Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28205?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li barra t-tobba li jaħdmu fl-isptarijiet f'Malta u fiċ-Ċentri tas-Saħħa, in-numru ta` tobba li jaħdmu fil-bqija tad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa disa` u erbgħin (49). L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej:
Dipartiment tas-Saħ
ħ
a Pubblika
1
Direttur
3
Principal Medical Officer
(1 on unpaid leave)
1
Senior Medical Officer
9
Medical Officer
(2 on unpaid leave)
Dipartiment tal-Policy & Planning
1
Direttur
4
Konsulent
(1 on unpaid leave)
1
Principal Medical Officer
(unpaid leave)
Dipartiment tal-Health Promotion
1
Konsulent
(on unpaid leave)
Dipartiment tal-Health Information
1
Konsulent
4
Principal Medical Officer
1
Medical Officer
1
Houseman
Uffiċ
ċ
ju tad-Direttur Ġ
enerali
1
Direttur Ġenerali
3
Principal Medical Officer
(1 on unpaid leave
1 Director)
2
Senior Medical Officer
Dipartiment tal-Institutional Health
1
Direttur
(unpaid leave)
4
Principal Medical Officer
Dipartiment tal-Kura Primarja
1
Principal Medical Officer
1
Senior Registrar
7
Medical Officer
(1 on unpaid leave)
1
Senior House Officer
Jista' l-Ministru jgħid jeżistux tariffi għall-Kirurġi, anestetisti eċċ li joperaw f' sptarijiet privati? Hemm xi linji ta' gwida jew kullħadd jagħmel it-tariffi tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ma jeżistux tariffi jew linji ta` gwida għal servizzi fl-isptarijiet privati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi din is-sena? Kemm minnhom twieldu lil xebbiet? Jista' jaqsam dawn ta' l-aħħar skond il-lokalita' li fiha tgħix l-omm u skond l-etajiet ta' l-ommijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat minn tagħrif miġbur mill-National Obstetric Information System (NOIS)-WHO-OBSQID Project li mill-ewwel tas-sena sa l-ahhar ta` Ġunju 2001 twieldu 1934 trabi. Minn dawn 225 trabi twieldu lil 223 omm li ma kienux miżżewġa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għat-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru mid-Dipartiment tas-Saħħa u l-bejjiegħa tal-laħam lokali dwar l-Abozz tal-Liġi numru 82? L-ilmenti tqajmu u x' osservazzjonijiet saru mill-bejjiegħa verbalment u uffiċjalment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 28069, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-abbozz tal-Liġi numru 82 ma jaqax taħt kompitu ta` dan il-Ministeru, tali mistoqsija għandha tiġi referuta lill-Ministru responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd.
Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' anzjan b'dħul baxx li għandha bżonn tagħmel operazzjoni tal-kataretti jitmexxa 'l quddiem ma' l-Ophthalmic Dept, peress li mill-isptar qalulha li għal-appuntament trid tistenna sena u nofs? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata bl-aħħar żvillupi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jgħid hemm hu n-numru ta' persuni li mietu b' overdose minn Jannar Sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur mir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet jirriżulta li minn Jannar 2001 sal-lum kien hemm ħames (5) każi ta` mwiet reġistrati kaġun ta` "overdose".
Mwiet kaġun ta` "overdose" jinkludu każijiet fejn l-'underlying cause of death' kienet iklassifikata skond l-ICD-10 fil-kategoriji: X40-X44 (Accidental overdose), X60-X64 (Suicidal overdose) u Y10-Y14 (Undetermined intent of overdose).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għall-vizti fid-djar minn tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa dan ix-xahar? Kemm saru u kemm ma tlaħħqux mit-tobba ta' kull Ċentru tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li numru ta` talbiet għall-viżti fid-djar minn tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa, huma kif ġej:-
1-10 Settembru
Viż
ti Mitluba
Viż
ti li Saru
Pariri/Viż
ti Kanċ
ellati
Viż
ti li ma Sarux
Furjana
244
217
24
3
Gżira
102
49
51
2
Mosta
234
97
132
5
Raħal Ġdid
377
182
174
21
Qormi
29
23
5
1
Rabat
16
4
9
3
Minħabba li għadna wasalna biss f'nofs ix-xahar il-figuri li jistgħu jingħataw sa issa huma dawk ta` mill-1 sa l-10 ta` Settembru. L-istatistika għax-xahar kollu ta` Settembru tkun tista` tingħata wara l-ewwel ġimgħa ta` Ottubru.
Jista' l-Ministru jgħid f' liema bajjiet instab ilma baħar kontaminat mill-1 ta' Ġunju 2001 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Ġunju sal-lum id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għalaq temporanjament, għall-perjodu indikat, dawn il-bajjiet għall-għawm wara li l-kampjuni ndikaw li kien hemm kontaminazzjoni jew minħabba evidenza ta` żbroff tad-drenaġġ:
Għajnsielem-Xatt l-Aħmar 02.07.01-04.07.01
Bugibba - Bay Square 02.07.01-10.07.01
Mellieħa - Mellieħa Bay 12.07.01-15.07.01
St. Paul's Bay, Bugibba - 15.07.01-22.07.01
Tax-Xema to Bognor Bay
Mellieħa 02.08.01-05.08.01
Mellieħa Bay, Tunnara Promenade
St.Julian's - Balluta Bay 24.08.01-27.08.01
Dawn l-istess bajjiet reġgħu nfetħu għall-għawm wara li tlett kampjuni konsekuttivi rriżultaw li l-kwalita` ta` l-ilma baħar kien fil-livelli rakkomandati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus imħallas mid-dipartiment tas-saħħa għal servizzi offruti minn clinics jew sptarijiet privati għall-pazjenti li jkollhom bżonn xi servizz li d-dipartiment tas-saħħa ma joffrix matul din is-sena? X' kien is-servizz offrut f' kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kategorija, jekk hemm, jaqgħu l-impjegati tal-Gvern li jissuġerixxu xogħol ta' ħasil ta' vetturi ta' uffiċjali bħal ma hu l-każ tal-vettura GAD 947
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-karozza imsemmija hija assenjata lid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi u tinħasel minn impjegat fil-grad ta` general hand skond il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara li l-ħaddiema impressed saru fil-post, fil-garage ta' l-Ambulanzi ma tbiddel xejn stante li dawn żammew l-istess prassi u cioe jiġu u jmorru x'ħin iridu, jaħdmu min tnejn sa tnejn, ix-xogħol jagħżluh huma u wieħed jippanċja ta' kulħadd. Jista' jgħid jekk din l-attitudini għandhiex il-kunsens ta' min hu responsabbli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li mhux veru li minn mindu l-ħaddiema impressed fil-garage saru impjegati tal-Gvern, dawn żammew l-istess passi kif allegat.
