Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10196 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli lokali — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ivvotati flus lill-Kunsilli Lokali, lokal b'lokal, mit-twaqqif tagħhom sal-lum? Jista' jaqsamhom f'dawk li huma fondi għall-bżonnijiet speċjali u dak normali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

San Ġiljan — Klabb tal-Waterpolo

Question

Jista' l-Ministru jgħid, dejjem fid-diskrezzjoni u r-rispett tal-qorti, fiex waslet l-inkjesta li kienet bdiet dwar għoti ta' eluf ta' liri lil club tal-waterpolo ta' San Ġiljan in konnessjoni mal-pitch li eventwalment baqa' ma sarx?

Response (GATT, AUSTIN)

L-inkjesta li ghaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant ma saritx minn dan il-Ministeru.

Kunsilli Lokali — Paola/Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ biex jiġi deċiż ma' liema konfini tagħmel Triq ix-Xewk (ħdejn l-ex-Carters Supermarket) jekk hux ma' Paola jew Tarxien?

Response (GATT, AUSTIN)

Skond l-Artikolu 3 (3) ta` l-Att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali `Tibdil fil-konfini ta` lokalitajiet ghandu jsir biss f`ċirkostanzi eċċezzjonali u biss mill-Kummissjoni Elettorali ....` Ghaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Membru biex jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Kunsill Lokali — Mosta - Kredituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma separatament u kemm huma separatament f'ammonti finanzjarji l-kredituri tal-Kunsill Lokali tal-Mosta? Jista' jgħid kemm ilhom separatament dawn il-kredituri u x'inhi r-raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabiltajiet tal-Kunsilli.

Ministeru tal-Ġustizzja — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8170?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija f`refurbishment u f`ghamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f`uffiċini tad-Diretturi jew Chairmen li jaqghu taħt id-dekasteru tieghi, kien kif ġej: Nefqa Settembru 1998 - Gunju 1999 Ministeru Uffiċini - OPM LM 6,835.4 Head Office Ministeru Palazzo Verdelin 111 Archibishop Str Valletta Diretturi - Direttur Generali Qrati ta` Malta - Attorney General`s Office LM 78 Malta Arbitration Centre Chairman - Law Commission Chairman - Permanent Commission Against Corruption Chairman - TOTAL LM6,913.4

Qrati — Kawżi ta' separazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu kawżi ta' separazzjonijiet fil-Qrati tagħna fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Mill-1 ta` Jannar 1999 sat-30 ta` Ġunju 1999 ġew intavolati 57 kawzi ta` separazzjonijiet fil-Prim`Awla tal-Qorti Ċivili. Fl-istess perjodu ġew intavolati ukoll 21 rikorsi ġodda konnessi ma` l-istess kawzi.

Mapep ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-mapep li juru t-toroq arterjali u distributorji ta' pajjiżna li għadhom kif tlestew? Fejn ġew printed dawn il-mapep? X'kien il-valur ta' dan ix-xogħol ta' printing?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. L-istampar tal-mapep sar fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali waqt il-ħin tax-xoghol. Huwa stmat li, barra l-ħin, kien hemm spiża ta` LM 798 ghall-karti u linka tal-plotter.

Kunsilli Lokali — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-proġetti sottomessi mill-kunsilli lokali li talbu għall-devoluzzjoni ta' proprjeta' pubblika a favur tagħhom biex jamministrawha?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Tarxien — Triq Xintill- Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' asfaltar ta' toroq ta' maġenb l-iskejjel fi Triq Xintill, Tarxien, minħabba l-istat li jinsabu fih dawn it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ix-xogħol tal- asfaltar tat-toroq imsemmija, bħala toroq ġodda, mhux responsabbilta` tal-Ministeru tiegħi jew tal-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #9902 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw kunsilliera mit-twaqqif tal-kunsilli lokali? Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokal kienu ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali sat-30 ta` Settembru 1999 kien hemm sebgħa u tmenin (87) riżenja ta` Kunsilliera, kif ġej:- Mdina 2 Birgu 2 Isla 3 Bormla 1 Qormi 2 Żebbuġ (M) 4 Żabbar 2 Żejtun 2 Rabat (G) 2 Attard 3 Balzan 3 Birkirkara 3 Birżebbuġa 3 Fgura 4 Floriana 2 Fontana 1 Gudja 1 Gżira 1 Għarb 2 Iklin 1 Lija 2 Marsa 6 Marsaskala 2 Mosta 2 Msida 1 Naxxar 1 Paola 5 Pembroke 1 Pieta` 1 Qrendi 1 Rabat (M) 3 Safi 1 San Ġwann 1 San Pawl il- Bahar 3 Sannat 2 Santa Luċija 2 Sliema 1 Swieqi 1 Tarxien 1 Xagħra 1 Xgħajra 3 Żurrieq 2 Total 87

