anqas rata ta' Allowance li titħallas hija ta' Lm1 fil-ġimgħa jew Lm52 fis-sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħet il-welfare commision mindu twaqqfet? Kemm-il darba ltaqgħet taħt iċ-Chairman is-Sur Galdes? Kemm il-darba ltaqgħet taħt iċ-Chairman is-Sur Schembri? X'kienu d-dati ta' dawn il-laqgħat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36511 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u jgħid jekk id-detox hiex se tiġi trasferita f'post ieħor? Jekk fl-affermattiv, fejn? Jikkunsidra l-Viċi Prim Ministru li d-detox m'għandhiex tiġi trasferita f'area residenzjali oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma hemmx il-ħsieb li ċ-Ċentru tad-Detox jiġi trasferit għal xi post ieħor.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi stallat il-lift fi blk B1 Housing Estate Pieta' peress li r-residenti ta' dan il-Block ilhom żmien konsiderevoli li applikaw. (fl HAV I5/2000)
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq kostruzzjoni ta' lift shaft fi Blokk B1, Housing Estate Pieta' beda. Sadanittant ġie ordnat il-lift.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar l-istallazzjoni ta' lifts f'
i) 80 Triq San Nikola Valletta
ii) 7, Pjazza Mattia Preti Valletta
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li sejħa għall-offerti għall-installazzjoni ta' lift f'numru 80, Triq San Nikola, l-Belt, għalqet u l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li jingħata l-kuntratt għax-xogħol.
Fil-każ ta' Blokk 3, Pjazza Mattia Preti, l-Belt, l-Awtorita' tad-Djar għamlet applikazzjoni lill-Awtorita' għall-Ippjanar u l-Ambjent biex jinbena lift shaft f'bitħa biswit il-blokk. Sadanittant qed jiġu preparati d-dokumenti għall-ħruġ tas-sejħa għall-offerti.
Bħala Ministru responsabbli mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u responsabbli wkoll minn nisa, jista' il-Ministru jidħol fil-każ tal-grupp żgħir ta' pulizija nisa li ġew infurmati li ma jistgħux ikomplu jaħdmu fuq sistema ta' sigħat imnaqqsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. interpellanti li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tal-Korp tal-Pulizija huma regolati bl-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta u mhux bil-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg.
Ninsab infurmat li b'dan kollu d-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta' għamel rappreżentazzjonijiet dwar il-każ ma' l-awtoritajiet tal-Pulizija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' swat fid-dar irrappurtati din is-sena? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma skond l-etajiet tal-vittmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' każijiet ta' swat fid-dar rappurtati lill-Aġenzija Appoġġ, din is-sena sa l-aħħar ta' Ottubru, kien ta' 301.
L-istatistika mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Għar-rigward tal-units li ħarġu għall-bejgħ mill-Awtorita' tad-Djar permezz tal-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Ottubru 2002, u cioe' appartamenti f'Bugibba, Fgura, Kirkop, Imqabba, Msida, Naxxar, Pembroke, Qawra, Qrendi, Safi, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Żebbuġ, Żurrieq; Djar f'Birżebbugia, Fgura, Imqabba; Maisonettes f'Għawdex fil-Qala, Victora, Xewkija; Maisonettes f'B'Kara, Kirkop, Mellieħa, Mosta, Imqabba, Pembroke, Qrendi, Safi, Żabbar; u dan fil-konfront tad-diversi units mibnija fuq diversi siti f'diversi toroq, jista' l-Ministru jgħid a) meta nħarġet il-letter to start work fuq l-istess siti hemm indikati, u b) kemm kien l-ammont individwali fuq kull sit attwalment imħallas sabiex inbnew l-istess (mhux dak li bih ġew awarded it-tenders)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet li bħalissa għandhom skemi ta' irtirar kmieni? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li għamlu użu minn din l-iskema u f'liema entita' kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-familji f'Malta u Għawdex li jinsabu jgħixu f'bini kundannat bħad-dettalji tal-każ li qed jintbagħat separatament, jista' l-Ministru jinfurmani kemm huma n-numru ta' każijiet simili li fil-mument huma nformat bihom id-dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali? Kemm minn dawn il-każijiet ġew rimedjati u/jew saru xogħlijiet fil-bini sabiex jitneħħa l-periklu li jkunu qed jgħixu qed jgħixu fiħ ir-residenti in kwestjoni.
Meta se jkun rimedjat il-każ li d-dettalji dwar qed jitbagħtu separatament sabiex ikun evitat l-periklu in kwistjoni nkluż xi aċċident fatali.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi għad baqa 219 applikazzjoni fejn l-applikanti ddikjaraw li għandhom periklu. L-applikanti mhux soltu jinfurmaw lid-Dipartiment jekk ikunu neħħew il-periklu. Il-każ speċifiku li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jiġi proċessat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti li tinstab akkomodazzjoni xierqa għal single mother b'tarbija ta' tliet snin li toqgħod fil-post indikat li ġie spezzjonat mid-dipartiment tad-dar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat ma' oħrajn simili.
Jista' il-Ministru jgħid separatament, fil-preżent, f'Malta u Għawdex kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u self employed fl-industrija tal-petrol/chemicals u minerals?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, skond ir-rekords tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, fl-aħħar ta' Ġunju 2002, f'Malta kien hawn l,175 impjegat u 9 persuni self-employed filwaqt li f'Għawdex kien hawn 2 impjegati li kienu jaħdmu fl-industrija tal-manifattura tal-petrol/chemicals u minerals.