Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21515 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li se nqiegħed ir-risposta għall-interpellanza Nru. 21515 fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21565 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Estimi għas-Sena 2001

Question

Jista' l-Ministru jispjega dawn id-differenzi fl-estimi għas-sena 2001 ma' dawk tas-snin ta' qabel kif indikat: a) Żieda fil-vot tal-materials & supplies ta' l-Electoral Office minn Lm 2,000(2000) għall Lm 15,000 is-sena d-dieħla? b) Żieda fil-vot ta' l-electoral commission minn Lm 300,000 din is-sena għal Lm 340,000 is-sena d-dieħla? ċ) Żieda fl-Import Duty ta' house hold electrical appliances minn Lm 340,000 din is-sena għall Lm 600,000 is-sena id-dieħla? d) Żieda fl-Import Duty fuq clothing minn Lm 990,000 din is-sena għal Lm 1.6 miljun is-sena d-dieħla? e) Żieda fl-Execise Duties fuq il-birra minn Lm 9,700 is-sena l-oħra għal Lm 300,000 is-sena d-dieħla? f) Żieda fid-Duty fuq tabakk minn Lm 700,000 din is-sena għal Lm1.2 miljun is-sena d-dieħla? g) Żieda fil-Wireless Licence minn Lm 850,000 din is-sena għal Lm 1 miljun is-sena id-dieħla? h) Żieda fil-Mobile Telephone Licences minn Lm 81,000 din is-sena għal Lm 2.491 miljun is-sena d-dieħla? i) Żieda fil-Fixed Telephone Licences minn xejn għal Lm 534,000 is-sena d-dieħla?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għall-osservazzjonijiet tiegħu dwar id-differenzi li nnota bejn il-figuri għal 2001 u dawk għat-2000 qiegħed nagħti spjegazzjoni aktar ‘il isfel. 2001 (Estimate) 2000 (Approved) (a) Electoral Office – Materials & Supplies Lm15,000 Lm2,000 L-istima riveduta għall-2000 hi ta’ Lm22,000 minħabba l-elezzjonijiet tal-KunsilliLokali. 2001 (Estimate) 2000 (Approved) (b) Electoral Commission Lm340,000 Lm300,000 Il-fondi pprovduti din is-sena (Lm300,000) ma kenux biżżejjed biex ikopru l-ispiża tal-Kummissjoni u kien hemm bżonn ta’ fondi supplimentari. Għalhekk għas-sena d-dieħla, qed jiġu vvotati flus aktar minn kemm kienu vvotatiflus għal din is-sena. 2001 (Estimate) 2000 (Approved) Import & Excise Duty – (ċ) Household Electrical Appliances Lm600,000 Lm340,000 (d) Clothing Lm1,600,000 Lm990,000 Il-figuri attwali għal perijodu Jannar/Ottubru 2000 diġa’ qabżu l-estimi oriġinali bbażati fuq importazzjoni attwali minn pajjiżi barra mill-Ewropa. Għalhekk il-figuri tas-sena d-dieħla huma mibnija fuq il-figuri riveduti ta’ din is-sena. 2001 (Estimate) 2000 (Approved) (e) Birra Lm300,000 Lm9,700 (f) Tabakk Lm1,200,000 Lm700,000 Iż-żidiet fit-2001 huma riżultat ta’ miżuri ġodda għal Budget għall-2001. 2001 (Estimate) 2000 (Approved) (g) Wireless Licence Lm1,000,000 Lm850,000 (h) Mobile Telephone Licences Lm2,491,000 Lm81,000 (i) Fixed Telephone Licences Lm534,000 NIL Kif intqal fid-diskors tal-Budget għall-2001, dawn l-ammonti huma mistennija l-aktar riżultat ta’ rati ġodda li ġew introdotti dan l-aħħar għal kumpanniji li jaħdmu fis-settur tal-komunikazzjoni u jinkludu kemm dħul ta’ barra (biex tingħata l-liċenzja), kif ukoll il-ħlas annwali tal-liċenzja (għal 2001).
Leg 9 PQ #21566 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Flus tal-Ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji tagħhom qiegħed nibgħat separatament ma rċevewx l-Lm10 tal-ħobż kif imħabbar fil-budget tas-sena l-oħra? Jista' l-Ministru jirrimedja?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tat-Teżor jirriżulta li l-persuni msemmija sal-lum stess kienu għadhom ma jidhrux reġistrati bħala benefiċċjarji fuq id-database li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, liema database ġiet użata għal ħruġ tal-ħlasijiet ta' Lm10 lil kull persuna kif kien imħabbar fil-Budget 1999. B'riżultat ta' hekk, l-imsemmija persuni kien għadhom ma rċevewx l-ammont dovut lilhom. Għaldaqstant id-Dipartiment tat-Teżor ħa l-passi neċessarji sabiex immedjatament jinħareġ il-pagament dovut u jintbagħat lil persuni msemmija mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #21609 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li refund dovut lil persuna li d-dettalji tiegħu qed jingħataw b'mod separat, għadu ma ngħatatx minkejja li saru bosta verifiki u ilu jistenna sa mill-1995?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-talba għal ħlas lura ta’ kreditu eċċessiv lil persuna kkonċernata qed tiġi pproċessata u l-ħlas dovut se jsir dalwaqt. Din it-talba kienet miżmuma minħabba żewġ investigazzjonijiet li saru dwar diversi talbiet simili magħmula mill-istess persuna.
Leg 9 PQ #21141 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi u Kontribuzzjonijiet tal-Bolla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont f'ċifra ta' flus li jridu jitħallsu f'taxxi u kontribuzzjonijiet tal-bolla tas-Sigurta' Nazzjonali abbażi tal-commitment ta' din is-sena li qegħdin fiha, mill-negozjanti u kumpaniji privati? Jista' jinfurmani bis-sitwazzjoni tal-kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem fihom ? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li l-ammonti mitluba huma taħt. Il-fiġuri għas-sena 2000 jirrapresentaw id-dħul (revenue) ta' bejn Janar u Ottubru 2000 mis-sorsi indikati. Kategorija ta' taxpayer Kontrubuzzjonijiet tas-Sigurta Socjali Corporate/Income Tax Taxxa F.S.S. 1. Kumpaniji Parastatali 1999 Lm5,820,000 Lm1,495,425 Lm5,906,958 * 2000 Lm5,579,871 Lm7,698,566 Lm5,212,765 2. Kumpaniji Privati 1999 Lm35,212,243 Lm41,563,818 Lm24,339,005 * 2000 Lm33,575,939 Lm40,574,202 Lm24,199,777 3. Impjegati għ al rashom 1999 Lm16,298,569 Lm5,332,321 Lm7,893,440 * 2000 Lm14,722,120 Lm5,132,919 Lm8,092,911 NOTA : * L-ammonti għas-sena 2000 juru d-dħul (revenue) attwali għall-perjodu Jannar/Ottubru 2000.
Leg 9 PQ #21476 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Spetturi