Qorti Kriminali Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li Malta tirratifika l-Konvenzjoni li biha twaqqfet il-Qorti Kriminali Internazzjonali, liema konvenzjoni ġiet addottata fis-17 ta' Lulju, 1998 u li Malta diġa' ffirmat?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed jiġi finaliżżat l-istudju meħtieġ dwar x`liġijiet jkollhom bżonn ta` emenda biex il-konvenzjoni fuq imsemmija tkun tista` tiġi ratifikata. Malli l-emendi jiġu mgħoddija mill-Parlament, Malta tkun tista` tirratifika l-konvenzjoni.

Kodiċi Kriminali — Emendi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu abbozzati l-emendi għall-Kodiċi Kriminali bil-għan li d-dispożizzjonijiet dwar il-bail jiġu in linea ma' sentenza tal-Qorti Ewropea f'April 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Gejt infurmat mill-Avukat Generali li l-abbozz fuq imsemmi hu kwazi lest u jonqos biss ftit irtokki qabel ma jintbghat lill-Ministru tal-Intern ghall-approvazzjoni tieghu.

Ministeru tal-Ġustizzja — Xogħol nutarili

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, kif ukoll dipartimenti li jaqghu taħtu, l-uniku xoghol Nutarili li sar kien dak maghmul mill-Ufficcju tal-Avukat Generali. Ix-xoghol nutarili li sar mill-Ufficcju ta` l-Avukat Generali kien bejn l-Avukat Generali li kien awtorizat li jirrapresenta lill-Gvern u Miss Roma D`Alessandro, Procuratur Legali fl-istess Ufficcju. Il-kuntratt rabat lill-Gvern li jħallas is-somma ta` LM12,784 lil l-istess Miss Roma D`Alessandro waqt kors ta` studju fl-Universita` ta` Malta li jwassal ghal grad ta` avukat filwaqt li Miss Roma D`Alessandro intrabtet li sservi lill-Gvern ghal ħames snin wara li jispiċċa l-kors. In-nutar involut kien Dr F Pellegrini LL.D. ta` l-Ufficcju tan-Nutar tal-Gvern filwaqt li s-somma li tħallset lil dan id-dipartiment laħqet l-ammont ta` LM61.52.

Siti storiċi — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex titwaqqaf trust biex tirrestawra u timmaniġġja siti storiċi? Min se jkun irrappreżentat f'din it-trust u kif se tkun iffinanzjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s`issa m`ghandi xejn x`inżid mat-tweġiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 5915.

Manoel Island/Tigne' — Kunsill lokali - Tindif

Question

Jista'l-Ministru jgħid liema kunsill se jkun responsabbli għal wardens, żamma ta' toroq fi stat tajjeb, żamma ta' bankini fi stat tajjeb u ġbir ta' l-iskart minn ġewwa Manoel Island u Tigne' ġaladarba dawn jgħaddu għand il-kumpannija MIDI?

Response (GATT, AUSTIN)

Ir-responsabbilta` tal-funzjonijiet mghoddija lill-Kunsilli Lokali hija diġa stabbilita bl-Artikolu 33 ta` l-Att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali. Naghmel riferenza ukoll ghat-tweġiba moghtija lill-Onor. Interpellant ghall-mistoqsija tieghu Nru. 9614.

Manoel Island/Tigne' — Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ta' konsultazzjoni mal-kunsilli lokali tal-Gżira, ta' Ta' Xbiex u ta' Tas-Sliema fuq il-proġett ta' Manoel Island u Tigne' bejn il-gvern u l-kunsilli u bejn il-MIDI u l-kunsilli?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-proġett ta` Manoel Island u Tigne ma jaqax taħt id-dekasteru tieghi.

