Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33329 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Re-ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 98 sal lum, kemm ġew re-ingaġġati mal-korp tal-pulizija, pulizija li kienu spiċċaw boarded out?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26915.
Leg 9 PQ #33330 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma r-rapporti li s-sur Manwel Cassar ser jispiċċa minn direttur tal-ħabs? Jekk iva, meta ser isir dan?

Response (BORG, TONIO)

Ir-risposta għal din id-domanda hija fin-negattiv.

Pulizija — Xgħajra

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi spejjeż sejrin isiru fuq l-għassa tal-pulizija fix-Xgħajra u xi programm hemm għall-futur f'dan il-post speċjalment fis-sajf?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f'din l-għassa qed isir xogħol ta' refurbishment ġenerali, liema xogħol huwa mistenni jitlesta matul ix-xahar id-dieħel. Meta dan ix-xogħol jitlesta, huwa ppjanat illi din l-għassa terġa tkun miftuħa l-ħin kollu għas-servizz tal-pubbliku f'din il-lokalita'. Peress illi dan ix-xogħol qed isir mit-tradesmen tal-Korp stess, mhux possibli li wieħed jikkwantifika t-total ta' l-ispejjeż involuti.

Pulizija — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema xogħlijiet sejrin isiru fuq l-għassa tal-pulizija ta' Bormla u xi spejjeż jinvolvu?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32991, ninsab infurmat illi x-xogħol meħtieġ fuq dan il-proġett għad mhux finaliżżat.

Forzi Armati Ingliża — Wireless and Telegraphy

Question

Jista' l-Ministru b'riferenza għad-domanda parlamentari preċedenti jara jekk huwiex possibbli li jiġi inkarigat perit-tekniku sabiex jara l-istat li fihom qegħdin l-arbli li kienu jiġu użati mill-Forzi Armati Ingliżi fil-wireless and telegraphy ġewwa l-bajja tar-Rinella Kalkara billi dawn jidhru li qegħdin fi stat ta' deterjorament u tajjeb jekk jiġu żarmati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art fejn qegħdin l-arbli in kwistjoni hija mikrija lit-Taqsima ta' l-Edukazzjoni u għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #33353 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Barranin mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu barranin il-qorti din is-sena, minn fejn kienu u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` April ta` din is-sena, il-Pulizija ressqet 564 persuna ta` nazzjonalita` barranija quddiem il-Qorti, minn dawn il-pajjiżi: Afganistan, Algeria, Awstrija, Bulgaria, Bangladesh, Eġittu, Eritrea, Ethiopia, Franza, Ġermanija, Ġordan, Iraq, Italja, Lebanon, Marokk, Moldavia, Nigeria, Olanda, Pakistan, Portugal, Renju Unit, Russja, Rumanija, Sirja, Sudan, Svezja, Turkija, Tuneżija, Stati Uniti, Ukranja u Jugoslavia. L-akkużi kienu jinkludu serq, offiża fuq il-persuna, pussess/traffikar ta` droga, theddid u inġurji, reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, ħsara volontarja, offiżi sesswali, kontravenzzjonijiet tat-traffiku u ksur tal-liġi ta` l-Immigrazzjoni.
Leg 9 PQ #33354 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Barranin jgħixu hawn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin jgħixu Malta llum u minn fejn huma?

Response (BORG, TONIO)