Question

Issa wara li ġie ppubblikat ir-riżultat għall-pożizzjoni ta' spetturi tal-VAT, jista' l-Ministru jgħid kemm se jingaġġa spetturi ġodda? Meta se jiġi ngaġġati? X'benefiċċji dawn se jgawdu minnhom ġaladarba jkunu qed iservu bħala spetturi tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kundizzjonijiet ta’ l-ingaġġ ta’ l-Ispetturi tal-VAT huma kif imniżżla fiċ-Ċirkulari ta’ l-MPO Numru 43/2000 tal-25 ta’ Mejju 2000. Huwa ippjanat li jiġu ingaġġati madwar tletin spetturi ġodda fi tlett gruppi separati matul din is-sena u s-sena d-dieħla skond l-order of merit, iżda dan in-numru jista’ jinbidel skond esiġenzi ġodda li jistgħu jinqalgħu.
Leg 9 PQ #21437 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Xiri ta' proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtraw proprjeta' barranin ġo Malta din is-sena u kemm fis-sentejn ta' qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mija u ħamsa u ħamsin (155) permess ingħataw taħt l-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjeta' Immobbli Minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) biex persuni li mhumiex residenti f'Malta ikunu jistgħu jakkwistaw proprjeta' immobbli f'Malta matul l-1998; mitejn u dsatax (219) permess inħarġu matul l-1999 u mitejn u tnejn u sittin (262) permess ingħataw minn Jannar 2000 sal-aħħar ta' Ottubru, 2000.
Leg 9 PQ #21465 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Budget