Qrati — Offenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' offenders taħt it-30 sena li kkommettew reat bejn is-snin 1995-1998, is-sentejn inklużi? F'kull każ, x'kienet it-tip ta' offiża kriminali ta' kull persuna mixlija, kull persuna mixlija kemm kellha każijiet preċedenti l-qorti? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet is-sentenza inflitta mill-qorti f'kull każ? Jista' l-Ministru jgħid fost dawn in-nies li kienu mixlija l-qorti min minnhom kien riċediv?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel, it-tieni u r-raba paragrafi tad-domandi jistghu jinghataw mill-Pulizija billi fil-Qorti statistika ta` din ix-xorta ma tezistix. Biex tinghata l-informazzjoni mitluba fit-tielet parti tad-domanda ikun jehtieg li jinghataw aktar dettali ta` kull kaz individwali bhal m`huma l-okkju tal-kawza, d-data tas-sentenza u l-isem tal-Magistrat li ddecidiha. Hawnhekk irid jinghad ukoll illi anke jekk jinghataw id-dettalji tal-kawzi individwali, din ir-ricerka tiehu tul konsiderevoli ta` zmien biex issir.
Leg 9 PQ #51 Sitting 145 1999-09-27 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Każ kontra Joe Fenech

Question

Rigwardanti l-każ Repubblika ta' Malta vice Tarcisio Borg, etc. fejn żewġ imputati ħlief Joe Fenech ammettew, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istatement rilaxxat minn Joe Fenech jinstabx għand l-Avukat tar-Repubblika? Jekk fin-negattiv, għand min jinstab? Jista' l-Ministru jgħid meta l-każ kontra Joe Fenech se jkompli jinstema'?

Response (GATT, AUSTIN)

L-istatements maghmula mill-akkuzati kollha fil-Kaz `Repubblika ta` Malta versus Abraham Grima et` (Att ta` Akkuza Nru. 10 ta` l-1993), fejn hemm akkuzi wkoll kontra Tarcisio Borg u Joseph Fenech) jinstabu fl-atti tal-process, il-Qorti. Il-kaz kontra Joseph Fenech ghadu mhux appuntat wara li l-istess Joseph Fenech gie moghti mahfra mill-President tar-Repubblika bil-kundizzjoni illi hu jixhed u jixhed il-verita` f`numru ta processi kriminali kontra persuni ohra. Sa issa dawn il-processi ghadhom ma stemghux kollha u ghalhekk ma jistax jitkompla l-kaz kontra Joseph Fenech qabel ma jkun hemm l-opportunita` li hu jixhed f`dawn il-processi biex jigi assigurat illi hu jottempora ruhu skond il-kundizzjonijiet tal-mahfra. L-Avukat Generali infurmani wkoll illi wara li Joseph Fenech jixhed f`dawn il-processi l-ohra, hu, l-Avukat Generali, jkun f`pozizzjoni jiddetermina, bla indhil minn hadd kif titlob il-Kostituzzjoni, jekk Joseph Fenech ikunx qaghad ghal kundizzjonijiet kollha imposti lilu fil-mahfra; u li wara li studja l-processi fejn Joseph Fenech gia` ta ix-xhieda tieghu skond l-istess mahfra hu tal-fehma fil-kumpless tal-provi kollha illi Joseph Fenech, s`issa, mexa skond il-kundizzjonijiet imposti fuqu fil-proklama.
Leg 9 PQ #113 Sitting 145 1999-09-27 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Wied il-Għajn — Playground

Question

Jikkonsidra l-Ministru li, b'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn, ineħħu mill-playground il-merry-go-round li qed tkun perikoluża u qed tikkaġuna diversi inċidenti fost tfal żgħar li jagħmlu użu minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.

Bord li jirregola l-Kera — Rikorsi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm rikorsi pendenti quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera u kemm ġew deċiżi? Kemm ġew introdotti ġodda fit-30 ta' Ġunju 1998, fl-1 ta' Jannar 1999 u fit-30 ta' Ġunju 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Fit-tlett dati moghtija u cioe ta pubblika) u fit-30 ta` Gunju 1999 ma gew introdotti l-ebda rikorsi godda fil-Bord li Jirregola l-Kera. Bejn l ta` Lulju 1998 sal-31 ta` Dicembru 1998 gew introdotti 90 rikors gdid fil-Bord li Jirregola l-Kera li minnhom gew decizi 14; ceduti 4 u 1 kancellat. Bejn l-l ta` Jannar 1999 sat-30 ta` Gunju 1999 gew introdotti 90 rikors gdid fil-Bord li Jirregola l-Kera li minnhom gew decizi 13.