Dwar in-numru ta` residenti permanenti barranin li għandhom permess biex jgħixu Malta nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33355 f`din l-istess Seduta. Residenti barranin li wkoll qed jgħixu fostna huma dawk li għandhom liċenzja ta` impjieg (work permit) u informazzjoni dwarhom tinsab fit-Tabella "A" li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Hemm ukoll 2,778 persuni barranin li jinsabu Malta bis-saħħa ta` permess mogħti lilhom mill-Uffiċjal Prinċipali ta` l-Immigrazzjoni (Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija). Il-provenjenza ta` dawn il-persuni, li kellhom "Valid Extension of Stay in Malta" fil-15 ta` Mejju 2002, hi kif tidher fit-Tabella "B" li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #33355 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Persuni Barranin — Resident Permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin li għandhom resident permit illum u kemm hemm minnhom li huma mill-Unjoni Ewropea u/jew pajjiżi applikanti? Kemm hemm minnhom li ilhom jgħixu hawn għal erba' snin, ħames snin jew aktar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika ta` kemm ikunu ilhom jgħixu Malta dawn il-persuni.
Leg 9 PQ #33357 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reati - Arma tan-Nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lill-pulizija din is-sena fejn fihom intużat arma tan-nar? X'tip ta' arma tan-nar kienet f'kull każ u kemm minnhom kienu liċenzjati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena, il-Pulizija kellha 27 rapport ta` reati li b`xi mod kienet involuta arma tan-nar. F`4 każi l-arma użata kienet airgun, f`9 kienet pistola, fi 2 pistola jew revolver, fi 2 oħra kien revolver filwaqt li fl-10 każi l-oħra l-arma użata kien senter. Minn dawn waħda irriżulta li kienet liċenzjata.
Leg 9 PQ #33374 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Latrina — Raħal Ġdid - Caretakers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhux qed ikun hemm caretakers mal-latrina li hemm fil-pjazza ta' Raħal Ġdid, u qed ikun hemm ħmieġ u ntejjen b'mod regolari skond ma ġie rrapurtat lili?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #33385 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority — Permessi - MCP Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MCP car park kif inhu mibni hux qiegħed skond il-pjanti u l-kundizzjonijiet tal-permess ta' l-iżvilupp? Jekk fin-negattiv x'inhuma l-irregolaritajiet li hemm f'din il-binja?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33271.
Leg 9 PQ #33392 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Visas

Question

Jista' l-Ministru jgħid bniedem li għandu il-freedom of movement f'Malta għaliex miżżewweġ Maltija, xorta jkollu bżonn visa biex isiefer lejn xi pajjiż Europew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi persuna li jkollha freedom of movement f'Malta, allura tkun żammet iċ-ċittadinanza oriġinali tagħha, xorta waħda jkollha bżonn visa jekk tkun sejra f'pajjiż li jkun jirrikjedi visa minn ċittadini ta' dak il-pajjiż. Iżda fil-każ prospettat mill-Onor. Interpellant din il-persuna tista`, wara ħames snin, takkwista ċittadinanza Maltija u ma jkollhiex bżonn visa meta tmur f`pajjiż Ewropew fejn m`hemmx ħtieġa ta` visa għal ċittadini Maltin.
Leg 9 PQ #33439 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Awtorita` ta' l-Ippjanar — Gudja - Trieq Rużar Briffa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar il-formazzjoni tat-triq ġdida fi Triq William Baker kantuniera ma' Triq Rużar Briffa fil-Gudja peress li jidher li hemm xi nuqqas ta' qbil mal-linji tat-triq in kwestjoni bejn residenti fl-inħawi? Jista' jpoġġi kopja tal-pjanta rilevanti għall-formazzjoni ta' din it-triq kif approvata mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-allinjament tat-triq fi Triq William Baker kantuniera ma` Triq Rużar Briffa fil-Gudja, hu bħalissa soġġett għall-applikazzjoni ta` "Planning Control" (PC 38/01), fejn qed tintalab, li dan l-allinjament jibqa` kif bħalissa hu mibni, minħabba li din tinsab f`Żona ta` Konservazzjoni Urbana.
Leg 9 PQ #33441 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Raħal Gdid - Ilment

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa lment li hemm quddiem l-għassa ta' Raħal Ġdid ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli ma jirriżultax illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant għandha xi lment pendenti mal-Pulizija ta` Raħal Ġdid. Jekk jagħtina iktar dettalji nkun nista` nivverifika ulterjorment.
Leg 9 PQ #33446 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Triq iċ-Ċimiterju — Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi mhux qed ikun hemm kennies regolari fi Triq iċ-Ċimiterju, Raħal Ġdid? Jista' jivverifika kemm ilu ma jmur kennies f'din it-triq peress illi ġie rrapportat lili li kien hemm xi okkażjonijiet uniċi biss?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #33455 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Reserved Parking Bay

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 33258 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u cioe`: Jista' jgħid min ikun qed joqgħod f'dar residenzjali u jkollu xi forma ta' diżabilita', jista' fl-istess waqt ikollu reserved parking bay quddiem id-dar ta' fejn kien joqgħod oriġinarjament (cioe` fil-lokal fejn kien joqgħod)?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat peress li r-reserved parking bays ma jaqgħux taħt xi dipartiment li jifforma parti mill-Ministeru ta` l-Intern.
Leg 9 PQ #33482 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Common Database