Question

B'riferenza għad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid kif sejjer jikkontrolla n-nefqa tal-gvern fuq l-overtime? Se jsiru laqgħat u joħorġu linji ta' gwidi dwar kif għandu jiġi approvat l-overtime?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mill-proċess ta' kontroll fuq in-nefqa Pubblika, il-Ministeru tal-Finanzi, fir-riġward tal-overtime ħareġ ċirkulari, aktar kmieni din is-sena, fejn antiċpa l-arranġament li se jiġu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar li ġej kif se jingħad: 1. li l-allokazzjoni ta' flus għall-ħlas ta'overtime se tkun iffriżata fuq il-livell ta' l-allokazzjoni orġinarjament approvata (i.e. mhux riveduta) għas-sena 2000; 2. li mhux se jkunu permessi trasferimenti ta' ammonti oħra ta'flus minn allokazzjonijiet oħra (virements) ħlief f'ċirkustanzi speċjali, per eżempju, nuqqas ta' staff, u dan wara l-awtorita' bil-miktub, mill-Finanzi; 3. li, bħala miżura pro-attiva u bħala inċentiv għall-Ministeri u d-Dipartimenti li jnaqqsu l-infiq fuq l-overtime, 50% ta' l-ammont allokat għall-overtime li jibqa' bla minfuq se jerġa jkun allokat mill-ġdid s-sena ta' wara lill-istess Ministeru/Departiment għall-użu ta' provvedimenti oħra basta dawn ikunu nfiq speċjali u ta' darba biss u approvati mill-Finanzi; 4. li l-approvazzjoni ta' overtime mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru se titħaddem f'sistema struturata. Din l-approvazzjoni ma tkunx għal aktar minn tliet xhur u tkun marbuta' ma' biċċiet 'ad hoc' b'miri specifiċi. L-awtorita' tas-Segretarju Permanenti ma tkunx delegata lill-ebda uffiċċjal ieħor fil-Ministeru. It-talba għall-ħdim ta'overtime issir fuq applikazzjoni mfassla għal dan il-għan u annessa mill-Finanzi flimkien maċ-cirku;ari msemmija; 5 li ebda uffiċċjal pubbliku mhu se jitħalla jaħdem l-overtime f'Ministeru jew f'Dipartiment ieħor li mhux toegħu; 6. li overtime minn uffiċċjal pubbliċi fi grad 7 u grad ekwivalenti mhux permessibli u li r-rata tal-ħlas tal-overtime tibqa' marbuta mal-paga fuq skala 10.
Leg 9 PQ #21496 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb id-domanda preċedenti tiegħi dwar tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, li seħħew matul din il-leġislatura? Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposti li tajt fil-mistoqsiji parlamentari numru 19491 f'seduta 379 u 19855 f'seduta 416 rispettivament.
Leg 9 PQ #21500 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministri/Segretarji Parlamentari — Fringe Benefits

Question

Jista' l-Ministru jgħid, in kwantu għall-miżura ta' taxxa fuq il-fringe benefits imħabbra fl-aħħar budget, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari u s-Segretarji Permanenti hux se jiġu ntaxxati bl-istess mod għall-fringes li jgawdu għall-użu ta' vettura governattiva u perks oħrajn li jiġu mal-kariga?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill- Onorevoli Interpellant li fid-dokument li tpogga fuq il-Mejda tal-Kamra dwar il-Fringe Benefits hemm indikat liema tip ta’ taxpayers, u taht liema kundizzjonijiet, huma ezentati minn xi hlas ta’ taxxa fuq xi forma ta’ Fringe Benefits.
Leg 9 PQ #21252 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Salarji u Benefiċċji oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'żidiet ħadu fis-salarju u f'benefiċċji l-Gvernatur u l-General Managers tal-Bank Ċentrali f'dawn l-aħħar sentejn? Ġew offruti żidiet simili lill-ħaddiema fi gradi oħra fil-Bank Ċentrali, l-MFSC u l-MSE u lic-Chairman tal-MFSC u lic-CEO tal-MSE?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ma' ħa ebda żieda fis-salarju u fil-benefiċċji mindu ġie appuntat f'Ottubru tal-1999. Iż-żidiet li ħadu dawn l-aħħar sentejn id-Deputy General Managers kienu simili għal dawk li ħadu l-ħaddiema fil-gradi l-oħra tal-Bank. M'hemm ebda relazjoni fis-salarju bejn l-istituzjonijiet imsemmija fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #21427 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Riservi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' riservi fl-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena? Kemm kien l-ammont fl-aħħar tliet snin, kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' riservi fl-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena kien ta' Lm689,855,000. L-ammonti ta' riservi ta' dawn l-aħħar tliet snin kienu: Ottubru 1997 - Lm 552,814,000 Ottubru 1998 - Lm 601,593,000 Ottubru 1999 - Lm 720,522,000
Leg 9 PQ #21438 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe benefits — Tassazzjoni

Question

B'riferenza għad-diskors tal-budget, b'mod partikolari dwar it-tassazzjoni fuq il-fringe benefits, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jkunu taxxabbli wkoll il-mobile phones, petrol, telephones u benefiċċji oħra li għandhom l-istaff fil-ministeri tal-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji ta' kif il-liġi eżistenti dwar il-Frindge Benefits se tiġi mplimentata tqiegħdu fuq il-mejda tal-kamra. Dawk imsemmija fil-mistoqsija mhux se jkollhom ezenzjoni minn dawn ir-regoli.
Leg 9 PQ #21443 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Government Privatistation plc — Bonds

