Legislature:
Category:
Reset
Active:

Part-Timers — Aġġustament fil-Bolla

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm huwa previst li se jkun hemm benefiċċjarji li se jgawdu mill-aġġustament fil-bolla tal-part-timers li huwa l-uniku impjieg tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li mill-1998 ir-responsabbilita' għall-ġbir ta' kontribuzzjonijiet taqa' taħt il-Kummissarju tat-Taxxi Interni. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Prim Ministru.

Assistenza supplimentari

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm benefiċċjarji li jieħdu l-assistenza supplimentari u skond ir-rati differenti, jiġifieri dik minima u dik massima?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-total ta' benefiċċjarji għall-Għajnuna Supplimentari (SPA) sas-07 ta' Ottubru 2006 jammonta għall-25,951. Il-benefiċċju huwa "means tested" u r-rata massima għall-persuna miżżewġa hi dik ta' Lm2.69 fil-ġimgħa. Ir-rata massima ta' persuna li tgħix waħedha hi dik ta' Lm1.44 fil-ġimgħa. Ir-rati jvarjaw bejn il-minimu u l-massimu skond il-qliegħ ta' l-applikanti. L-inqas rata mogħtija kienet dik ta' Lm1.20,2 fil-ġimgħa u din ingħatat lil 11-il applikant. L-ogħla rata għal persuna li tgħix waħedha (Lm1.44 fil-ġimgħa) ingħatat lil 8,378 applikant. Filwaqt li l-ogħla rata għall-applikant miżżewweġ (Lm2.69 fil-ġimgħa) ingħatat lil 887 applikant. Il-bqija ta' l-applikanti għall-Għajnuna Supplimentari ngħataw il-benefiċċji mqassma bejn il-minimu u l-massimu kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li qed tieħu ħsieb persuna li dettalji dwarha wkoll qed jintbagħtu separatament, hijiex qed tieħu l-benefiċċju soċjali kollu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — għajnuna tal-wens

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-mara ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex intitolata għal xi għajnuna tal-wens billi ma tistax taħdem għax trid tieħu ħsieb żewġha b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu l-pensjoni kollha dovuta lilha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex qed tieħu r-relief kollu li jistħoqqilha billi tinsab bla xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu l-pensjoni li suppost tieħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani

Question

Billi xi drabi persuni anzjani jkunu jridu min jieħu ħsiebhom il-ħin kollu u xi drabi dan jirrikjedi illi t-tfal tagħhom imorru jgħixu magħhom, tista' il-Ministru tgħid x'jiġri mit-tfal li jkunu qed jieħdu ħsieb il-ġenituri wara mewthom jekk dawn ta' l-aħħar ikunu joqogħdu ġo post tal-housing ? Kemm iridu jkunu ilhom jgħixu u jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom biex ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti mill-housing bħala kerrejja leġittimi? X'jiġri jekk dawn ikunu qed jgħixu hemm għaż-żmien anqas minn dak indikat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Biex, fil-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, jiġi kkunsidrat rikonixximent ta' inkwilin ġdid, it-tifel jew tifla li jagħmlu talba f'dan ir-rigward irid jippruvaw li kienu ilhom jgħixu mal-ġenituri tagħhom għal żmien konsiderevoli li jindika li fil-fatt kienu qed jgħixu mal-ġenituri biex jieħdu ħsiebhom, liema zmien normalment ma jridx ikun anqas minn tlett snin. Irrid inżid li rikonoxximent f'dawn il-każijiet ma jiddependix biss miż-żmien li t-tfal ikun ilhom jgħixu mal-ġenituri iżda tittieħed konsiderazzjoni ta' fatturi oħra, fosthom, jekk il-persuna li tagħmel it-talba għandiex proprjeta oħra fejn toqgħod, kemm tagħha jew mikrija. Persuna li ma tissodisfax il-kriterji biex tiġi rikonoxxuta bħala l-kerrejja leġittima tkun suġġetta li tiġi sgumbrata

Sigurta' Soċjali — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu l-pensjoni kollha dovuta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu pensjoni u għajnuna supplimentari kif dovut lilha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Xgħajra — Spezzjoni f'appartament

Question

Tista' il-Ministru tara li ssir l-ispezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fix-Xgħajra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jistenna lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tipproduċi dokumenti mitluba biex ikun jista’ jipproċessa l-applikazzjoni u ssir l-ispezzjoni meħtieġa.

Bormla — Tiswija ta Gallarija

Question

Tista' il-Ministru tara li gallarija ta' post tal-gvern f'Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tkun irranġata peress li fil-preżent mhijiex f'kondizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Belt Valletta — Tibdil ta' fond

Question

Tista' il-Ministru tara jekk hux possibbli li l-mara xebba residenti fil-Belt Valletta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li toqgħod waħedha tbiddel il-post minħabba li dan jinsab f'kondizzjoni ħażina?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-Twegiba li jien tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21433 f'Seduta Numru 449.

Isla — Care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-iskema care and repair biex jinbidlilha bieb ta' fejn toqgħod, minħabba li dan mhux f'kondizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Isla — Care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-iskema care and repair biex jinbidlilha l-bieb ta' barra minħabba li ma jinsabx f'kondizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Fond tal-gvern — Manutenzjoni ta' gallarija

Question

Tista' il-Ministru tara li gallarija fl-Isla li mhix f'kondizzjoni tajba jsirilha xogħol ta' maintenance u construction minħabba li qed tkun ta' periklu għar-residenti u anke għal terzi persuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Isla — fond tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li jmorru xi inspectors fl-imsemmi fond fl-Isla, biex jaraw il-kondizzjoni tat-taraġ ta' dan il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Każ dwar arretrati

Question

Tista' il-Ministru tara li jingħataw l-arretrati lil mara separata li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Każ dwar Benefiċċju tal-Mard

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex koppja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament inqatgħalhom il-benefiċċju tal-mard u naqqsulhom ukoll il-pensjoni? Tista' din il-koppja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.