Question

Jista' l-Ministru jagħti aċċess tal-common database lil membri parlamentari peress li dan ikun ta' għajnuna kbira lil membri parlamentari fil-qadi ta' dmirhom lejn il-kostitwenti u ċ-ċittadini?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment se jiġi kunsidrat u evalwat.
Leg 9 PQ #33485 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Awtorita` ta' l-Ippjanar — Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita` ta' l-Ippjanar qattx wettqet EIA għal area tal-Magħtab f'dak li jirrigwarda applikazzjonijiet għal farms? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal farms f'din il-lokalita` partikolari? Jista' jinformana kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet u f'liema sena ġew sottomessi lill-istess awtorita`? Għal liema applikazzjonijiet intalbet EIR? X'policy għandha l-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar din l-area tal-Magħtab?

Response (BORG, TONIO)

L-Awtorita` ta` Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (u qabilha l-Awtorita` ta` l-Ippjanar) ma twettaqx hi Environmental Impact Assessment. L-Awtorita` hija biss ir-regolatur ta` dan il-proċess u għalhekk ma tagħmilx dawn l-istudji hija stess. L-EIAs huma responsabbilita` ta` l-applikanti stess u jsiru minn konsulenti indipendenti mqabbda mill-applikant u approvati mill-Awtorita`. Fil-każ tal-Magħtab, ħafna applikazzjonijiet għal farms (ħafna minnhom estensjonijiet ta` farms eżistenti) ma jikkwalifikawx għal EIA. Dawk li jikkwalifikaw, jintalbu li jagħmlu studji iffukati ħafna fuq l-aspetti l-aktar importanti, bħalma huma l-immaniġjar tar-razzett, l-immaniġjar ta` l-iskart u landscaping tar-razzett. Hemm 10 applikazzjonijiet pendenti. Waħda ġiet sottomessa din is-sena, 6 ġew sottomessi s-sena l-oħra, waħda fis-sena 2000, oħra fis-sena 1999 u oħra fl-1995. Mill-applikazzjonijiet imsemmija, tnejn biss intalbu iktar informazzjoni ambjentali. Applikazzjoni PA 4206/95 intalbet informazzjoni dwar l-immaniġjar ta` l-iskart. Applikazzjoni PA 1930/99 tikkwalifika għal EIA minħabba li tinkludi biċċerija fuq il-post. Pero` għal din l-applikazzjoni l-Awtorita` għadha qed tistenna pjanti li juru din il-biċċerija. Il-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta` Malta tindirizza il-kwestjoni tal-farms fil-Magħtab. Pero` dan il-pjan huwa biss abbozz illi għad ma ġiex ippreżentat lil Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u għalhekk din il-policy tista` ma tiġix aċċettata u tista` tinbidel.
Leg 9 PQ #33488 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Awtorita` Maltija għall-Ambjent u Ippjanar

Question

Ġaladarba fl-Awtorita` Maltija għall-Ambjent u Ippjanar ġew maħtura tliet boards tad-DCC, jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsidrata l-possibbilta` li jkun hemm aktar segretarji għal ma' dawn il-kummissjonijiet? Qatt ħarġu applikazzzjonijiet fl-istess awtorita` għal dawn is-segretarji? Kemm persuni kienu applikaw? Kemm saru intervisti? X'kien l-eżitu ta' dawn l-intervisti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Segretarja tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp għadha kif ġiet konkluża u approvata mill-Bord ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar nhar l-10 ta' Mejju, 2002. Għal din is-sejħa applikaw tnejn min-nies u ġiet appuntata persuna waħda. Kemm is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru kif ukoll soluzzjonijiet amministrattivi oħra qed jiġu kkunsidrati biex jiġi assigurat servizz effiċjenti kemm għall-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp kif ukoll għall-pubbliku.
Leg 9 PQ #33489 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Radar — Dingli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-radar ta' Ħad-Dingli ġratilhomx xi ħsara u jekk iva, din qegħda tiġi irranġata?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.