Parti minn dawn id-drivers ġew allokati f'postijiet oħra, filwaqt li dawk li nżammu fil-garage bdew jippanċjaw regolarment.
Għalhekk l-allegazzjonijiet fil-mistoqsija qed jiġu miċħuda. Jekk l-Onor. Interpellant għandu informazzjoni mod ieħor nitolbu jaddihieli konfidenzjalment.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ħaddiema fi ħdan il-Ministru tas-Saħħa li għandhom allokati lilhom karozzi jipparkjaw u biex ma jimxux mill-punt fejn ikunu pparkjaw, sew lejn kif wkoll mid-dipartiment jitolbu u jingħataw trasport?
Jista' jgħid għalfejn ċerti impjegati li ma hemmx intitolati għall-trasport qegħdin jiġu provduti l-istess?
Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji għal dawn l-allokazzjonijiet li qegħdin jiswew lid-Dipartiment tant spejjeż kemm f'ħin kif wkoll f'nies?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mhix il-passi normali li ħaddiema fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa li huma allokati karozza jipparkjaw u jordnaw trasport ieħor sabiex ma jimxux mill-punt fejn ikunu pparkjaw.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tipprovdi trasport għall-impjegati tagħha kollha li jkollhom bżonn imorru minn post għall-ieħor fuq xogħol.
L-uniku kriterju għall-użu tat-trasport minn kulħadd huwa li jintuża għall-esiġenzi tad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-vaċċina kontra l-influenza għadha mihiex available fil-polikliniċi, meta din suppost li diġa qed jingħata sa l-aħħar ta' Settembru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-vaccin ta` l-Influwenza dejjem ingħatat fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-bidu ta` Ottubru.
Id-Dipartiment iqis li fiċ-ċirkostanzi ta` Malta dan huwa żmien adattat sabiex il-vaccin ikun effettiv. Ma hemm l-ebda raġuni li tiddetta li dan suppost isir f'Settembru, jew li jekk isir f'Settembru din tkun aktar effettiva.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament u li għandha l-karta r-roża tistax' tieħu il-pilloli 'Bonephos' fuq il-karta' ir-roża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Waqt li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235. B'mod ġenerali persuni li għandhom l-karta r-roża huma intitolati għall-dawk il-pilloli li hemm fuq il-formolarju
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm f' kull każ tobba li qegħdin bil-pregnancy leave jew bil-paternity leave? F' liema dipartimenti jaħdmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta` tobba bil-maternity leave jew bil-parental leave huma tnejn (2) tlieta u għoxrin (23) rispettivament. Dawn qed jahdmu fid-dipartimenti imsemmija hawn taħt:
Maternity Leave Parental Leave
Primary Health Care 1 7
Dept. of Institutional Health 1 14
Public Health - 2
---------------------- ----------------------
2 23
---------------------- ----------------------
Jista' l-Ministru jgħid barra t-tobba li jaħdmu fl-isptarijiet f' Malta u dawk t-tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa, kemm hemm tobba jaħdmu fil-bqija tal-dekasteru tas-saħħa, x' inhu l-grad tagħhom, u f' liema dipartiment qed jaħdmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa f' Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li preżentament hemm 74 tabib jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Ħamsa minn dawn jaħdmu reduced hours (50%).
Hemm ukoll numru ta` tobba part-time li b'kollox jaħdmu approssimament 120 siegħa fil-ġimgħa. Hu mistenni li din iċ-ċifra tonqos għax hemm numru ta` tobba li applikaw għal postijiet fl-isptar.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija tiegħi 26297, jista' jgħid x'kien l-istħarriġ li sar fost l-avukati maltin dwar il-problema ta' tipjip passiv? F'liema stadju waslet it-tħejjija tal-liġi biex jkun hemm projbizzjoni tat-tipjip f'postijiet pubbliċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-istħarriġ li sar fost l-avukati Maltin dwar il-problema ta' tipjip passiv fil-qrati w postijiet pubbliċi ġie miġbur f'rapport dettaljat li jagħti konklużjonijiet u rakkommandazzjonijiet konkreti bbażati fuq riċerka xjentifika.
Dwar il-liġi biex jiġi projbit it-tipjip fil-Qrati nixtieq nagħmel referenza għall-liġi sussidjarja 12.03 li tgħid li m'għandux isir tipjip fl-inħawi tal-Qrati tal-Maġistrati.
Abbozz ta' liġi ġdida qed tiġi diskussa mill-awtoritajiet kkonċernati.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport kif ukoll kopja ta' SL 12.03.