Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħlu l-isptar (Malta u Għawdex) kawża ta' overdose sena b'sena, separatament f'dawn l-aħħar għaxar snin? F'kull każ kemm irġiel u kemm nisa? Kemm kien hemm persuni fuq is-60 sena minn dawn il-każi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' suwiċidju sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? Din l-istatistika kif tipparaguna mad-data ta' numru ta' suwiċidji f'pajjiżi oħra fl-Ewropa (Eurostat)? Kemm minn dawn il-każi kienu taħt kura psikjatra u kemm kienu pazjenti fl-isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħlu l-isptar San Luqa sena b'sena separatament f'dawn l-aħħar għaxar snin b'każi ta' attempted suicide (parasuicide)? Kemm kienu nisa jew irġiel u x'eta' kellhom?
Kemm minn dawn il-każi kienu taħt kura psikjatra u kemm kienu pazjenti fl-isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid minn liema nurses jikkwalifikaw għall-qualification allowance? Min hu nurse u jkompli jistudja u jġib degree universitarju, jikkwalifika għall-qualification allowance u f'dan il-każ, jitpoġġa fi skala oħra minbarra li jieħu l-qualification allowance?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nurses li jikkwalifikaw għall-qualification allowance huma dawk li wara li jġibu id-Diploma in Nursing li hi pre-requisite għall-ħatra tagħhom, ikomplu jistudjaw u jġibu wkoll id-Degree fin-Nursing. F'dan il-każ, dawn in-nurses jitpoġġew fi Skala ogħla minbarra li jieħdu l-qualification allowance.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali ġewwa l-SVPR li talbu li ssirilhom maintenance tas-sala u x'kienet ir-risposta għas-sena 2005 u għal din is-sena s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li manutenzjoni fis-swali ġewwa San Vinċenz de Paul issir b'mod regolari kull fejn u meta jkun hemm bżonn. Manutenzjoni ġenerali issir skond il-kundizzjoni ta' l-istess swali u tingħata priorita' lil dawk li jkunu l-aktar fi bżonn ta' xogħol simili.
Tingħata wkoll kunsiderazzjoni jekk f'xi sala partikulari jkunx hemm ippjanat xi xogħol ieħor fil-futur qrib.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa d-djar ta' l-anzjani u x'inhu l-grad tagħhom? Kemm hemm persuni bil-kuntratt u x'inhu xogħolhom u kemm jitħallsu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ġewwa d-djar ta' l-Anzjani hemm 171 impjegat kif spjegat hawn taħt :
Grad
Numru ta' Ħaddiema
Head of Homes
5
Nursing Officer
1
Deputy Nursing Officer
1
Principal
1
Senior Tradesman
4
Staff Nurse
3
P/T Staff Nurse
1
Enrolled Nurse
10
P/T Enrolled Nurse
3
Nursing Aide
21
Senior Careworker
2
Careworker
28
Ass. Careworker
17
Supervisor
1
Cook
2
Hospital Auxiliary
1
Health Assistant
1
Health Attendant
1
Casual Health Ass.
1
General Hand
1
Operative
1
Charwoman
5
Part Time Social Assistants
60
Total
171
M'hemm l-ebda mpjegat jaħdem bil-kuntratt.
Jista' il-Ministru jgħid jekk tqassmux rigali lil anzjani fid-djar ta' l-anzjani u ġewwa l-SVPR għal żmien il-Milied?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma jsir kull sena, matul il-festi tal-Milied tas-sena 2005 tqassmu r-rigali lill-anzjani kollha li huma residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fid-djar tal-anzjani.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali fl-SVPR li hemm talba mill-pazjenti biex isiru fihom l-airconditioners?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jsirux talbiet mir-residenti biex isiru air-conditioners fi swali partikulari. Air-conditioners fi swali jsiru skond il-bżonn partikulari tal-ward. Bħalissa qed isiru proċeduri biex issir sistema ġdida ta' air-conditioning fis-sala 5/6 Rġiel.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Diretturi/Chairpersons
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rrisposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 16765 tas-Seduta Nru.348.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-polyclinic ta' Raħal Ġdid hijiex sejra f'xi post ieħor? Jista' jgħid fejn u x'ser isir minflokha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sallum ma hemm ebda pjan sabiex iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid jiċċaqlaq minn fejn jinsab illum. Kienu saru xi taħditiet rigward il-possibilita' li jinbena Ċentru tas-Saħħa ġdid għal Raħal Ġdid fl-iżvilupp li hemm maħsub fil-futur ħdejn il-grownd ta' Paċe Grasso.
Jista' il-Ministru, permezz ta' l-uffiċjali inkarigati, jara hux possibbli li jsiru xi security cameras ħdejn l-institute of health care fl-isptar San Luqa fejn dan l-aħħar saret ħsara f'karozza ta' lecturer u anke insteraq stereo mill-istess karozza?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-possibilita li jsiru xi security cameras ħdejn l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa qegħda tiġi kkunsidrata.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Enti pubbliċi
Question
B'riferena għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16614, jista' il-Ministru jagħti dettalji u risposta għall-mistoqsija parlamentari 16424?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Isem tal-Kumpanija/Entita'/Bord
Chairperson/President/Direttur
Remunerazzjoni
Benefiċċji Oħra
Board of Directors- Mt Carmel Hospital
Mr. Louis Bonniċi
Chairperson: Lm5,000 fis-sena
Membri : Lm1,000 fis-sena
Xejn
Xejn
Hospital Management Committee- Zammit Clapp Hospital
Prof Frederick Fenech
Chairperson: Lm5,000 fis-sena*
Membri : Lm1,000 fis-sena
Xejn
Xejn
* Effettivament Prof F. Fenech jieħu biss Lm3,000 filwaqt li jagħti Lm2,000 bħala donazzjoni b'risq il-Hospital Staff Development.