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-bonds tal-Malta Government Privatistation plc (MAP) ma nbiegħux kollha? Kemm eventwalment nbiegħu? Kemm kien hemm applikazzjonijiet mill-banek u minn ċittadini jew individwi separatament? Dan in-nuqqas ta' bejgħ ta' bonds huwa turija ta' sfiduċja mill-pubblika fil-privatizzazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħarġa ta’ 100,000 Privatisation Bonds, li għalqet fl-14 ta’ Novembru, kienet sottoskritta kif gej: Il-valur ta’ Bonds li ttieħdu permezz ta' Pre-Placement Arrangement minn tmien intermedjarji finanzjarji, stock brokers u aġenti awtorizzati mill-Borża ta’ Malta biex ibiegħu dawn il-Bonds, huwa ta’ Lm 2,854,400. Tmien mitt investitur privat xtraw Bonds għall-valur ta’ Lm 2,156,900 filwaqt li l-bilanċ tal-ħarġa, li jammonta għal Lm 4,988,700 ttieħed mill-Bank of Valletta p.l.c. bħala underwriter tal-ħarġa. Ta’ min wieħed isemmi li kif semmejt diġa` fid-diskors tal-Budget, dan it-tip ta` Bond huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fuq is-suq Malti li qed joffri lill-pubbliku ċerti benefiċċji minflok il-ħlas ta’ imgħax. Kif għidt ukoll fid-diskors tal-budget, din l-issue saret biex ikun mgħaruf ir-reazjoni tas-suq għal dan it-tip ta' nvestiment. L-ammont zgħir maħruġ jindika dan.
Leg 9 PQ #21474 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jipprovdu l-guidelines dwar fringe benefits għal dawk il-każi fis-settur privat fejn nies f'postijiet għoljin tal-management u/jew konsulenti jkollhom biss madwar nofs il-paga taxxabbli, filwaqt li l-kumplament (li ġieli jinkludi wkoll production bonuses għoljin) jitħallsu jew cash jew jiġu depożitati f'kontijiet bankarja barranin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull hlas li jsir, f’cash jew billi jkunu depozitati f’kontijiet bankarji, bhala kumpens ghal xoghol jew servizz, inkluzi wkoll il-production bonuses, huma suggetti ghat-taxxa irrispettivament mill-guidelines dwar il-Fringe Benefits.
Leg 9 PQ #21107 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dundjan

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienu l-kwantitajiet ta' dundjani u ta' partijiet/cuts tad-dundjan li ġew importati bl-eżenzjoni tal-levy matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena? Jista' jinfurmani bl-istess informazzjoni għal perjodu ta' bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kwantitajiet ta' dundjani u partijiet tad-dundjan li ġew importati bl-eżenzjoni tal-levy kienu hekk: Sena Valur LM Piż nett Kg 1995 39,367.00 35,298.78 1996 57,210.00 39,570.80 1997 102,812.00 80,007.77 1998 87,166.00 69,206.00 1999 77,720.00 66,550.00 2000 51,181.00 55,603.85
Leg 9 PQ #21108 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Majjal

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet il-kwantita' tal-majjal frisk u partijiet / cuts tal-majjal li ġew importati bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena u li kienu eżentati mil-levy?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li il-kwanitita' tal-majjal frisk u partijiet tal-majjal li ġew importati bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena kien ta' 173,873.15 kilogram f'valur ta' Lm179,308.00.
Leg 9 PQ #21284 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Pompi Automatiċi tal-Petrol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21148 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' l-Ministru jgħid għaliex ċerti pompi automatiċi tal-petrol mhux kollha jagħtu riċevuta fiskali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond id-dispożizzjonijiet tal-partita 5 ta’ l-Erbatax-il Skeda li tinsab ma’ l-Att tal-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Kap. 406) riċevuta fiskali għar-rigward ta’ oġġetti li jsiru permezz ta’ vending machine għandha tinħareġ meta jiġu magazzinati oġġetti f’dik il-magna u għandha tagħti kont tal-bejgħ li jkun sar mill-aħħar darba li jkunu ġew magazzinati l-oġġetti. F’dan ir-rigward mhux meħtieġ li tinħareġ riċevuta fiskali għal kull bejgħ.
Leg 9 PQ #21317 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #21239 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'salarju u beneffiċji oħra għandhom fil-kondizjonijiet ta' l-impieg tagħhom l-uffiċjali tal-Bank Ċentrali, il-Gvernatur, id-deputat Gvernatur, is-sitt membri tal-Executive Management Committe?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji tas-salarju tal-Gvernatur Ċentrali ta' Malta ġew mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 10011 f'seduta 151. Ir-remunerazzjoni tad-Deputat Gvernatur tammonata għal Lm16,000 fis-sena salarju u Lm4,400 bħala claimable expense allowance. Il-membri tal-Executive Management Committee jirċievu allowance ta' Lm500 bħala membri tal-EMC, salarju ta' Lm11,625 fis-sena bħala mpjegati tal-Bank Ċentrali, u Lm1,850 bħala claimable expense allowance.